Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0192

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 192/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

ĠU L 74, 15.3.2001, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/192(2)/oj

21999D0192



Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0032 - 0033


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 192/1999

tas-17 ta' Diċembru 1999

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/94 tas-7 ta' Ġunju 1994 [1];

(2) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti għal parteċipazzjoni mill-Istati ta' l-EFTA fil-forum konsultattiv Ewropew dwar l-ambjent u żvilupp sostenibbli (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/150/KE) [2],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-ewwel inċiż fl-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu jiġi mibdul b'li ġej:

"- programmi ta' politika u ta' azzjoni dwar l-ambjent u, b'mod partikolari, fil-qafas ta' l-attivitajiet tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw mill-atti tal-Komunità li ġejjin:

- 493 Y 0517: Ir-Risoluzzjoni tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill ta' l-1 ta' Frar 1993 dwar programm tal-Komunità ta' politika u ta' azzjoni fir-rigward ta' l-ambjent u żvilupp sostenibbli (ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1);

- 397 D 0150: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/150/KE ta' l-24 ta' Frar 1997 dwar it-twaqqif ta' forum konsultattiv Ewropew dwar l-ambjent u żvilupp sostennibbli (ĠU L 58, tas-27.2.1997, p. 48)"

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-18 ta' Diċembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 198, tat-30.7.1994, p. 142.

[2] ĠU L 58, tas-27.2.1997, p. 48.

--------------------------------------------------

Top