Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0622(07)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 22/1999 tas-26 ta' Frar 1999 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni, fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 148, 22.6.2000, p. 47–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/22(2)/oj

    22000D0622(07)



    Official Journal L 148 , 22/06/2000 P. 0047 - 0047


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 22/1999

    tas-26 ta' Frar 1999

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni, fl-oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi l-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 54/98 tat-3 ta' Ġunju 1994 [1];

    Billi huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi l-programm ta' Azzjoni tal-Komunità "Servizz Voluntarju Ewropew għaż-Żgħażagħ" (Deċiżjoni Nru 1686/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) [2];

    Billi l-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Awissu 1998,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1. il-paragrafu l-ġdid li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragrafu 2a:

    "2b. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, sa mill-1 ta' Awissu 1998, jipparteċipaw fil-programm tal-Komunità li ġej:

    398 D 1686: Id-Deċiżjoni Nru 1686/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-20 ta' Lulju 1998 li tistabbilixxi l-programm ta' Azzjoni tal-Komunità "Servizz Voluntarju Ewropew għaż-Żgħażagħ"; (ĠU L 214, tal-31.7.1998, p. 1).";

    2. il-paragrafu 3 għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    "3. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament bi qbil ma' l-Artikolu 82(1)(a) għall-programmi u għall-azzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1, 2, 2a u 2b."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Frar 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Għandha tapplika mill-1 ta' Awissu 1998.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Frar 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    F. Barbaso

    [1] ĠU L 30, ta' l-4.2.1999, p. 57.

    [2] ĠU L 214, tal-31.7.1998, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top