Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1109(18)

    Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE Nru 63/1999 tat-28 ta' Mejju 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 284, 9.11.2000, p. 45–46 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/63/oj

    22000D1109(18)



    Official Journal L 284 , 09/11/2000 P. 0045 - 0046


    Deċiżjoni tal-kumitat konġunt taż-ŻEE

    Nru 63/1999

    tat-28 ta' Mejju 1999

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/1999 tat-30 ta' April 1999 [1];

    (2) d-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE tal-25 ta' Ġunju 1998 li tinkludi sostanza attiva (azoxystrobin) fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 12a. (Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    "- 398 L 0047: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE tal-25 ta' Ġunju 1998 (ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 50)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar id-29 ta' Mejju 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Mejju 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 284, tat-; 9.11.2000, p. 9.

    [2] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 50.

    --------------------------------------------------

    Top