Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0154

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 61, 1.3.2001, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/154(2)/oj

    21999D0154



    Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0001 - 0002


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 154/1999

    tas-26 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 [1].

    (2) L-punt 4(a) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim jistabbilixxi r-regoli dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati ta' l-EFTA; billi hemm ukoll il-ħtieġa għal proċedura aktar rapida għall-komunikazzjoni tal-listi ta' stabbilimenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea approvati għall-għan tal-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 9 (data tad-dħul fis-seħħ ta' l-atti fil-Kapitolu I) fil-Parti tad-Dħul tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim:

    "10. Listi ta' stabbilimenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea

    - Barra mill-proċedura stabbilita fil-paragrafu 4(a) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim, l-Istati Membri tal-KE u l-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkomunikaw direttament lill-Istati Membri tal-KE l-oħra u lill-Istati ta' l-EFTA, il-listi ta' stabbilimenti approvati għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Novembru 1999, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 15, tat-18.1.2001, p. 34.

    --------------------------------------------------

    Top