Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0165

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 165/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 61, 1.3.2001, p. 16–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/165(2)/oj

    21999D0165



    Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0016 - 0016


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 165/1999

    tas-26 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 [1].

    (2) D-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 1997 li temenda l-Anness għad-Direttiva 93/7/KEE dwar ir-radd lura ta' l-oġġetti kulturali mneħħija kontra l-liġi mit-territorju ta' Stat Membru [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 93/7/KEE) tal-Kapitolu XXVIII ta' l-Anness II għall-Ftehim:

    ", kif emendat bi:

    396 L 0100 : : Id-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 1997 (ĠU L 60, ta' l-1.3.1997, p. 59)."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 96/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

    [2] ĠU L 60, ta' l-1.3.1997, p. 59.

    --------------------------------------------------

    Top