Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0001

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2001 tal-31 ta' Jannar 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 66, 8.3.2001, p. 42–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/1(3)/oj

    22001D0001



    Official Journal L 066 , 08/03/2001 P. 0042 - 0043


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 1/2001

    tal-31 ta' Jannar 2001

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2000 tat-2 ta' Ottubru 20001 [1].

    (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel djetetiku għal għanijiet mediċi speċjali [2], kif ikkoreġuta bil-ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79, għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54v (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE) fil-Kapitolu XII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "54w. 399 L 0021: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel djetetiku għal għanijiet mediċi speċjali, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79, (ĠU L 91, tas-7.4.1999, p.29)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/21/KE, kif ikkoreġuta bil-ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79, fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    P. Westerlund

    [1] ĠU L 315, ta' l-14.12.2000, p. 11.

    [2] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 29, kif ikkoreġuta bi ĠU L 2, tal-5.1.2000, p. 79.

    [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top