Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0155

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 61, 1.3.2001, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/155/oj

    21999D0155



    Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0003 - 0003


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 155/1999

    tas-26 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 [1].

    (2) L-perjodu ta' transizzjoni li matulu huwa awtorizzat il-ħatt dirett ta' ħut frisk fl-Islanda f'numru ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera magħżulin minn qabel, għandu jiġi mtawwal,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Fl-Anness I għall-Ftehim, il-Kapitolu I, taqsima I, punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/357/KE) id-data "31 ta' Diċembru 1998" fl-addattament għall-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/357/KE dwar l-Islanda għandha tiġi mibdula bid-data "31 ta' Diċembru 1999".

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 15, tat-18.1.2001, p. 34.

    --------------------------------------------------

    Top