EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D0615(14)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/2000 tal-31 ta' Marzu 2000 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

ĠU L 141, 15.6.2000, p. 66–66 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/38(2)/oj

22000D0615(14)



Official Journal L 141 , 15/06/2000 P. 0066 - 0066


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 38/2000

tal-31 ta' Marzu 2000

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 172/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 [1]:

(2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi t-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-edukazzjoni "Sokrates" (Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2]).

(3) il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 2000,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 4(2ċ) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim:

"- 32000 D 0253: Id-Deċiżjoni Nru 253/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 li tistabbilixxi it-tieni fażi tal-programm ta' azzjoni tal-Komunità fil-qasam ta' l-edukazzjoni "Socrates" (ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 1)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Marzu 2000.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

F. Barbaso

[1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 1.

--------------------------------------------------

Top