Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1214(07)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 315, 14.12.2000, p. 16–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/77(2)/oj

22000D1214(07)



Official Journal L 315 , 14/12/2000 P. 0016 - 0017


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 77/2000

tat-2 ta' Ottubru 2000

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 19/2000 tal-25 ta' Frar 2000 [1].

(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KE tas-26 ta' Lulju 1996 li taddatta għall-progress tekniku għas-sitt darba l-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta' ċerti sostanzi u preparazzjonijiet perikolużi (asbestos) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2161/1999 tat-12 ta' Ottubru 1999 li timponi aktar ħtiġiet għall-ittestjar fuq importaturi jew manifatturi ta' ċerta sostanza ta' prijorità kif previst taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar l-avalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sostanzi eżistenti [3]għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim.

(4) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/721/KE tat-12 ta' Ottubru 1999 fuq ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u fuq l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sostanzi: 2-(2-butoxyethoxy)ethanol; 2-(2-methoxyethoxy)ethanol; Alkanes, C10-13,chloro; Benzene, C10-13-alkyl derivs. [4] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

399 L 0077 : Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KE tas-26 ta' Lulju 1999 (ĠU L 207, tas-6.8.1999, p. 18)."

Artikolu 2

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 12h (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 142/97) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

399 R 2161 : Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2161/1999 tat-12 ta' Ottubru 1999 li timponi aktar ħtiġiet għall-ittestjar fuq importaturi jew manifatturi ta' ċerta sostanza ta' prijorità kif previst taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 dwar l-avalwazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta' sostanzi eżistenti (ĠU L 265, tat-13.10.1999, p. 11)."

Artikolu 3

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18 (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni K/130/93/p. 2) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

399 X 0721 : Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/721/KE tat-12 ta' Ottubru 1999 fuq ir-riżultati ta' l-evalwazzjoni tar-riskju u fuq l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sostanzi: 2-(2-butoxyethoxy)ethanol; 2-(2-methoxyethoxy)ethanol; Alkanes, C10-13,kloro; Benzene, C10-13-alkyl derivs. (ĠU L 292, tat-13.11.1999, p. 42)."

Artikolu 4

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/77/KE, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2161/1999 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/721/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta' Ottubru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

G. S. Gunnarsson

[1] Ghadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 207, tas-6.8.1999, p. 18.

[3] ĠU L 265, tat-13.10.1999, p. 11.

[4] ĠU L 292, tat-13.11.1999, p. 42.

[5] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top