Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1019(18)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 45/1999 tas-26 ta' Marzu 1999 li temenda l-Protokoll 4 li jinsab mal-Ftehim ŻEE dwar regoli ta' oriġini

    ĠU L 266, 19.10.2000, p. 53–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/45(2)/oj

    22000D1019(18)



    Official Journal L 266 , 19/10/2000 P. 0053 - 0058


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

    Nru 45/1999

    tas-26 ta' Marzu 1999

    li temenda l-Protokoll 4 li jinsab mal-Ftehim ŻEE dwar regoli ta' oriġini

    IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat mill-Protokollli Jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonimika Ewropea, hanwhekk iżjed 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) l-Protokoll 4 għall-Ftehim ŻEE kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 114/98 tas-27 ta' Novembru 1998 [1];

    (2) t-tifsira tal-espressjoni "prodotti li joriġinaw" teħtieġ li tiġi emendata biex tiżgura l-operazzjoni xierqa tas-sistema estiża ta' kumulazzjoni li tippermetti l-użu ta' materjali li joriġinaw fil-Komunità Ewropea, l-Polonja, l-Ungerija, r-Repubblika ċerka, r-Repubblika Slovakka, l-Bulgarija, r-Rumanija, l-Latvja, l-Litwanja, l-Estonja, s-Slovenja, ż-Żona Ekonomika Ewropea (hawnhekk iżjed 'l quddiem imsejjħa "iż-ŻEE"), l-Islanda, n-Norveġja u l-Isvizzera;

    (3) minħabba l-arranġament partikolari dwar prodotti industrijali li jeżisti bejn il-Komunità u t-Turkija, għandu wkoll ikun xieraq li tiġi estiża s-sistema ta' kumulazzjoni għal dawk il-prodotti li joriġinaw fit-Turkija.

    (4) biex jiġi faċilitat il-kummerċ u simplifikati l-kompiti amministrattivi għandu jkun mixtieq li jiġi emendat il-kliem tal-Artikolu 3;

    (5) biex jingħata kont tal-bidliet fit-teknika tal-ipproċessar u n-nuqqasijiet ta' ċerta materja prima, għandhom isiru xi korrezzjonijiet għall-lista tal-ħtiġiet tax-xogħol u l-ipproċessar li l-materjali li ma joriġinawx għandhom iħarsu biex jikkwalifikaw għal status li joriġina,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll 4 huwa b'dan emendat kif ġej:

    1. L-Artikolu 1(i) għandu jiġi mibdul bi:

    "(i) "valur miżjud" għandu jittieħed li jkun il-prezz kif joħroġ mill-fabbrika mnaqqas bil-valur doganali ta' kull wiħed mill-materjali inkorporati li joriġinaw fil-pajjiżi l-oħra msemmija fl-Artikolu 3 jew, fejn il-valur doganali ma jkunx magħruf jew ma jkunx jista' jiġi aċċertat,l-ewwel prezz verifikabbli mħallas għall-prodotti fiż-ŻEE."

    2. L-Artikolu 3 huwa mibdul bi:

    "Artikolu 3

    Kumulazzjoni b'materjali li joriġinaw

    1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1), prodotti għandhom ikunu kunsidrati bħala li joriġinaw fiż-ŻEE jekk dawk il-prodotti jinkisbu minn hemmhekk, jinkorporaw materjali li joriġinaw fil-Komunità, l-Bulgarija, l-Polonja, l-Ungerija, r-Repubblika ċeka, r-Repubblika Slovakka, r-Rumanija, l-Litwanja, l-Latvja, l-Estonja, s-Slovenja, l-Islanda, n-Norveġja, l-Isvizzera (inkluż Liechtenstein) [2] jew it-Turkija [3] skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar regoli ta' oriġini annessi mal-Patti ta' Ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti u dawn il-pajjiżi, kemm-il darba x-xogħol jew l-ipproċessar imwettaq fiż-ŻEE imur'l minn dak imsemmi fl-Artikolu 6 ta' dan il-Protokoll. Ma għandux ikun meħtieġ li dawk il-materjali ikun għaddew minn xogħol suffiċjenti jew ipproċessar.

    2. Fejn ix-xogħol jew l-ipproċessar imwettaq fiż-ŻEE ma jmurx 'l hinn mill-operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6, il-prodott miksub għandu jkun kunsidrat bħala li joriġina fiż-ŻEE biss fejn il-valur miżjud hekkhekk ikun akbar mill-valur tal-materjali wżati li joriġinaw f'xi wieħed mill-pajjżi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Jekk dan ma jkunx hekk, il-prodott miksub għandu jitqies bħala li joriġina fil-pajjiż li jagħti kont għall-ogħla valur ta' materjali li joriġinaw użati fil-manifattura fiż-ŻEE.

    3. Prodotti li joriġinaw f'wieħed mill-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1, li ma jsirx fuqhom xi xogħol jew ipproċessar fiż-ŻEE, iżommu l-oriġini tagħhom jekk jiġu esportati f'wieħed minn dawn il-pajjiżi.

    4. Il-kumulazzjoni li hemm provvediment dwarha f'dan l-Artikolu tista' tiġi applikata biss għal metarjali u prodotti li jkunu akkwistaw status li joriġina b'applikazzjoni ta' regoli ta' oriġini identiċi għal dawk mogħtija f'dan il-Protokoll.

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin, permezz tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, id-dettalji tal-patti ta' Ftehim u r-regoli tagħhom ta' oriġini li jikkorrispondu, li jkunu applikati mal-pajjiżi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għandha tippublika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (Serje ċ) id-data li fiha l-kumulazzjoni, li hemm provvediment dwarha f'dan l-Artikolu tista' tiġi applikata minn dawk il-pajjiżi elenkati fil-paragrafu 1 li jkunu kkonformaw mal-ħtiġiet neċessarji.";

    3. fl-Artikolu 25 ir-referenza "C2/CP3" għandha tiġi mibdula bi "CN22/CN23".

    4. fl-Anness I, in-Nota 5.2, "filamenti li jikkonduċu l-kurrent" għandha tiżdied bejn "filamenti artifiċjali magħmula mill-bniedem" u "fibri prinċipali sintetiċi magħmula mill-bniedem ta' polypropylene".

    5. fl-Anness I, in-Nota 5.2 il-ħames eżempju ("Tapit bi trofof… jitħarsu.") għandu jitħassar.

    6. fl-Anness II, bejn ir-regoli għall-intestaturi HS 2202 2208, għandha tiddaħħal ir-regola li ġejja:

    "Intestatura HS Nru | Deskrizzjoni tal-prodott | Xogħol jew ipproċessar imwettaq fuq materjali li ma joriġinawx li jikkonferixxi status li joriġina |

    | |

    (1) | (2) | (3) jew (4) |

    2207 | Etil alkoħol snaturat ta' saħħa alkoħolika skond il-volum ta' 80 % vol jew għola; etil alkoħol u spirti oħra, snaturati, ta' kull saħħa. | Manifattura: bl-użu ta' materjali mhux klassifikati fl-intestatura Nri 2207 jew 2208" | |

    7. fl-Anness II, ir-regola għall-Kapitolu 57 għandha tiġi mibdula bi:

    "Kapitolu 57 | Twapet u għata ieħor tal-art tat-tessuti: | | |

    — Ta' feltru ta' newl bil-labra | Manifattura minn [4]: fibri naturalijewmaterjali kimiċi jew polpa tat-tessutiMadanakollu: filament tal-polypropylene tal-intestatura Nru 5402,fibri tal-polypropylene tal-intestatura Nri 5503 jew 5506,jewstoppa ta' filament tal-polypropylene tal-intestatura Nru 5501, li d-denominazzjoni tagħha fil-każi kollha ta' filament waħdieni jew fibra tkun anqas minn 9 decitex jistgħu jintużaw kemm-il darba l-valur tagħhom ma jisboqx l-40 % tal-prezz kif joħroġ mill-fabbrika tal-prodott Materjal tal-ġuta jista' jintuża bħala inforra | |

    — Ta' feltru ieħor | Manifattura minn [4]: fibri naturali mhux mimxuta jew ippettnati jew mod ieħor proċessati għall-għażil,jewmaterjali kimiċi jew polpa tat-tessuti | |

    - Oħra | Manifattura minn [4]: ħajt tal-kajjar jew tal-ġuta [5],ħajt sintetiku jew filament artifiċjali,fibri naturali,jewfibri prinċipali magħmula mill-bniedem mhux mimxuta jew ippettnati jew mod ieħor proċessati għall-għażilMaterjal tal-ġuta jista' jintuża bħala inforra | |

    8. fl-Anness II, ir-regola għall-intestatura HS

    7006

    għandha tinbidel bi:

    "7006 | Ħġieġ tal-intestatura Nri 7003, 7004 jew 7005, milwi, bix-xfar maħduma, minqux, mtaqqab, żmaltat jew mod ieħor maħdum, iżda mhux fi gwarniċ jew iffittjat ma' materjali oħra: | | |

    - Folji substrati tal-ħġieġ miksija b'lega rqiqa dielettrika, ta' grad semi- kunduttur skond l-istandards SEMII [6] | Manifattura minn folji substrati ta'ħġieġ mhux miksi tal-intestatura Nru 7006 | |

    - Oħra | Manifattura minn materjali tal-intestatura Nru 7001 | |

    9. fl-Anness II, ir-regola għall-intestatura HS

    7601

    għandha tinbidel bi:

    "7601 | Aluminju mhux maħdum | Manifattura li fiha: l-materjali kollha wżati ikunu klassifikati f'intestatura minbarra dik tal-prodott; uil-valur tal-materjali kollha wżati ma jiżboqx il-50 % tal-prezz kif joħroġ mill-fabbrika tal-prodottjew Manifattura permezz ta' trattament termali jew elettrolitiku minn aluminju mhux illigat jew skart jew skrapp tal-aluminju" | |

    10. dan li ġej għandu jiżdied wara l-Anness VI:

    "

    L-Anness VII

    Lista ta' prodotti li joriġinaw fit-Turkija li għalihom ma jgħoddux id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, elenkati fl-ordni tal-Kapitoli HS u l-Intestaturi

    Il-Kapitolu 1 Il-Kapitolu 2 Il-Kapitolu 3 0401 sa 0402 ex0403 | Xorrox tal-butir, ħalib imbaqqat u krema, yogurt, kefir u ħalib ieħor fermentat jew aċidifikat u krema, sew jekk konċentrati jew le jew ikunx fihom zokkor miżjud jew xi materjal ieħor ta' ħlewwa |

    0404 sa 0410 0504 0511 Il-Kapitolu 6 0701 sa 0709 ex0710 | Ħxejjex ħlief qamħ bil-qalba biz-zokkor tal-intestatura Nru 07104000 (mhux imsajjar jew imsajjar permezz ta' fwar jew tgħolija fl-ilma), iffriżat |

    ex0711 | Ħxejjex ħlief qamħ bil-qalba biz-zokkor tal-intestatura Nru 07119030, priservat provviżorjament (per eżempju permezz ta' gass dijossidu tas-sulfur, fis-salmura, f'ilma tas-sulfur jew foi priservattivi likwidi oħra) iżda mhux adattati f'dak l-istat għall-konsum immedjat |

    0712 sa 0714 Il-Kapitolu 8 ex Kapitolu 9 | Kafà, tà, u ħwawar, eskluż matàtal-intestatura 0903 |

    Il-Kapitolu 10 Il-Kapitolu 11 Il-Kapitolu 12 ex1302 | Sustanzi mill-pektin, pektinati u pektati |

    1501 sa 1514 ex1515 | Xaħmijiet jew żjut oħra ffissati ta' ħxejjex (eskluż żejt jojoba u l-frazzjonijiet tiegħu) u l-frazzjonijiet tagħhom, sew jekk raffinati jew le, iżda mhux kimikament modifikati |

    ex1516 | Xaħmijiet u żjut mill-annimali jew ħxejjex u l-frazzjonijiet tagħhom, idroġenati parzjalment jew kollha kemm huma, inter-esterifikati, ri-esterifikati jew elaidinised, sew jekk raffinati jew le, iżda mhux aktar preparati, eskluż żejt ir-riġnu idroġenat magħruf bħala "opalwax" |

    ex1517 u ex1518 | Marġerina, imitazzjoni tax-xaħam u xaħmijiet oħra preparati li jittieklu |

    ex1522 | Fdalijiet li jirriżultaw mit-trattament ta' sustanzi mxaħħma jew xama' mill-annimali jew ħxejjex, eskluż degras |

    Il-Kapitolu 16 1701 ex1702 | Zokkor ieħor, inkluż lattożju kimikament pur, maltożju, glukożju u fruttożju, f'forma solida; xiropp taz-zokkor li ma jkunx fih miżjuda togħmiet jew materjal li jagħti l-kulur; għasel artifiċjali, sew jekk imħallat jew le ma' għasel naturali; zokkor imsaħħan eskluż dak tal-intestaturi 17021100, 17023051, 17023059, 17025000 u 17029010 |

    1703 1801 u1802 ex1902 | Għaġin, mimli, li jkun fih aktar minn 20 % skond il-piż ta' ħut, krustaċji, molluski u invertebri oħra akwatiċi, zalzett u simili jew laħal u skart tal-laħam ta' kull tip, inklużi xaħmijiet ta'kull tip |

    ex2001 | Ħjar u ħjar żgħir, ċatni magħmul mill-mang, frott tar-razza tal-bżar aħmar, minbarra bżar ħelu u piment, faqqiegħ u żebbuġ, preparat jew ippriservat permezz tal-ħall jew l-aċidu aċetiku |

    2002 u 2003 ex2004 | Ħxejjex oħra preparati jew ippriservati mod ieħor milli bil-ħall jew l-aċidu aċetiku, ffriżati, minbarra prodotti tal-intestatura 2006, eskluża patata fil-forma ta' dqiq jew dqiq oħxon, bċejjeċ u qamħ bil-qalba ħelwa |

    ex2005 | Ħxejjex oħra preparati jew ippriservati mod ieħor milli bil-ħall jew l-aċidu aċetiku, mhux iffriżati, minbarra prodotti tal-intestatura 2006, eskluża patata fil-forma ta' dqiq jew dqiq oħxon, bċejjeċ u qamħ bil-qalba ħelwa |

    2006 u 2007 ex2008 | Frott, lewż u partijiet oħra tal-pjanti li jittieklu, mod ieħor preparati jew priservati, sew jekk ikun fihom zokkor miżjud jew le jew xi materjal ieħor li jagħti l-ħlewwa jew spirtu, mhux speċifikati jew inklużi x'imkien ieħor, eskluż pejst tal-karawett, qlub tal-palm, qamħirrum, jam, patata ħelwa u partijiet simili tal-pjanti li jittieklu li jkun fihom 5 % jew aktar skond il-piż ta' lamtu, weraq tad-dielja friegħi tal-ħopp u partijiet simili oħra tal-pjanti li jittieklu |

    2009 ex2106 | Xokkor bit-togħma u kulurit, xiroppi u għasel iswed |

    2204 2206 ex2207 | Etil alkoħol snaturat ta' saħħa alkoħolika skond il-volum ta' 80 % vol jew għola miksub mill-prodotti agrikoli elenkati hawnhekk |

    ex2208 | Etil alkoħol snaturat ta' saħħa alkoħolika skond il-volum ta' anqas minn 80 % vol miksub mill-prodotti agrikoli elenkati hawnhekk |

    2209 Il-Kapitolu 23 2401 4501 5301 u 5302 | |

    "

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999, kemm-il darba n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu lill-Kumitat Konġunt ŻEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima ŻEE ta' u fis-suppliment ŻEE ta' l-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmual fi Brussel, fis-26 ta' Marzu 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 277, tat-28.10.1999, p. 51.

    [2] Il-Prinċipalità tal-Liechtenstein għandha unjoni doganali mal-Isvizzera, u hija Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

    [3] Il-kumulazzjoni kif hemm provvediment dwarha f'dan l-Artikolu ma tgħoddx għal materjali li joriġinaw fit-Turkija li huma msemmija fil-lista fl-Anness VII li jinsab ma' dan il-Protokoll.

    [4] "For special conditions relating to products made of a mixture of textile materials, see Introductory Note 5.

    [5] "The use of jute yarn is authorised from 1 July 2000."

    [6] "SEMII - Istitut Inkorporat ta' Tagħmir Semikunduttur u Materjali.";

    --------------------------------------------------

    Top