EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0166

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 166/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 61, 1.3.2001, p. 17–18 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/166(2)/oj

21999D0166



Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0017 - 0018


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 166/1999

tas-26 ta' Novembru 1999

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 [1].

(2) D-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE) fil-Kapitolu XXX ta' l-Anness II għall-Ftehim;

398 L 0079 : : Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro (ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 22, tad-29.1.1999, p. 75."

Artikolu 2

1. L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 1 (Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Kapitolu XXIV ta' l-Anness II għall-Ftehim:

398 L 0079 : : Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 22, tad-29.1.1999, p. 75."

2. Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE) tal-Kapitolu XXX ta' l-Anness II għall-Ftehim:

", kif emendat bi:

398 L 0079 : : Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 (ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1), kif ikkoreġuta bil-ĠU L 22, tad-29.1.1999, p. 75."

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

[2] ĠU L 331, tas-7.12.1998, p. 1.

--------------------------------------------------

Top