Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1123(08)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 83/1999 tal-25 ta' Ġunju 1999 li temenda l-Protokoll 37 u l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 296, 23.11.2000, p. 41–43 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/83(2)/oj

    22000D1123(08)



    Official Journal L 296 , 23/11/2000 P. 0041 - 0043


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 83/1999

    tal-25 ta' Ġunju 1999

    li temenda l-Protokoll 37 u l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 98 u 101 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Protokoll 37 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 [1].

    (2) L-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 37/1999 tat-30 ta' Marzu 1999 [2].

    (3) L-Anness XI għall-Ftehim jista' jinkludi atti li jittrattaw il-protezzjoni ta' persuni fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u s-sottotitoli għandhom, għat-trasparenza, jiġu għalhekk estiżi.

    (4) D-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' ndividwi f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data [3] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim; billi l-Kapitolu IV ta' dik id-Direttiva għandu jiġi addattat għall-għanijiet tal-Ftehim.

    (5) Sabiex il-Ftehim jaħdem tajjeb, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasferiment ta' data personali lill-pajjiżi terzi, il-Protokoll 37 għall-Ftehim għandu jiġi estiż sabiex jinkludi l-Partit Ħaddiem dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' Proċessar ta' Data Personali stabbilita mid-Direttiva 95/46/KE, u l-Anness XI għandu jiġi emendat sabiex jispeċifika l-proċeduri għall-assoċjazzjoni ma' dan il-Partit Ħaddiem,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud mal-Protokoll 37 għall-Ftehim wara l-punt 12 (Kumitat ta' Kuntatt dwar l-Attivitajiet ta' Xandir Televiżiv):

    "13. Il-Partit Ħaddiem dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward ta' l-Ipproċessar ta' Data Personali (Direttiva 95/46/KE tal-Parlemant Ewropew u tal-Kunsill)"

    .

    Artikolu 2

    Li ġej għandu jiġi mdaħħalfl-Anness XI għall-Ftehim wara l-punt 5d (Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

    "Protezzjoni tad-Data

    5e. 395 L 0046: Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment ħieles ta' tali data (ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31).

    Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

    (a) Il-Partijiet Kontaenti għandhom, fil-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jagħmlu skambju ta' l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikoli 25(3) u 26(3) l-ewwel paragrafu;

    (b) Jekk, bi qbil ma' l-Artikoli 25(4), 25(6), 26(3) it-tieni paragrafu jew 26(4), il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb illi taddotta miżuri bi qbil ma' l-Artikolu 31, l-Istati ta' l-EFTA għandhom jiġu nfurmati bl-istess mod bħall-Istati Membri tal-UE. Jekk il-Kummissjoni tikkomunika miżuri lill-Kunsill bi qbil ma' l-Artikolu 31, l-Istati ta' l-EFTA għandhom jinżammu nfurmati fiż-żmien xieraq dwar tali proċedura. Kwalunkwe miżura addottata bi qbil ma' l-Artikolu 31 għandha tiġi notifikata lill-Istati ta' l-EFTA bl-istess mod bħall-Istati Membri ta' l-UE. Sakemm tittieħed deċiżjoni mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE sabiex jiġu nkorporati tali miżuri fil-Ftehim, l-Istati ta' l-EFTA għandhom jiddeċiedu, u jinfurmaw lill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-miżuri addottati bi qbil ma' l-Artikolu 31, jekk humiex sejrin japplikaw dawn il-miżuri jew le.

    Jekk Stat ta' l-EFTA ma jkunx ħa tali deċiżjoni, għandu japplika l-miżuri adottati bi qbil ma' l-Artikolu 31 fl-istess żmien ta' l-Istati Membri ta' l-UE.

    Jekk ftehim dwar l-inkorporazzjoni fil-Ftehim taż-ŻEE ta' miżuri addottati bi qbil ma' l-Artikolu 31 ma jistax jintlaħaq fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fi żmien tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri, Stat ta' l-EFTA jista' jwaqqaf kwalunkwe applikazzjoni ta' tali miżuri u għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

    Il-Partijiet Kontraenti l-oħra għandhom, b'deroga mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva, jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-fluss liberu ta' data personali lejn Stat ta' l-EFTA li ma japplikax il-miżuri addottati bi qbil ma' l-Artikolu 31 bl-istess mod kif dawn il-miżuri ma jippermettux trasferiment ta' tali data lejn pajjiż terz;

    (c) Minkejja kwalunkwe negozjati mill-Kummissjoni bi qbil ma' l-Artikolu 25(5), Stat ta' l-EFTA jista' jidħdol f'negozjati f'ismu stess. Il-Kummissjoni u l-Istati ta' l-EFTA għandhom iżommu lil xulxin infurmati u, fuq talba, għandhom ikollhom konsultazzjonijiet dwar tali negozjati fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE;

    Proċeduri għall-assoċjazzjoni tal-Liechtenstein, l-Islanda u n-Norveġja bi qbil ma' l-Artikolu 101 tal-Ftehim:

    Kull Stat ta' l-EFTA jista', bi qbil mat-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 29(2) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, japponta persuna waħda, li tirrapreżenta l-awtorità jew awtoritajiet ta' sorveljanza innominati minn kull Stat ta' l-EFTA sabiex jipperteċipaw bħala osservaturi, mingħajr dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Partit Ħaddiem dwar il-Protezzjoni ta' l-Individwi fir-rigward ta' l-Iproċessar ta' Data Personali.

    Il-Kummissjoni tal-KE għandha fiż-żmien dovut tinforma lill-parteċipanti bid-dati tal-laqgħat tal-Partit Ħaddiem u għandha tittrasmettilhom l-informazzjoni relevanti."

    Artikolu 3

    It-testi tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-26 ta' Ġunju 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-25 ta' Ġunju 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 284, tad-9.11.2000.

    [2] ĠU L 266, tad-19.10.2000.

    [3] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

    --------------------------------------------------

    Top