This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22000D1019(01)
Decision of the EEA Joint Committee No 28/1999 of 26 March 1999 amending Annex II (technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/1999 tas-26 ta' Marzu 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/1999 tas-26 ta' Marzu 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 266, 19.10.2000, p. 1–4
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Official Journal L 266 , 19/10/2000 P. 0001 - 0004
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 28/1999 tas-26 ta' Marzu 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/1999 tad-29 ta' Jannar 1999 [1]. (2) d-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 li temenda, fir-rigward tal-veloċità massima mfassla ta' tratturi agrikoli u tal-forestrija, id-Direttivi tal-Kunsill 74/150/KEE, 74/151/KEE, 74/152/KEE, 74/346/KEE, 74/347/KEE, 75/321/KEE, 75/322/KEE, 76/432/KEE, 76/763/KEE, 77/311/KEE, 77/537/KEE, 78/764/KEE, 78/933/KEE, 79/532/KEE, 79/533/KEE, 80/720/KEE, 86/297/KEE, 86/415/KEE u 89/173/KEE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 2. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 2 (Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 3. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 74/152/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 4. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 4 (Direttiva tal-Kunsill 74/346/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 5. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 74/347/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 6. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 6 (Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 7. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 8. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 8 (Direttiva tal-Kunsill 76/432/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 9. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 9 (Direttiva tal-Kunsill 76/763/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 10. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 77/311/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 11. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 12 (Direttiva tal-Kunsill 77/537/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 12. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 13 (Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 13. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 14 (Direttiva tal-Kunsill 78/933/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 14. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 15 (Direttiva tal-Kunsill 79/532/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 15. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 16 (Direttiva tal-Kunsill 79/533/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 16. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 18 (Direttiva tal-Kunsill 80/720/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 17. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 19 (Direttiva tal-Kunsill 86/297/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: ", kif emendat bi: - 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 18. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 21 (Direttiva tal-Kunsill 86/415/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: ", kif emendat bi: - 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." 19. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 23 (Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness II għall-Ftehim: ", kif emendat bi: - 397 L 0054: Id-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Settembru 1997 (ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 97/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Marzu 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Marzu 1999. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President F. Barbaso [1] ĠU L 35, ta' l-10.2.2000, p. 28. [2] ĠU L 277, ta' l-10.10.1997, p. 24. --------------------------------------------------