Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0168

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 61, 1.3.2001, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/168(2)/oj

    21999D0168



    Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0023 - 0024


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 168/1999

    tas-26 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Anness IV (Enerġija) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness IV għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 29/1999 tas-26 ta' Marzu 1999 [1].

    (2) D-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 1996 dwar regoli komuni għas-suq intern dwar l-elettriku [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3) Is-sehem tas-suq nazzjonali, kif hemm referenza għalih fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandhom għall-għanijiet tal-Ftehim ikunu bbażati fuq il-kalkolazzjoni tas-sehem medju tal-Komunità tal-ftuħ tas-suq ta' l-elettriku,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 13 (Direttiva 96/57/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness IV għall-Ftehim:

    396 L 0092 (a) fl-Artikolu 3(2), "id-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, b'mod partikolari l-Artikolu 90" għandu jaqra "id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Ftehim taż-ŻEE, b'mod partikolari l-Artikolu 59";

    (b) fl-Artikolu 3(3), "l-Artikolu 90 tat-Trattat" għandu jaqra "l-Artikolu 59 tal-Ftehim taż-ŻEE";

    (ċ) fl-Artikolu 3(3), il-kliem "L-interessi tal-Komunità" għandu jaqra "L-interessi tal-Partijiet Kontraenti";

    (d) fl-Artikolu 7(2), dan li ġej għandu jiġi miżjud fit-tmiem: ", kif hemm referenza għalih fi, u addattat għall-għanijiet ta', il-Ftehim taż-ŻEE";

    (e) fl-Artikolu 14(2), dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-ewwel sentenza: ", kif hemm referenza għalih fi, u addattat għall-għanijiet ta', il-Ftehim taż-ŻEE";

    (f) fl-Artikolu 14(5), il-frażi "is-seba" Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar ammonti konsolidati għandha taqra "is-seba" Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju 1983 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar ammonti konsolidati kif hemm referenza għalihom fi, u addattati għall-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE;

    (g) l-obbligu dwar l-Istati Membri stabbilit fl-Artikoli 19(1) u (2) li jiġu rrapportati figuri dwar l-elettriku kkunsmat mill-konsumaturi finali għall-għan li jiġi kkalkolat is-sehem medju tal-Komunità li tiddefinixxi l-grad tal-ftuħ tas-suq, ma għandux japplika għall-Istati ta' l-EFTA;

    (h) fl-Artikolu 22, il-kliem "id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu" għandu jaqra "id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE u b'mod partikolari l-Artikolu 54 tiegħu";

    (i) dawk l-Istati ta' l-EFTA li fihom l-impenni u l-garanziji ta' operazzjoni mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 ma jistgħux jiġu onorati minħabba d-dispożizzjonijiet ta' dik id-Deċiżjoni, jistgħu japplikaw għal reġim transizzjonali bi qbil ma' l-Artikolu 24(1) u (2). Applikazzjonijiet għal perjodu transizzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità ta' Sorveljanza ta' l-EFTA mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/1999 tas-26 ta' Novembru 1999;

    (j) fl-Artikolu 24(3), dan li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-aħħar sentenza: ", l-Islanda u l-Liechtenstein";

    (k) fl-Artikolu 27(2), dan li ġej għandu jiġi miżjud fit-tmiem: "L-Islanda u l-Liechtenstein jistgħu, minħabba l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi tas-sistema ta' l-elettriku tagħhom, ikollhom perjodu addizzjonali ta' sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 sabiex japplikaw l-obbligi li joħorġu mid-Direttiva.""

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 266, tad-19.10.2000, p. 5.

    [2] ĠU L 27, tat-30.1.1997, p. 20.

    --------------------------------------------------

    Top