This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22000D1214(02)
Decision of the EEA Joint Committee No 72/2000 of 2 October 2000 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 315, 14.12.2000, p. 7–8
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 315 , 14/12/2000 P. 0007 - 0008
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 [1]. (2) Id-Direttiva 96/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri li għandhom jittieħdu kontra l-emissjoni ta' sostanzi li jniġġsu f'għamla ta' gass jew f'għamla ta' partikoli minn makni b'ignition b'kompressjoni għal użu f'vetturi, u l-emissjoni ta' sostanzi li jniġġsu f'forma ta' gass minn makni b'ignition pożittiva li jużaw fuwil ta' gass naturali jew gass ta' petroleum magħmul likwidu għal użu minn vetturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/98/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' l-okkupanti ta' vetturi b'makna fil-każ ta' impatt fuq quddiem [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 44 (Direttiva tal-Kunsill 88/77/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim: 399 L 0096 : Id-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 44, tas-16.2.2000, p. 1)." Artikolu 2 Li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 45v (Direttiva 96/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim: ", kif emendat bi: 399 L 0098 : Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/98/KE tal-15 ta' Diċembru 1999 (ĠU L 9, tat-13.1.2000, p. 14)." Artikolu 3 It-testi tad-Direttiva 1999/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/98/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta' Ottubru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Ottubru 2000. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President G. S. Gunnarsson [1] ĠU L 237, tas-21.9.2000, p. 62. [2] ĠU L 44, tas-16.2.2000, p. 1. [3] ĠU L 9, tat-13.1.2000, p. 14. [4] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------