Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1214(09)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 315, 14.12.2000, p. 20–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/79(2)/oj

22000D1214(09)



Official Journal L 315 , 14/12/2000 P. 0020 - 0021


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 79/2000

tat-2 ta' Ottubru 2000

li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Fl-Anness XIII għall-Ftehim li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 64b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93):

396 L 0067 (a) Fl-Artikoli 6, 9, 11 u 12, "il-Kummissjoni" għandha tinqara "l-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA" fir-rigward ta' l-Istati ta' l-EFTA;

(b) L-Artikolu 20(2) ma għandux japplika."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-2 ta' Diċembru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103 [3] tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. S. Gunnarsson

[1] Ghadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 27, tal-25.10.1996, p. 36.

[3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top