Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1109(08)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 53/1999 tat-30 ta' April 1999 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 284, 9.11.2000, p. 12–12 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/53(2)/oj

    22000D1109(08)



    Official Journal L 284 , 09/11/2000 P. 0012 - 0012


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 53/1999

    tat-30 ta' April 1999

    li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) l-Anness IX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 110/98 ta' l- ta' Diċembru 1998 [1];

    (2) d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità tal-ħlas f'pagament u sistemi ta' ħlas ta' titoli [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 16a (Direttiva 97/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness IX għall-Ftehim:

    "16b. 398 L 0026: Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar il-finalità tal-ħlas f'pagament u sistemi ta' ħlas ta' titoli (ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 45)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Mejju 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, 30 ta' April 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 277, tat-28.10.1999, p. 46.

    [2] ĠU L 166, tal-11.6.1998, p. 45.

    --------------------------------------------------

    Top