EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999A0831(01)

Ftehim ta' assoċjazzjoni u koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, mill-parti l-oħra

ĠU L 229, 31.8.1999, p. 3–52 (ES, DA, DE, EL, EN, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/07/2017

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1999/593/oj

Related Council decision

21999A0831(01)

Ftehim ta' assoċjazzjoni u koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, mill-parti l-oħra

Official Journal L 229 , 31/08/1999 P. 0001 - 0052
Official Journal L 229 , 31/08/1999 P. 0003 - 0052
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali biċ-Ċek Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bl-Estonjan Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bl-Ungeriż Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bil-Litwan Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bil-Letton Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bil-Malti Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bil-Pollakk Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bis-Slovakk Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 11 Volume 32 P. 126 - 127
Edizzjoni Speċjali bis-Sloven Chapter 11 Volume 56 P. 98 - 153


Ftehim ta' assoċjazzjoni u koperazzjoni

li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, mill-parti l-oħra [1]

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA,

Partijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,

minn issa l'quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Komunità",

mill-parti l-waħda, u

IR-REPUBBLIKA TA' L-UZBEKISTAN,

mill-parti l-oħra,

WARA LI KKUNSIDRAW IR-RABTIET BEJN IL-Komunità, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan u l-valuri komuni li jaqsmu bejniethom,

FILWAQT LI JAGĦRFU illi l-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan jixtiequ jsaħħu dawn ir-rabtiet u jwaqqfu assoċjazzjoni u koperazzjni li jsaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet stabbiliti fl-imgħoddi partikolarment bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubblika Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika, firmat fi-18 ta' Diċembru 1989,

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u tar-Repubbika ta' l-Uzbekistan sabiex isaħħu l-libertajiet politiċi u ekonomiċi li jikkostitwixxu l-veru bażi ta' l-assoċjazzjoni,

FILWAQT LI JAGĦRFU f'dan il-kuntest illi l-appoġġ għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan iridu jikkontribwixxu għas-salvagward tal-paċi u l-istabbilita fl-Asja Ċentrali,

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet sabiex imexxu 'l quddiem il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, kif ukoll is-soluzzjoni paċifika tal-kontroversji u li jikkoperaw għal dan l-iskop ġewwa l-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OKSE)

WARA LI KKUNSIDRAW l-impenn sod tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan sabiex jimplimentaw fis-sħiħ il-prinċipji u d-dispożizzjonijiet kollha misjuba fl-Att Finali tal-Konferenza dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (KSKE), fid-Dokumenti ta' l-Għeluq tal-Laqħat ta' Segwiment ta' Madrid u Vjenna, tad-Dokument tal-Konferenza ta' Bonn tal-KSKE, il-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida u d-Dokument ta' Helsinki tal-KSKE ta' l-1992 "L-isfidi tal-Bidla", u dokumenti oħra fundamentali ta' l-OKSE,

KONVINTI dwar l-importanza fuqana tar-regola tal-liġi u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk tal-persuni li jappartjienu għall-minoritajiet, it-twaqqif ta' sistema ta' ħafna partiti b'elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi u l-liberalizzazzjoni ta' l-ekonomija mirata lejn it-twaqqif ta' ekonomija tas-suq,

FILWAQT LI JEMMNU illi l-implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni trid kemm tiddependi u kemm tikkontribwixxi għall-issoktar u t-twettiq tar-riformi politiċi, ekonomiċiu legali fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, kif ukoll għad-dħul tal-fatturi meħtieġa għall-koperazzjoni, notabbilment fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Bonn tal-KSKE/ CSCE,

XEWQANA li jinkoraġġixxu l-proċess tal-koperazzjoni reġjonali ma' pajjiżi ġirien fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim sabiex imexxu 'l quddiem il-prosperita u l-istabbilita tar-reġjun,

XEWQANA li jistabbilixxu u jiżviluppaw djaloġu politiku regolari dwar kwistjonijiet bilaterali, reġjonali u internazzjonali ta' interess għal xulxin,

FILWAQT LI JAGĦRFU x-xewqa tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan li tistabbilixxi koperazzjoni mill-qrib ma' l-istituzzjonijiet Ewropej,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-ħtieġa li jippromwovu l-investimenti fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, inkluż fis-settur ta' l-enerġija, u f'dan il-kuntest l-importanza mogħtija mill-Komunità u l-Istati Membri tagħha lil kondizzjonijiet ġusti għat-transitu ta' prodotti ta' l-enerġija; filwaqt li jikkonfermaw l-aderenza tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha u tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan mal-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, u ma' l-implimentazzjoni sħiħa tat-Trattat dwar il-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokoll ta' mal-Karta dwar l-Enerġija fuq l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali li għandhom x'jaqsmu magħhom,

FILWAQT LI JQISU r-rieda tal-Komunità li tipprovdi koperazzjoni ekonomika u għajnuna teknika kif xierqa,

FILWAQT LI JŻOMMU F'MOĦĦHOM l-utilita ta' dan il-Ftehim sabiex jiffavorixxi avviċinament bil-mod il-mod bejn ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u firxa iktar wiesa' ta' koperazzjoni fl-Ewropa u fir-reġjuni ġirien u l-integrazzjoni progressiva tagħha fis-sistema internazzjonali miftuħa,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW l-impenn tal-Partijiet sabiex jilliberalizzaw il-kummerċ, f'konformità mar-regoli ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), u konvinti illi r-Repubblika ta' l-Uzbekistan trid tippermetti iktar intensifikazzjoni fir-relazzjonijiet kummerċjali bejniethom

KONXJI mill-ħtieġa li jmexxu 'l quddiem il-kondizzjonijiet li jaffettwaw in-negozju u l-investiment, u l-kondizzjonijiet f'oqsma bħalma huma t-twaqqif tal-kumpanniji, x-xogħol, id-dispożizzjoni tas-servizzi u ċ-ċaqliq tal-kapital,

KONVINTI illi dan il-Ftehim irid joħloq klima ġdida għar-relazzjonijiet ekonomiċi bejn il-Partijiet u b'mod partikolari għall-iżvilupp tal-kummerċ u l-investiment, illi huma essenzali għall-bini mill-ġdid ta' l-ekonomija u għall-modernizzazzjoni tat-teknoloġija,

XEWQANA li jwaqqfu koperazzjoni mill-qrib fil-qasam tal-protezzjoni ta' l-ambjent filwaqt li jqisu l-inter-dipendenza li teżisti bejn il-Partijiet f'dan il-qasam,

JAGĦRFU illi l-koperazzjoni fil-prevenzjoni u l-kontroll ta' l-immigrazzjoni illegali jikkostitwixxu wieħed mill-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim,

XEWQANA li jwaqqfu koperazzjoni kulturali u li jmexxu 'l quddiem il-mixi tat-tagħrif,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Hija hawnhekk imwaqqfa Assoċjazzjoni bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha mill-parti l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan mill-parti l-oħra. l-għanijiet immedjati ta' din l-azzoċjazzjoni huma:

- l-appoġġ għall-inter-dipendenza u s-sovranità tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan,

- l-appoġġ għall-isforzi ta' l-Uzbekistan li jikkonsolida d-demokrazija tiegħu u li jiżviluppa l-ekonomija tiegħu u li jikkompleta t-transizzjoni għal ekonomija tas-suq,

- il-provvediment ta' qafas xieraq għad-djalogu politiku bejn il-Partijiet li jippermetti l-iżvilupp tar-relazzjonijiet politiċi,

- it-tmexxja 'l quddiem tal-kummerċ u ta' l-investiment u ta' relazzjonijiet ekonomiċi armonjużi biex b'hekk irawmu l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli tagħhom,

- il-provvediment ta' bażi għal koperazzjoni leġiżlattiva, ekonomika, soċjali, finanzjarja, xjentifika fil-qasam ċivili, teknoloġika u kulturali,

- għajnuna għall-bini ta' soċjetà ċivili Uzbekistana msejsa fuq ir-regola tal-liġi.

TITOLU I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 2

Ir-rispett għad-demokrazija, il-prinċipji tal-liġijiet internazzjonali u tad-drittijit tal-bniedem kif definiti partikolarment fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, fl-Att Fnali ta' Helsink u fil-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, inklużi dawk enunzjati fid-dokumenti tal-Konferenza ta' Bonn tal-KSKE, isejsu l-politiki interni u esterni tal-Partijiet u jikkostitwixxu l-elementi essenzali ta' l-assoċjazzjoni u ta' dan il-Fehim.

Artikolu 3

Il-Partijiet jikkonsidraw lli huwa essenzali għall-prosperità u l-istabbilita ġejjiena tagħhom illi l-Istati indipendenti li ħarġu mix-xoljiment ta' l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti, minn issa 'l quddiem imsejħa l-"Istati Indipendenti", għandhom iżommu u jiżviluppaw il-koperazzjoni fosthom f'konformità mal-prinċipji ta' l-Att Finali ta' Helsinki u mal-liġijiet internazzjonali u fl-ispirtu ta' relazzjonijiet tajba mal-ġirien u għandhom jagħmlu kull sforz sabiex jinkoraġġixxu dan il-proċess.

TITOLU II

ID-DJALOGU POLITIKU

Artikolu 4

Għandu jitwaqqaf djalogu politiku regolari bejn il-Partijiet li beħsiebhom jiżviluppaw u jintensifikaw. Dan għandu jakkumpanja u jikkonsolida l-avviċinament bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, jappoġġja l-bidliet politiċi u ekonomiċi li għaddejjn f'dan il-pajjiż u jikkontribwixxi għat-twaqqif ta' għamliet ġodda ta' koperazzjoni. Id-djalogu politiku

- irid isaħħaħ ir-rabtiet tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan mal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u b'hekk mal-komunità tan-nazzjonijiet demokratiċi kollha. Il-konverġenza politika miksuba permezz ta' dan il-Ftehim trid twassal għal relazzjonijiet politiċi iktar intensi;

- irid iġib miegħu konverġanza dejjem tiżdied dwar il-posizzjonijiet fi kwistjonijiet internazzjonali li jolqtu lil xulxin biex b'hekk jiżdiedu s-sigurtà u l-istabbilita fir-reġjun,

- għandu jipprevedi illi Partijiet jagħmlu ħilthom sabiex jikkoperaw dwar materji li jappartjienu għall-osservnza tal-prinċipji tad-demokrazija, u r-rispett, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tl-bniedem, partikolarment dawk tal-persuni li jappartjienu għall-minoritajiet u għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet, jekk meħtieġa, dwar materji rilevanti.

Dan id-djalogu jista' jsir fuq bażi reġjonali.

Artikolu 5

Fil-livell ministerjali, dan id-djalogu politiku għandu jsir ġewwa l-Kunsill ta' Koperazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 78 u f'okkażjonijiet oħra bi ftehim ta' bejn xulxin.

Artikolu 6

Għandhom jitwaqqfu proċeduri u mekkaniżmi oħra għad-djalogu politiku, partikolarment fil-għamliet li ġejjin:

- laqgħat regolari fil-livell ta' uffiċjali anzjani bejn ir-rappreżentanti tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u r-rappreżentanti tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan min-naħa l-oħra,

- it-teħid ta' vantaġġ sħiħ tal-kanali diplomatiċi bejn il-Partijiet inklużi l-kuntatti xierqa fil-qasam bilaterali kif ukoll dak multi-laterali, bħalma huma l-laqgħat tan-Nazzjonijiet Uniti, ta' l-OKSE u mkejjen oħra,

- kull mezz ieħor, inkluża l-possibbiita ta' laqgħat ta' l-esperti li jikkontribwixxu għall-konsolidazzjoni u l-iżvilupp ta' dan id-djalogu.

Artikolu 7

Id-djalogu politiku fil-livell parlamentari għandu jsir fil-qafas tal-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni mwaqqaf bl-Artikolu 83.

TITOLU III

IL-KUMMERĊ F'MERKANZIJA

Artikolu 8

1. Il-Partijiet għandhom jikkonċedu lil xulxin it-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit fl-oqsma kollha rigward:

- id-dazji doganali u d-drittijiet/ħlasijiet dovuti li jiġu applikati fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, inkluż il-metodu tal-ġbir ta' dawn id-dazji u ħlasijiet dovuti,

- id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-ħruġ tal-permessi, t-transitu, l-imħażen u t-trasbord,

- it-taxxi u ħlasijiet dovuti oħra ta' kull kwalità applikati direttament jew indirettament fuq l-oġġetti importati,

- il-metodi tal-ħlas u t-trasferiment ta' dawn il-ħlasijiet,

- ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ, ix-xiri, l-ġarr, it-tqassim u l-użu ta' l-oġġetti fis-suq domestiku.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għal:

(a) il-vantaġġi konċessi bil-għan li joħolqu unjoni doganali jew firxa ta' kummerċ ħieles jew bħala segwiment tal-ħolqien ta' din l-unjoni jew firxa;

(b) il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi partikolari b'mod konformi mar-regoli tad-WTO u ma' arrangamenti oħra internazzjonali favur il-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;

(ċ) il-vantaġġi konċessi lil pajjiżi li jmissu magħhom sabiex jiffaċilitaw it-traffiku fuq il-fruntiera.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw, matul perjodu transitorju taż-żmien li jtemm fid-data li fiha r-Repubblika ta' l-Uzbekistan taċċedi għad-WTO jew fil-31 ta' Diċiembru 1998, liema minnhom tiġi l-ewwel, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I konċessi mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan lill-istati l-oħra li ħarġu mix-xoljiment ta' l-URSS.

Artikolu 9

1. Il-Partijiet jaqblu illi l-prinċipju tat-transitu ħieles huwa kondizzjoni essenzali għall-kisba ta' l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim.

B'konnessjoni ma' dan, kull waħda mil-Partijiet għandha tassigura t-transitu mingħajr restrizzjoni permezz jew ġewwa t-territorju tagħha għall-oġġetti li joriġinaw fit-territorju doganali jew ikunu destinati lejn it-territorju doganali tal-Parti l-oħra.

2. Ir-regoli deskritti fil-paragrafi 2, 3, 4 u 5 ta' l-Artikolu V tal-FĠTK japplikaw bejn iż-żewġ Partijiet.

3. Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal kull regola speċjali li għandha x'taqsam ma' setturi speċifiċi, partikolarment bħalma huwa t-trasport, u għall-prodotti miftiehma bejn il-Partijiet.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li jorbtu liż-żewġ Partijiet li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar il-permessi tad-dħul temporanju ta' l-oġġetti, kull waħda mill-Partijiet għandha barra minn dan tikkonċedi lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-ħlasijiet dovuti u d-dazji fuq l-oġġetti mdaħħla temporanjament, fil-każijiet u skond il-proċeduri stipulati b'kull konvenzjoni oħra internazzjonali dwar din il-materja li torbotha, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tagħha. Għandhom jitqiesu l-konsiderazzjonijiet li dwarhom l-obbligi li joħorġu minn konvenzjoni bħal din jkunu ġew aċċettati mill-Parti ikkonċernata.

Artikolu 11

1. L-oġġetti li joriġinaw fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandhom jiġu importati ġewwa l-Komunità ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri b'effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13, 16 u 17 ta' dan il-Ftehim.

2. L-oġġetti li joriġinaw fil-Komunità għandhom jiġu importati fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan ħielsa minn kull restrizzjoni kwantitattiva u miżuri b'effett ekwivalenti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 13, 16 u 17 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 12

L-oġġetti għandhom jiġu kummerċjati bejn il-Partijiet bi prezzijiet li jkollhom x'jaqsmu mas-suq.

Artikolu 13

1. Fejn kull prodott ikun qiegħed jiġi importat fit-territorju ta' waħda mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda jew skond dawk il-kondizzjonijiet li jikkawżaw jew li jheddu li jikkawżaw dannu għall-produtturi domestiċi ta' prodotti simili jew f'kompetizzjoni diretta magħhom,. il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, liema waħda minnhom tkun interessata, tista' tieħu l-miżuri xierqa b'mod konformi mal-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2. Qabel ma jieħdu dawn il-miżuri, jew malajr kemm jista' jkun possibbli wara dan fil-każijiet li għalihom japplika l-paragrafu 4, il-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, skond kif ikun il-każ, għandhom ifornu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu rilevanti bil-ħsieb li titfittex soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif provdut fit-Titolu XI.

3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jaslux għal ftehim fi żmien 30 jum mir-riferiment lill-Kunsill ta' Koperazzjoni dwar l-azzjonijiet sabiex jevitaw is-sitwazzjoni, il-Parti li tkun talbet il-konsultazzjonijiet għandha tkun ħielsa li tirrestrinġi l-importazzjonijiet tal-prodotti involuti safejn u sakemm u għat-tul taż-żmien meħtieġ sabiex tipprevjieni jew tirrimedja d-dannu, jew li tadotta miżuri oħra xierqa.

4. F'ċirkustanzi kritiċi, fejn id-dewmien jikkawża ħsara diffiċli li tissewwa, l-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni illi l-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti fil-pront wara li jieħdu din l-azzjoni.

5. Fil-għażla tal-miżuri skond dan l-Artikolu, l-Partijiet għandhom jagħtu prijorita lil dawk li jikkawżaw l-inqas tfixkil għall-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

6. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jippreġudika jew jaffettwa b'xi mod it-teħid, mill-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet, ta' miżuri kontra l-fqigħ tas-suq jew ta' kontrobilanċ b'mod konformi ma' l-Artikolu VI tal-FĠTK, il-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-FĠTK jew tal-leġiżlazzjoni interna li għandha x'taqsam magħhom.

Artikolu 14

Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jikkonsidraw l-iżvilupp tad-dispożizzjonijiet f'dan il-Ftehm dwar il-kummerċ f' merkanzija bejniethom, skond kif jippermettu ċ-ċirkustanzi, inkluża s-sitwazzjoni li toħroġ mill-aċċess tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan għad-WTO. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dawn l-iżviluppi lill-Partijiet li jistgħu jiddaħlu fis-seħħ, fejn aċċettat, bis-saħħa ta' ftehim bejn il-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

Artikolu 15

Dan il-Ftehim ma għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew fuq l-oġġetti fi transitu ġustifikati fuq raġunijiet ta' moralità pubblika, ta' politika pubblika jew ta' sigurtà pubblika; l-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti; l-protezzjoni tar-riżorsi naturali; l-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali jew ir-regoli li għandhom x'jaqsmu mad-deheb u l-fidda. Dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew ta' restrizzjoni moħbija dwar il-kummerċ bejn iż-żewġ Partijiet.

Artikolu 16

Dan it-Titolu ma għandux japplika għall-kummerċ fil-prodotti tessili li jidħlu fil-Kapitoli 50 sa 63 tan-Nomenkaltura Kombinata. Il-kummerċ f'dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, inizjalat fl-4 ta' Diċembru 1995 u applikat proviżorjament mill-1 ta' Jannar 1996.

Artikolu 17

1. Il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 11.

2. Għandu jitwaqqaf grupp tal-kuntatt dwar materji li għandhom x'jaqsmu mal-faħam u l-azzar, li jkun fih rappreżentanti tal-Komunità minn banda waħda, u rappreżentanti tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan mill-banda l-oħra.

Il-grupp tal-kuntatt għandu jpartat, fuq bażi regolari, tagħrif dwar il-materji kollha li għandhom x'jaqsmu mal-faħam u ma' l-azzar ta' interess għall-Partijiet.

Artikolu 18

Il-kummerċ fil-materjali nukleari għandu jkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li jrid jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET LI JAFFETTWAW IN-NEGOZJU U L-INVESTIMENTI

KAPITOLU I

IL-KONDIZZJONIJIET TAX-XOGĦOL

Artikolu 19

1. Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw f'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Komunità u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilthom kollha sabiex jiżguraw illi t-trattament konċess liċ-ċittadini nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan impjegati legalment fit-territorju ta' Stat Membru għandu jkun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq in-nazzzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunat ma' dak taċ-ċittadini nazzjonali tiegħu.

2. Bla ħsara għal-liġijiet, il-kondizzjonijiet u l-proċeduri li japplikaw fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tiżgura illi t-trattament konċess liċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri impjegati legalment fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandu jkun ħieles minn kull diskriminazzjoni msejsa fuq in-nazzjonalità, rigward il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ir-rimunerazzjoni jew it-tkeċċija, paragunat ma' dak taċ-ċittadini nazzjonali tagħha stess.

Artikolu 20

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema titjib jista' jsir fil-kondizzjonijiet tax-xogħol tan-nies tan-negozju konsistenti ma' l-impenji internazzjonali tal-Partijiet, inklużi dawk dikjarati fid-dokument tal-Konferenza ta' Bonn tal-KSKE.

Artikolu 21

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 19 u 20.

KAPITOLU II

IL-KONDIZZJONIJIET LI JAFFTTWAW IT-TWAQQIF U L-ĦIDMA TAL-KUMPANNIJI

Artikolu 22

1. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu, lit-twaqqif ta' Kumpanniji Uzbeki kif definit fl-Artikolu 24(d), trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lil kull kumpannija ta' pajjiż terz.

2. Mingħajr preġudizzju għar-riservi mniżżla fil-lista fl-Anness II, il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu lis-sussidjarji ta' kumpanniji Uzbeki stabbiliti fit-territorji tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lil kull kumpannija Komunitarja, rigward il-ħidma tagħhom

3. Il-Komunità u l-Istati Membri tagħha għandhom jikkonċedu lill-fergħat ta' kumpanniji Uzbeki stabbiliti fit-territorji tagħhom trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-fergħat ta' kumpanniji ta' kull pajjiż terz, rigward il-ħidmiet tagħhom.

4. Mingħajr preġudizzju għar-riservi mnżżla fil-lista fl-Anness III, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tikkonċedi, lit-twaqqif ta' kumpanjiji Komunitarji kif definit fl-Artikolu 24(d), trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji Uzbeki jew lil kull kumpannija ta' pajjiż terz, liema minnhom huwa l-aħjar.

5. Ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tikkonċedi lis-sussidjarji u lill-fergħat ta' kumpanniji Komunitarji stabbiliti fit-territorju tagħha trattament mhux inqas favorevoli minn dak konċess lill-kumpanniji jew lill-fergħat tagħha stess jew lil kull kumpannija jew fergħa ta' pajjiż terz, liema minnhom ikun l-aħjar, rigward il-ħidmiet tagħhom.

Artikolu 23

1. Id-disposżzzjonijiet ta' l-Artikolu 22 ma għandhomx japplikaw għat-trasport bl-ajru, għat-trasport bit-toroq ta' l-ibħra interni u għat-trasport marittimu.

2. Madankollu, rigward l-attivitajiet, kif indikat hawn taħt, midħula għalihom mill-aġenziji tat-trasport bil-baħar għad-dispożizzjoni ta' servizzi għat-trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-ħidmiet ta' trasport inter-modali li jinvolvi kompetenza fit-tbaħħir, kull waħda mill-Partijiet għandha tippermetti lill-kumpanniji tal-Parti l-oħra li jkollha preżenza kummerċjali fit-territorju tagħha fil-għamla ta' sussidjarji jew fergħat, b'kondizjonijiet ta' twaqqif u ta' ħidma mhux inqas favorevoli minn dawk konċessi lill-kumpanniji tagħha stess jew lis-sussidjarji jew fergħat ta' kumpanniji ta' pajjiżi terzi, liema jkunu l-aħjar.

3. Dawn l-attivitajiet jinkludu iżda mhux limitati għal:

(a) il-bejgħ fis-suq u l-bejgħ ta' trasport marittimu u ta' servizzi li għandhom x'jaqsmu miegħu permezz ta' kuntatt dirett mal-klijenti, mill-kwotazzjoni sal-fattura, sewwa jekk dawn is-servizzi huma mħaddma jew offruti mill-fornitur tas-servizz innifsu u sewwa jekk minn fornituri tas-servizzi li magħhom il-bejjiegħ tas-servizz ikun stabbilixxa arranġamenti permanenti tan-negozju;

(b) ix-xiri u l-użu, f'isimhom jew f'isem il-kljienti tagħhom (u l-bejgħ mill-ġdid lill-klijenti tagħhom) ta' kull trasport u s-servizzi li għandhom x'jaqsmu miegħu, inklużi s-servizzi tat-trasport lejn il-pajjiż b'kull mod, partikolarment bit-toroq ta' l-ibħra interni, bit-triq u bil-ferrovija, meħtieġa għall-provvista ta' servizz integrat;

(ċ) it-tħejjija tad-dokumentazzjoni li tirrigwarda d-dokumenti tat-trasport, id-dokumenti doganali jew dokumenti oħra li għandhom x'jaqsmu ma' l-oriġini u n-natura ta' l-oġġetti trasportati;

(d) id-dispożizzjoni ta' tagħrif dwar in-negozju b'kull mezz, inklużi s-sistemi komputerizzati tat-tagħrif u l-bdil tal-fatti magħrufa bl-elettronika (bla ħsara għal kull restrizzjoni mhux diskriminatorja li tirrigwarda t-telekomunikazzjonijiet);

(e) it-twaqqif ta' kull arranġament ta' negozju, inkluża l-parteċipazzjoni fil-ħażna tal-kapital ('stock') u l-ħatra tal-personal imqabbad jaħdem lokalment (jew, fil-każ ta' personal barrani, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Ftehim), ma' kull aġenzija tat-trasport bil-baħar stabbilita lokalment;

(f) l-aġir f'isem il-kumpanniji, fost ħwejjeġ oħra, fl-organizzazzjoni tas-sejħa tal-bastiment jew it-teħid tal-merkanziji meta meħtieġ.

Artikolu 24

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

(a) "kumpannija Komunitarja" jew "kumpannija Uzbeka" rispettivament għandhom ifissru kumpannija mwaqqfa b'mod konformi mal-liġijiet ta' Stat Membru jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament u li jkollha l-uffiċċju reġistrat, jew l-amministrazzjoni ċentrali, jew il-post prinċipali tagħha tan-negozju fit-territorju tal-Komunità jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament. Madankollu, jekk il-kumpannija, mwaqqfa b'mod konformi mal-liġijiet ta' Stat Membru jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament, ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha biss fit-territorju tal-Komunità jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament, il-kumpannija għandha tiġi kkonsidrata kumpannija Komunitarja jew kumpannija Uzbeka rispettivament jekk il-ħidmiet tagħha jkunu fil-pussess reali u f'rabta kontinwa ma' l-ekonomija ta' wieħed mill-Istati Membri jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament.

(b) "sussidjarja" ta' kumpannija għandha tfisser kumpannija li hija effettivament kontrollata mill-ewwel kumpannija.

(ċ) "fergħa" ta' kumpannija għandha tfisser post tan-negozju li ma jkollux personalità legali imma jkollu d-dehra ta' permanenza, bħalma hija l-estensjoni ta' kumpannija ġenitur, ikollha tmexxija u tkun materjalment imgħammra li twettaq negozju ma' partijiet terzi hekk li dawn ta' l-aħħar, għalkemm ikunu jafu illi, jekk jinħtieġ, ikun hemm rabta legali mal-korp ġenitur, li l-uffiċċju prinċipali tiegħu ikun barra mill-pajjiż, ma jkollhomx għalfejn jittrattaw direttament ma' dan il-korp ġenitur imma jistgħu jinnegozjaw transazzjonijiet fil-post tan-negozju li jikkostitwixxi l-estenzjoni.

(d) "twaqqif" għandha tfisser id-dritt tal-kumpanniji Komunitarji jew Uzbeki kif riferit fil-punt (a), li jidħlu għal attivitajiet ekonomiċi permezz tat-twaqqif ta' sussidjarji u ta' fergħat fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan jew tal-Komunità rispettivament.

(e) "operat" għandha tfisser s-segwiment ta' attivitajiet ekonomiċi.

(f) "attivitajiet ekonomiċi" għandhom ifissru attivitajiet ta' natura industrijali, kummerċjali jew professjonali.

Rigward it-trasport marittimu internazzjonali, inklużi l-operati inter-modali li jinvolvu kompetenza fit-tbaħħir, iċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan stabbiliti barra mill-Komunità jew mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u kontrollati minn ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri rispettivament, u l-kumpanniji tat-trasport bil-baħar stabbiliti barra mill-Komunità jew mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u kontrollati minn ċittadini ta' l-Istati Membri jew ċittadini nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament, għandhom ukoll ikunu benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu III jekk il-bastimenti tagħhom huma reġistrati f'dan l-Istat Membru jew fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni tagħhom.

Artikolu 25

1. Minkejja kull dispożizzjoni oħra f'dan il-Ftehim, Parti ma għandhiex tiġi prevenuta milli tieħu miżuri għal raġunijiet ta' prudenza, inklużi għall-protezzjoni ta' l-investituri, tad-depożitaturi, ta' l-azzjonisti jew persuni li lilhom ikun dovut dmir fiduċjarju minn fornitur tas-servizzi finanzjarji, jew sabiex jiżguraw l-integrità u l-istabbilita tas-sistema. Fejn dawn il-miżuri ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, ma għandomx jiġu użati bħala mezz biex jevitaw l-obbligi ta' Parti skond dan il-Ftehim.

2. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi mifhum illi jeħtieġ lil Parti li tiżvela tagħrif li għandu x'jaqsam man-negozju u l-kontijiet ta' klijenti individwali jew xi tagħrif kunfidenzali u proprjetarju fil-pussess ta' entitajiet pubbliċi.

3. Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, "servizzi finanzjarji" għandhom ifissru dawk l-attivitajiet deskritti fl-Anness IV.

Artikolu 26

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ma għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni minn kull waħda mill-Partijiet ta' kull miżura meħtieġa sabiex tippervjieni t-tidwir mal-miżuri tagħha li jikkonċernaw l-aċċess ta' kull pajjiż terz għas-suq tagħha, permezz tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 27

1. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu, kumpannija Komunitarja jew kumpannija Uzbeka mwaqqfa fit-territorju tar-Repubblika Uzbeka jew tat-territorju tal-Komunità rispettivament għandhom ikunu intitolati li jimpjegaw, jew li jkunu impjegaw minn waħda mis-sussidjarji jew fergħat tagħhom, b'mod konformi mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fil-pajjiż tal-lqugħ ta' l-istabbiliment, fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan u tal-Komunità rispettivament, ħaddiema li jkunu ċittadini nazzjonali tal-Komunità u tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament, basta iżda illi dawn il-ħaddiema jkunu personal importanti u li jkunu impjegati esklussivament mill-kumpanniji, jew fergħat. Il-permessi tar-residenza u tax-xogħol ta' dawn l-impjegati għandhom ikopru biss il-perjodu taż-żmien ta' dan ix-xogħol.

2. Il-personal importanti tal-kumpanniji msemmija hawn fuq riferiti bħala "organizzazzjonijiet" huma "persuni trasferiti ġewwa l-korporazzjoni" kif definit fiċ-(ċ) fil-kategoriji li ġejjin, basta iżda illi l-organizzazzjoni hija persuna legali u li l-persuni interessati jkunu ġew impjegati minnha jew kienu msieħba fiha (għajr bħala azzjonisti maġġoritarji), għal mill-inqas is-sena li tiġi immedjatament qabel dan iċ-ċaqliq.

(a) Il-persuni li jaħdmu f'posizzjoni għolja ma' organizzazzjoni, u li primarjament jidderieġu t-tmexxija ta' stabbiliment, jirċievu sorveljanza ġenerali jew direzzjoni prinċipalment mill-bord tad-diretturi jew ta' l-azzjonisti tan-nagozju jew l-ekwivalenti tagħhom, inklużi:

- id-direzzjoni ta' l-istabbiliment jew ta' dipartiment jew subdiviżjoni ta' l-istabbiliment,

- is-sorveljanza u l-kontroll tax-xogħol ta' impjegati oħra tas-sorveljanza, maniġerjali jew professjonali,

- bl-awtorità personali li jqabbdu jaħdmu u jkeċċu jew jirrakkomandaw li jaqbdu jaħdmu jew jitkeċċew personal jew ta' azzjonijiet oħra;

(b) Il-persuni li jaħdmu ġewwa organizzzzjoni li jkunu fil-pussess ta' għerf mhux komuni essenzali għas-servizz ta' l-istabbiliment, it-tagħmir tar-riċerka, il-modi tat-teknika jew it-tmexxija. L-istima ta' dan il-għerf tista' tirrifletti, barra minn għerf speċifiku għall-istabbiliment, livell għoli ta' kwalifiki li jirreferi għat-tip tax-xogħol jew tas-sengħa, li jeħtieġu għerf speċifiku tekniku, inkluża s-sħubija fi professjoni akkreditata.

(ċ) "Wieħed trasferit ġewwa l-korporazzjoni" huwa definit bħala persuna naturali li taħdem ġewwa organizzazzjoni fit-territorju ta' Parti, u li tiġi trasferita temporanjament fil-kuntest tas-segwiment ta' attivita fit-territorju tal-Parti l-oħra; l-organizazzjoni interessata jrid ikollha l-post prinċipali tan-negozju tagħha fit-territorju ta' Parti u t-trasferiment irid isir għal stabbiliment (fergħa, sussidjarja) ta' din l-organizzazzjoni, li tkun qiegħda ssegwi attivitajiet ekonomiċi fit-territorju tal-Parti l-oħra.

Artikolu 28

1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilthom kollha sabiex jevitaw milli jieħdu kull miżura jew azzjoni li jagħmlu l-kondizzjonijiet għat-twaqqif u l-ħidma tal-kumpanniji ta' xulxin iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum ta' qabel id-data tal-firma ta' dan il-Ftehim.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal dawk ta' l-Artikolu 36: is-sitwazzjonijiet koperti b'dan l-Artikolu 36 għandhom ikunu regolati biss bid-dispożizzjonijiet tiegħu (l-Artikolu) bl-esklużjoni ta' kull dispożizzjoni oħra.

3. Filwaqt li jaġixxi fl-ispirtu ta' assoċjazzjoni u ta' koperazzjoni u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 42, il-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandu jgħarraf lil Komunità bl-intenzjonijiet tiegħu li jissottometti leġiżlazzjoni ġdida jew li jadotta regolamenti ġodda li jistgħu jagħmlu l-kondizzjonijiet tat-twaqqif jew il-ħidma fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan tas-sussidjarji jew tal-fergħat tal-kumpanniji Komunitarji iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum ta' qabel id-data tal-firma ta' dan il-Ftehim. Il-Komunità tista' titlob lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan biex tikkomunika l-abbozzi ta' din il-leġiżlazzjoni jew regolament u li tidħol f'konsultazzjonijiet dwar dawn l-abbozzi.

4. Fejn il-leġiżlazzjoni jew ir-regolamenti l-ġodda mdaħħla fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan jirriżultaw illi jagħmlu l-kondizzjonijiet għall-operat tas-sussidjarji u l-fergħat tal-kumpanniji Komunitarji stabbiliti fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan iktar restrittivi mis-sitwazzjoni li tkun teżisti fil-jum tal-firma ta' dan il-Ftehim, din il-leġiżlazzjoni jew dawn ir-regolamenti rispettivament ma għandhomx japplikaw matul it-tliet snin ta' wara d-dħul fis-seħħ ta' l-att rilevanti għal dawn is-sussidjarji u l-fergħat imwaqqfa fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan mal-waqt tad-dħul fis-seħħ ta' l-att rilevanti.

KAPITOLU III

IL-PROVVISTA TAS-SERVIZZI LI TAQSAM IL-FRUNTIERA BEJN IL-KOMUNITÀ U R-REPUBBLIKA TA' L-UZBEKISTAN

Artikolu 29

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu li jieħdu l-passi meħtieġa sabiex jippermettu progressivament il-provvista tas-servizzi minn kumpanniji Komunitarji jew minn kumpanniji Uzbeki li huma mwaqqfa f'Parti oħra għajr dik tal-persuna li għalihom is-servizzi jkunu maħsuba filwaqt li jitqies l-iżvlupp tas-settur tas-servizzi fil-Partijiet.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi implimentat il-paragrafu 1.

Artikolu 30

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jiżviluppaw settur tas-servizzi orjentat lejn is-suq fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Artikolu 31

1. Il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li japplikaw effettivament il-prinċipju ta' l-aċċess mingħajr restrizzjoni fis-suq u t-traffiku marittimu internazzjonali fuq bażi kummerċjali:

(a) id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar Kodiċi tal-Kondotta għall-Konferenzi tal-Bastimenti tal-Linja, kif tapplika lil Parti jew lill-oħra f'dan il-Ftehim. Il-linji li ma humiex fil-konferenzi iridu jkunu ħielsa li joperaw f'kompetizzjoni ma' konferenza sakemm jaderixxu mal-prinċipju tal-kompetizzjoni bil-fier fuq bażi kummerċjali.

(b) il-Partijiet jaffermaw l-impenn tagħhom għal ambjent liberament kompettittiv bħala karatteristika essenzali tal-kummerċ niexef u likwidu bil-massa.

2. Huma u japplikaw il-paragrafu 1, il-Partijiet:

(a) ma għandhom japplikaw, sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, l-ebda dispożizzjoni ta' tqassim bejn xulxin tal-merkanzija bi ftehim bilaterali bejn kull Stat Membru tal-Komunità u dik li qabel kienet l-Unjoni Sovjetika;

(b) ma għandhomx idaħħlu klawsoli ta' tqassim bejn xulxin tal-merkanzija fi ftehim ġejjiena ma' pajjiżi terzi, għajr f'dawk iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali fejn il-kumpanniji tat-trasport bil-baħar bil-bastimenti tal-linja minn Parti waħda jew mill-oħra ta' dan il-Ftehim ma jkollhomx xorta oħra l-opprtunità effettiva li jitilqu għall-kummerċ lejn u mill-pajjiż terz interessat;

(ċ) għandhom jipprojbixxu arranġamenti ta' tqassam ta' merkanzija bejn xulxin skond ftehim bilaterali ġejjiena li jirrigwardaw il-kummerċ niexef jew likwidu bil-massa;

(d) għandhom jabolixxu mad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-miżuri unilaterali kollha, l-ostakoli ammininistrattivi, tekniċi u oħrajn li jista' jkollhom effetti restrittivi jew diskriminatorji fuq il-provvista ħielsa tas-servizzi fit-trasport marittimu internazzjonali.

Artikolu 32

Bil-ħsieb li jiġi żgurat żvilupp kordinat bejn il-Partijiet, adattat għall-ħtiġiet kummerċjali tagħhom, il-kondizzjonijiet għall-aċċess ta' bejn xulxin għas-suq u d-dispożizzjoni tas-servizzi bit-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bit-toroq ta' l-ibħra interni u, jekk japplika, it-trasport bl-ajru jistgħu jiġu trattati fi ftehim speċifiċi negozjati fejn xierqa bejn il-Partijiet wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 33

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom japplikaw bla ħsara għal-limitazzjonijiet ġustifikati għal raġunijiet ta' politika pubblika, ta' sigurtà pubblika jew ta' saħħa pubblika.

2. Ma għandhomx japplikaw għall-attivitajiet li fit-territorju tal-waħda jew l-oħra tal-Partijiet ikunu konnessi, saħansitra okkażjonalment, ma' l-eżerċizzju ta' awtorità uffiċjali.

Artikolu 34

Għall-għan ta' dan it-Titolu, xejn ma għandu jzommu lill-Partijiet milli japplikaw il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom rigward id-dħul u l-waqfien, ix-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-istabbiliment ta' persuni naturali u l-provvsita tas-servizzi, basta iżda illi, meta jagħmlu hekk, ma japplikawhomx f'manjiera li xxejjen jew tagħmel ħsara lill-benefiċċji li tibbenefika minnhom kull Parti skond it-termini ta' dispożizzjoni speċifika f'dan il-Ftehim. Id-dispożizzjoni ta' hawn fuq ma tippreġudikax l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 33.

Artikolu 35

Il-kumpanniji li huma kontrollati u esklussivament fil-pussess ta' kumpanniji Użbekin u kumpanniji Komunitarji konġuntement għandhom ukoll ikunu l-benefiċjarji tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli II, III u IV.

Artikolu 36

It-trattament konċess minn waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet lill-Parti l-oħra skond dak ta' hawn fuq, mill-jum xahar qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-obbligi rilevanti tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (FĠKS), rigward is-setturi jew il-miżuri koperti mill-FĠKS ma għandu fl-ebda każ jkun iktar favorevoli minn dak konċess minn din l-ewwl Parti skond id-dispożizzjonijiet tal-FĠKS u dan rigward kull settur u subsettur tas-servizzi u l-mod tal-provvista.

Artikolu 37

Għall-għanijiet tal-Kapitoli II, III u IV, ma għandu jitqies l-ebda trattament konċess mill-Komunità, l-Istati Membri tagħha jew mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan skond l-impenji midħula għalihom fi ftehim ta' integrazzjoni ekonomika b'mod konformi mal-prinċipji ta' l-Artikolu V tal-FĠKS.

Artikolu 38

1. It-trattament ta' nazzjon l-iżjed favorit konċess b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu ma għandhomx japplikaw għall-vantaġġi tat-taxxi li l-Partijiet qegħdin jipprovdu jew għad jipprovdu fil-ġejjieni fuq il-bażi tal-ftehim sabiex jevitaw it-taxxa doppja jew arranġamenti oħra dwar it-taxxi.

2. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jiġi mifhum illi jipprevjieni l-adozzjoni jew l-infurzar mill-Partijiet ta' kull miżura mirata li tipprevjieni t-twarrib jew l-evażjoni tat-taxxi skond id-dispożizzjonijiet dwar it-taxxi ta' ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja u arranġementi oħra dwar it-taxxi, jew il-leġiżlazzjoni fiskali domestika.

3. Xejn f'dan it-Titolu ma għandu jiġi mifhum li jipprevjieni lill-Istati Membri jew lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan milli jiddistingwu, fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom, bejn dawk li jħallsu t-taxxi li ma humiex f'sitwazzjonijiet identiċi, partikolarment rigward il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 39

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27, l-ebda dispożizzjoni tal-Kapitoli II, III u IV ma għandha tiġi interpretata li tagħti d-dritt lil:

- iċ-ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri jew tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan rispettivament biex jidħlu, jew joqogħdu, fit-territorju tar-Repubblika tal-Uzbekistan jew fil-Komunità rispettivament f'kull kapaċità, tkun liema tkun, u partikolarment bħala azzjonisti jew imsieħba f'kumpannija jew il-manager jew impjegat tagħha jew il-fornitur jew ir-riċevitur ta' servizzi,

- is-sussidjarji jew il-fergħat Komunitarji ta' kumpanniji Uzbeki li jimpjegaw jew ikunu impjegaw fit-territorju tal-Komunità ċittadini nazzjonali tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan,

- is-sussudjarji jew il-fergħat Uzbeki ta' kumpanniji Komunitarji li jimpjegaw jew ikunu impjegaw fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri,

- il-kumpanniji Uzbeki jew is-sussidjarji jew il-fergħat Komunitarji ta' kumpanniji Uzbeki li jfornu persuni Uzbeki sabiex jaġixxu għal jew taħt il-kontroll ta' persuni oħra fuq kuntratti ta' xogħol temporanju,

- il-kumpanniji Komunitarji jew is-sussidjarji jew il-fergħat Uzbeki ta' kumpanniji Komunitarji li jfornu ħaddiema li huma ċittadini nazzjonali ta' l-Istati Membri fuq kuntratt ta' xogħol temporanju.

KAPITOLU V

IL-ĦLASIJIET KORRENTI U L-KAPITAL

Artikolu 40

1. Il-Partijiet jindaħlu sabiex jawtorizzaw f'munita korrenti konvertibbli liberament, kull ħlas korrenti bejn ir-residenti tal-Komunità u dawk tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan konnessi maċ-ċaqliq ta' l-oġġetti, tas-servizzi jew tal-persuni magħmula b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

2. Rigward it-transazzjonijiet fuq il-kont kapitali tal-bilanċ tal-pagamenti, mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għandhom jiġu żgurati ċ-ċaqliq ħieles tal-kapital li għandu x'jaqsam ma' l-investimenti diretti magħmula fil-kumpanniji mwaqqfa b'mod konformi mal-liġijiet tal-pajjiż tal-lqugħ u l-investimenti magħmula b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II, u l-likwidazzjoni jew ir-ripatrijazzjoni ta' dawn l-investimenti u ta' kull qligħ li joħroġ minnhom.

3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 jew il-paragrafu 5, sa mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ma għandhom jiddaħlu l-ebda restrizzjonijiet dwar il-kambju barrani fuq iċ-ċaqliq tal-kapital u l-ħlasijiet korrenti konnessi miegħu bejn ir-residenti Komunitarji u dawk tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan u l-arranġamenti eżistenti ma għandhomx isiru iktar restrittivi.

4. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jiffaċilitaw iċ-ċaqliq ta' għamliet oħra ta' kapital għajr dak riferit fil-paragrafu 2 hawn fuq bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan sabiex imexxu 'l quddiem il-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim.

5. B'riferenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, sakemm tiddaħħal konvertibbilità sħiħa tal-munita korrenti Uzbeka fit-tifsira ta' l-Artikolu VIII ta' l-Artikoli tal-Ftehim tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan tista' f'ċirkustanzi eċċezzjonali tapplika restrizzjonijiet fuq il-kambju safejn u sakemm dawn ir-restrizzjonijiet jiġu imposti fuq ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għall-konċessjoni ta' dawk il-krediti u jkunu permessi skond l-istatus tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan fil-FMI. Ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tapplika dawn ir-restrizzjonijiet f'manjiera mhux diskriminatorja. Għandhom jiġu applikati f'manjiera hekk li jikkawżaw l-inqas taqlib possibbli għal dan il-Fteħim. Ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tgħarraf lill-Kunsill ta' Koperazzjoni fil-pront dwar it-tidħil ta' dawn il-miżuri u dwar kull bidla fihom.

6. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, fejn, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, ċ-ċaqliq tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan jikkawża, jew jhedded li jikkawża, diffikultajiet serji għat-tħaddim tal-politika tar-rata tal-kambju jew tal-politika monetarja fil-Komunità jew fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, rispettivament, jistgħu jieħdu miżuri ta' salvagward rigward iċ-ċaqliq tal-kapital bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan għal perjodu taż-żmien li ma jaqbiżx is-sitt xhur jekk dawn il-miżuri jkunu strettament meħtieġa.

KAPITOLU VI

IL-PROTEZZJONI TAL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI, INDUSTRIJALI U KUMMERĊJALI

Artikolu 41

1. Skond id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness V, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tissokta ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali sabiex tipprovdi, mat-tmiem tal-ħames sena wara d-dħul ta' dan il-Ftehim, livell ta' protezzjoni bħal dak li jeżisti fil-Komunità, inklużi mezzi effettivi sabiex jiġu infurzati dawn id-drittijiet.

2. Sat-tmiem tal-ħames sena mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha taċċedi għall-konvenzjonijiet multi-laterali dwar id-drittijiet għall-propjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali riferiti fil-paragrafu 1 ta' l-Anness V li tagħhom l-Istati Membri huma partijiet jew li huma applikati de facto mill-Istati Membri, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti li jinsabu f'dawn il-konvenzjonijiet.

TITOLU V

IL-KOPERAZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Artikolu 42

1. Il-Partijiet jagħrfu illi kondizzjoni importanti għat-tisħiħ tar-rabtiet ekonomiċi bejn ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u l-Komunità hija tqarrib tal-leġiżlazzjoni eżistenti u ġejjiena tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan lejn dik tal-Komunità. Ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tagħmel ħiltha kollha sabiex tiżgura illi l-leġiżlazzjoni tagħha ssir bil-mod il-mod kompatibbli ma' dik tal-Komunità.

2. It-tqarrib lejn xulxin tal-liġijiet għandu partikolarment jinfirex fuq l-oqsma li ġejjin: il-liġijiet doganali, il-liġijiet tal-kumpanniji, il-liġijiet tal-banek u ta' servizzi finanzjarji oħra, il-kontijiet u t-taxxi tal-kumpanniji, il-proprjetà intellettwali, l-protezzjoni tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol, ir-regoli tal-kompetizzjoni inklużi kull kwistjoni u prattika li jaffettwaw il-kummerċ, il-kisba pubblika, il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, ta' l-annimali u tal-pjanti, l-ambjent, il-liġijiet u r-regolamenti nukleari, t-trasport u t-telekomunikazzjonijiet.

3. Il-Komunità għandha tipprovdi lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan bil-għajnuna teknika sabiex timplimenta dawn il-miżuri li jistgħu jinkludu, fost ħwejjeġ oħra:

- l-iskambju ta' esperti,

- il-dispożizzjoni ta' tagħrif bikri speċjalment dwar il-leġiżlazzjoni rilevanti,

- l-organizzazzjoni ta' seminarji,

- it-taħriġ tal-personal involut fl-abbozz u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni,

- għajnuna għat-traduzzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja f'setturi rilevanti.

4. Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw manjieri sabiex japplikaw il-liġijiet rispettivi tagħhom dwar il-kompetizjoni fuq bażi orkestrat f'dawk il-każijiet fejn jiġi affettwat il-kummerċ ta' bejniethom.

TITOLU VI

IL-KOPERAZZJONI EKONOMIKA

Artikolu 43

1. Il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandhom jistabbilixxu koperazzjoni ekonomika mirata li tikkontribwixxi għall-proċess tar-riforma ekonomika u l-irkupru u l-iżvilupp sostenibbli tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan. Din il-koperazzjoni għandha ssaħħaħ ir-rabtiet ekonomiċi eżistenti, għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet.

2. Il-politiki u l-miżuri l-oħra jridu jiġu disinjati li jġibu magħhom ir-riformi soċjali u ekonomiċi u l-bini mill-ġdid tas-sistemi ekonomiċi u kummerċjali fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u jridu jiġu gwidati mill-ħtiġiet tas-sostenibbilità u ta' l-iżvilupp soċjali armonjuż; għandhom ukoll jinkorporaw bis-sħiħ konsiderazzjonijiet dwar l-ambjent.

3. Għal dan l-iskop, il-koperazzjoni trid tikkonċentra, partikolarment, fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-iżvilupp tar-riżorsi umani, l-appoġġ għall-intrapriżi (inkluża l-privatizzazzjoni), l-investiment u l-iżvilupp tas-servizzi finanzjarji, il-biedja u l-ikel, l-enerġija u s-sigurtà nukleari ċivili, it-trasport, it-turiżmu, s-servizzi postali u t-telekomunikazzjonijiet, il-protezzjoni ta' l-ambjent u l-koperazzjoni reġjonali.

4. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-miżuri kapaċi li jrawmu l-koperazzjoni reġjonali.

5. Fejn xieraq, il-koperazzjoni ekonomika u għamliet oħra ta' koperazzjoni provduti f'dan il-Ftehim jistgħu jiġu appoġġjati mill-għajnuna teknika mill-Komunità, filwaqt li jitqies ir-regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità li japplika għall-għajnuna teknika fl-Istati Indipendenti, il-prijoritajiet miftiehma fuqhom fil-programm indikattiv li għandu x'jaqsam mal-għajnuna teknika Komunitarja lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u l-proċeduri ta' kordinament u ta' koperazzjoni stabbiliti fih.

Artikolu 44

Il-koperazzjoni fil-qasam tal-kummerċ f'merkanzija u fis-servizzi

Il-Partijiet iridu jikkoperaw bil-ħsieb li jiżguraw illi l-kummerċ internazzjonali tar-Republika ta' l-Uzbekistan ikun kondott f'konformità mar-regoli tad-WTO.

Din il-koperazzjoni għandha tinkludi kwistjonijiet speċifiċi direttament rilevanti għall-faċilitazzjoni tal-kummerċ, partikolarmenrt bil-ħsieb li jgħinu lir-Repubblika ta' l-Ukbezistan li tarmonizza l-leġiżlazzjoni u r-regolamenti tagħha mar-regoli tad-WTO u sabiex twettaq malajr kemm jista' jkun il-kondizzjonijiet tas-sħubija f'din l-Organizzazzjoni. Dawn jinkludu:

- il-formulazzjoni tal-politika dwar il-kummerċ u kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ, inklużi l-mekkaniżmi tal-ħlasijiet u tal-ħruġ tal-permessi,

- l-abbozz tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

Artikolu 45

Il-koperazzjoni industrijali

1. Il-koperazzjoni għandha timmira li tmexxi 'l quddiem partikolarment dan li ġej:

- l-iżvilupp tar-rabtiet tan-negozju bejn l-operaturi ekonomiċi taż-żewġ naħat,

- il-parteċipazzjoni Komunitarja fl-isforzi tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan sabiex tibni mill-ġdid l-industrija tagħha,

- it-titjib tat-tmexxija,

- l-iżvilupp tal-kwalità tal-prodotti industrijali,

- l-iżvilupp tal-produzzjoni u l-proċessar effiċjenti fis-settur tal-materji mhux maħduma,

- l-iżvilupp ta' regoli u prattiċi xierqa, inkluż il-bejġħ fis-suq tal-prodotti,

- il-protezzjoni ta' l-ambjent,

- il-konverżjoni tad-difiża,

- it-taħriġ tal-personal tat-tmexxija.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw l-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità li japplikaw għall-impriżi.

Artikolu 46

Il-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investmenti

1. Filwaqt li jinżammu fil-moħħ il-poteri u l-kompetenzi rispettivi tal-Komunità u ta' l-Istati Membri, il-koperazzjoni għandha timmira li tistabbilixxi klima favorevoli għall-investiment privat, kemm dak domestiku u kemm dak barrani, speċjalment permezz ta' kondizzjonjiet aħjar għall-protezzjoni ta' l-investimenti, għat-trasferiment tal-kapital u għall-iskambju tat-tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment.

2. Il-għanijiet tal-koperazzjoni għandhom partikolarment ikunu:

- il-konklużjoni, fejn xieraq, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan ta' ftehim għall-promozzjoni u l-protezzjoni ta' l-investimenti,

- il-konklużjoni, fejn xieraq, bejn l-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan ta' ftehim sabiex tiġi evitata t-taxxa doppja,

- il-ħolqien ta' kondizzjonijiet favorevoli biex jiġbdu l-investimenti barranin fl-ekonomija Uzbeka,

- it-twaqqif ta' liġjiet u kondizzjonijiet stabbili u adegwati tan-negozju, u l-iskambju ta' tagħrif dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattiċi amministrattivi fil-qasam ta' l-investiment,

- l-iskambju tat-tagħrif dwar l-opportunitajiet għall-investiment fil-għamla, fost ħwejjeġ oħra, ta' fieri kummerċjali, wirjiet, ġimgħat kummerċjali u okkażjonijiet oħra.

Artikolu 47

Il-kisba pubblika

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw sabiex jiżviluppaw il-kondizzjonijiet għall-konċessjoni bil-miftuħ u kompetittiva tal-kuntratti għall-oġġetti u s-servizzi partikolarment permezz tas-sejħa għall-offerti.

Artikolu 48

Il-koperazzjoni fil-qasam tal-livelli stabbiliti u ta' l-istima tal-konformità

1. Il-koperazzjoni bejn il-Partijiet għandha tippromwovi l-allineament ma' kriterji, prinċipji u linji-gwida miftiehma internazzjonalment segwiti fil-qasam tal-kwalità. L-azzjonijiet meħtieġa jridu jiffaċilitaw il-progress lejn il-għarfien ta' bejn xulxin fil-qasam ta' l-istima tal-konformità, kif ukoll it-titjib fil-kwalità Uzbeka tal-prodott.

2. Għal dan l-iskop, il-Partijiet iridu jfittxu li jikkoperaw fi proġetti ta' għajnuna teknika, li jridu:

- jippromwovu l-koperazzjoni xierqa ma' l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet speċjalizzati f'dawn l-oqsma,

- jippromwovu l-użu tar-regolamenti tekniċi Komunitarji u l-applikazzjoni tal-proċeduri Ewropej dwar il-livelli stabbiliti u l-istima tal-konformità,

- jippermettu t-tqassim bejn xulxin ta' l-esperjenza u t-tagħrif tekniku fil-qasam tal-maniġġjar tal-kwalità.

Artikolu 49

It-tħaffir tal-minjieri u l-materji prima

1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jżidu l-investiment u l-kummerċ fit-tħaffir tal-minjieri u fil-materji prima.

2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

- l-iskambju tat-tagħrif dwar il-prospetti fis-setturi tat-tħaffir tal-minjieri u tal-metalli mhux tal-ħadid;

- it-twaqqif ta' qafas legali għall-koperazzjoni;

- materji li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ;

- l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' leġiżlazzjoni dwar l-ambjent;

- it-taħriġ;

- is-sigurtà fl-industrija tal-minjieri.

Artikolu 50

Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija

1. Il-Partijiet għandhom imexxu 'l quddiem il-koperazzjoni fir-riċerka fix-xjenza ċivili u l-iżvilupp teknoloġiku (RŻT) fuq il-bażi ta' benefiċċju għal xulxin u, filwaqt li jqisu d-disponibbilità tar-riżorsi, aċċess adegwat għall-programmi rispettivi tagħhom u bla ħsara għall-livelli xierqa tal-protezzjoni effettiva tad-drittijiet għall-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali (DPI).

2. Il-koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija għandha tkopri:

- l-iskambju ta' tagħrif xjentifiku u tekniku,

- attivitajiet konġunti tar-RŻT,

- attivitajiet ta' taħriġ u programmi ta' mobilita għax-xjenzati, r-riċerkaturi, u l-ħaddiema tekniċi imqabbda jaħdmu fir-RŻT fuq iż-żewġ naħat.

Fejn din il-koperazzjoni tieħu l-għamla ta' attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni u/jew it-taħriġ, għandha titwettaq b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artkolu 51.

Il-Partijiet jistgħu, fuq il-bażi ta' ftehim ta' bejn xulxin, jidħlu għal għamliet oħra ta' koperazzjoni fix-xjenza u t-teknoloġija.

Fit-twettiq ta' dawn l-attivitajiet ta' koperazzjoni, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-iskjerament mill-ġdid tax-xjenzati, l-inġiniera, r-riċerkaturi u l-ħaddiema tekniċi li jkunu jew kienu mqabbda jaħdmu fir-riċerka u/jew fil-produzzjoni ta' armi ta' qerda bil-massa.

3. Il-koperazzjoni koperta b'dan l-Artikolu għandha tiġi implimentata skond arranġamenti speċjali li jridu jiġu negozjati u konklużi b'mod konformi mal-proċeduri adottati minn kull waħda mill-Partijiet, u li għandhom jiddikjaraw, fost ħwejjeġ oħra, d-dispożizzjonijiet xierqa tad-DPI.

Artikolu 51

L-edukazzjoni u t-taħriġ

1. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw bil-għan li jgħollu l-livell ta' l-edukazzjoni ġenerali u tal-kwalifiki professjonali fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, kemm fis-settur pubbliku u kemm f'dak privat.

2. Il-koperazzjoni għandha tiffoka partikolarment fuq l-oqsma li ġejjin:

- l-aġġornament ta' l-edukazzjoni għolja u tas-sistemi tat-taħriġ fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan inklużi s-sistema taċ-ċertifikazzjoni ta' l-istabbilimenti edukattivi u d-diplomi ta' l-edukazzjoni għolja;

- it-taħriġ ta' l-uffiċjali eżekuttivi fis-settur pubbliku u dak privat u ta' l-uffiċjali tas-servizz ċivili f'oqsma ta' prijorità li jridu jiġu stabbiliti;

- il-koperazzjoni bejn l-istabbilimenti edukattivi u l-istabbilimenti edukattivi u d-ditti;

- il-mobilita ta' l-għalliema, tal-gradwati, ta' l-amministraturi, tax-xjenzati u r-riċerkaturi żgħażagħ u taż-żgħażagħ;

- it-tmexxija 'l quddiem fil-qasam ta' l-Istudji Ewropej ġewwa istituzzjonijiet xierqa;

- it-tagħlim ta' l-ilsna Komunitarji;

- it-taħriġ ta' wara l-ewwel grad ta' l-interpreti għall-konferenzi;

- it-taħriġ tal-ġurnalisti;

- it-taħriġ ta' min iħarreġ.

3. Tista' tiġi konsidrata l-parteċipazzjoni possibbli ta' waħda mill-Partijiet fil-programmi rispettivi fil-qasam ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ mill-Parti l-oħra b'mod konformi mal-proċeduri rispettivi tagħhom u, fejn xieraq, għandhom imbagħad jiġu stabbiliti oqsma istituzzjonali u pjani ta' koperazzjoni li jibnu fuq il-parteċipazzjoni tar-Repubblika ta' l-Uzbkistan fil-programm Tempus tal-Komunità.

Artikolu 52

Il-biedja u s-settur agro-industrijali

Il-għan tal-koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkun is-segwiment tar-riforma agrarja, l-modernizzazzjoni, l-privatizzazzjoni u l-bini mill-ġdid tal-biedja, ta' l-agro-industrija u tas-setturi tas-servizzi fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, l-iżvilupp tas-swieq domestiċi u barranin għall-prodotti Uzbeki, f'kondizzjonijiet illi jiżguraw il-protezzjoni ta' l-ambjent fil-waqt li titqies il-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel kif ukoll l-iżvilupp tan-negozju agrarju, l-proċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti agrikoli. Il-Partijet għandhom jimmiraw ukoll lejn għat-tqarrib bil-mod il-mod tal-livelli stabbiliti Uzbeki lejn ir-regolamenti tekniċi Komunitarji li jirrigwardaw il-prodotti industrijali u agrikoli ta' l-ikel inkluzi l-livelli stabbiliti sanitarji u fito-sanitarji.

Artikolu 53

L-enerġija

1. Il-koperazzjoni għandha ssir ġewwa l-prinċipji ta' l-ekonomija tas-suq u l-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, fl-isfond ta' l-integrazzjoni progressiva tas-swieq ta' l-enerġija fl-Ewropa.

2. Fost ħwejjeġ oħra, l-koperazzjoni għandha tikkonċentra fuq il-formulazzjoni u l-iżvilupp tal-politika dwar l-enerġija. Għandha tinkludi fost ħwejjeġ oħra l-oqsma li ġejjin:

- it-titjib fit-tmexxija u fir-regolamentazzjoni tas-settur ta' l-enerġija f'linja ma' ekonomija tas-suq;

- it-titjib tal-provvista ta' l-enerġija, inkluża s-sigurtà tal-provvista, f'manjiera ekonomika u ambjentalment soda;

- il-promozzjoni tat-tifdil ta' l-enerġija u l-effiċjenza fl-enerġija u l-implimentazzjoni tal-Protokoll dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Karta dwar l-Enerġija u aspetti li għandhom x'jaqsmu miegħu (il-Protokoll) dwar l-ambjent;

- il-modernizzazzjoni ta' l-infrastrutturi ta' l-enerġija;

- it-tijib tat-tekonoliġiji ta' l-enerġija fil-provvista u l-użu aħħari fuq firxa ta' tipi ta' enerġija;

- it-tmexxija u t-taħriġ tekniku fis-settur ta' l-enerġija;

- it-trasport u t-transitu ta' materjali u prodotti ta' l-enerġija;

- id-dħul ta' firxa ta' kondizzjonijiet istituzzjonali, legali, fiskali u oħrajn meħtieġa sabiex jnkoraġġixxu l-kummerċ u l-investiment fl-enerġija;

- l-iżvilupp ta' riżorsi idro-elettriċi u ta' enerġija oħra li tiġġedded.

3. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw it-tagħrif rilevanti li għandu x'jaqsam ma' proġetti ta' investiment fis-settur ta' l-enerġija, partikolarment fejn jirrigwarda l-produzzjoni ta' riżorsi ta' l-enerġija u l-bini u t-tagħmir mill-ġdid tal-linji tal-pajpijiet taż-żejt u tal-gass jew mezzi oħra tat-trasportazzjoni tal-prodotti ta' l-enerġija. Il-Partijiet jagħtu importanza partikolari lill-koperazzjoni li tirrigwarda l-investimenti fis-settur ta' l-enerġija u lill-manjiera kif dawn (l-investimenti) jiġu regolati. Għandhom jikkoperaw sabiex jimplimentaw effikaċament daqs kemm huwa possibbli d-dispożizzjonijiet tat-Titolu V u ta' l-Artikolu 46, rigward l-investimenti fis-settur ta' l-enerġija.

Artikolu 54

L-ambjent u s-saħħa tal-bniedem

1. Filwaqt li jżommu f'moħħhom il-Karta Ewropea dwar l-Enerġija, id-Dikjarazzjonijiet tal-Konferenza ta' Luċerna ta' l-1993 u l-Konferenza ta' Sofia ta' Ottubru 1995, u filwaqt li jqisu t-Trattat dwar il-Karta dwar l-Enerġija, u speċjalment l-Artikolu 19, u l-Protokoll dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija tal-Karta dwar l-Enerġija u aspetti ambjentali li għandhom x'jaqsmu miegħu, l-Partijiet għandhom jiżviluppaw il-koperazzjoni tagħhom dwar l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

2. Il-koperazzjoni għandha timmira li tikkumbatti d-deterjorazzjoni ta' l-ambjent u partikolarment:

- il-monitorjar effettiv tal-livelli tat-tniġġis u l-istima ta' l-ambjent; sistema ta' tagħrif dwar l-istat ta' l-ambjent,

- il-ġlieda kontra t-tniġġis ta' l-arja u ta' l-ilma lokalment, reġjonalment u li jaqsam il-fruntieri,

- ir-restorazzjoni ekoloġika,

- il-produzzjoni u l-użu sostenibbli, effiċjenti u ambjentalment effettiv ta' l-enerġija,

- is-sigurtà ta' l-impjanti industrijali,

- il-klassifika u t-tqandil fis-sigurtà tal-kimiċi,

- il-kwalità ta' l-ilma,

- it-tnaqqis, ir-riċiklaġġ u r-rimi fis-sigurtà ta' l-iskart, l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Basilea,

- l-impatt ta' l-ambjent fuq il-biedja, t-tagħwir (erożjoni) tal-ħamrija, u t-tniġġis kimiku,

- il-protezzjoni tal-foresti,

- il-konservazzjoni tal-bijo-diversità, ta' firxiet ta' art protetti u ta' l-użu sostenibbli u l-maniġġjar tar-riżorsi bijoloġiċi,

- il-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art, inklużi l-kostruzzjoni u l-pjanifikazzjoni urbana,

- l-użu ta' strumenti ekonomiċi u fiskali,

- il-bidla globali tal-klima,

- l-edukazzjoni u l-konoxxenza dwar l-ambjent,

- l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Espoo dwar l-Istima ta' l-Impatt Ambjentali f'kuntest li jaqsam il-fruntieri.

3. Il-Koperazzjoni għandha ssir partikolarment permezz ta':

- il-pjanifiazzjoni kontra d-diżastri u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza;

- l-iskambju ta' tagħrif u ta' esperti, inklużi t-tagħrif u l-esperti li jittrattaw it-trasferiment ta' teknoloġiji nodfa u l-użu fis-sigurtà u ambjentalment sod tal-bijo-teknoloġiji;

- attivitajiet konġunti ta' riċerka;

- it-titjib tal-liġijiet lejn il-livelli stabbiliti tal-Komunità;

- il-koperazzjoni fil-livell reġjonali, inkluża l-koperazzjoni ġewwa l-qafas ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u fil-livell internazzjonali;

- l-iżvilupp ta' strateġiji, partikolarment rigward kwistjonijiet globali u klimatiċi u wkoll bil-ħsieb li jinkiseb żvilupp sostenibbli;

- studji dwar l-impatt fuq l-ambjent.

4. Il-Partijiet għandhom ifittxu kif jiżviluppaw il-koperazzjoni fuq kwistjonjiet tas-saħħa tal-bniedem, partikolarment permezz ta' għajnuna teknika dwar il-prevenzjoni u l-glieda kontra l-mard li jittieħed u l-protezzjoni ta' l-ommjiet u t-tfal iż-żgħar.

Artikolu 55

It-trasport

Il-Partijiet għandhom jiżviluppaw u jsaħħu l-koperazzjoni ta' bejniethom fil-qasam tat-trasport.

Fost ħwejjeġ oħra, din il-koperazzjoni għandha timmira għall-bini mill-ġdid u l-modernizzazzjoni tas-sistemi u x-xbieki tal-komunikazzjoni tat-trasport fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan; li tiżiluppa u tiżgura, fejn xieraq, il-kompatibbilità fis-sistemi tat-trasport fil-kuntest tal-kisba ta' sistema tat-trasport iżjed globali; u li tidentifika u telabora l-proġetti ta' prijorita u tfittex li tiġbed l-investiment sabiex jiġu implimentati.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi, fost ħwejjeġ oħra:

- il-modernizzazzjoni tat-tmexxija u ta' l-operat tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u tal-portijiet, ta' l-ajruporti u tas-sistemi tat-trasport tal-passiġġieri,

- il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tal-ferroviji, tat-toroq ta' l-ibħra interni, tat-toroq, tal-portijiet, ta' l-ajruporti u tan-navigazzjoni bl-ajru inklużi l-modernizzazzjoni ta' l-għaqda trans-Ewropea tal-modi ta' hawn fuq, partikolarment dawk li għandhom x'jaqsmu mal-proġett Traceca,

- it-tmexxija 'l quddiem u l-iżvilupp tat-trasport multi-modali,

- it-tmexxija 'l quddiem ta' programmi konġunti ta' riċerka u żvilupp,

- it-tħejjija tal-qafas legali u istituzzjonali għall-iżvilupp u l-implimetazzjoni tal-politika inkluża l-privatizzazzjoni fis-settur tat-trasport.

Artikolu 56

Is-servizzi postali u t-telekomunikazzjonijiet

Ġewwa l-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet għandhom iwessgħu u jsaħħu l-koperazzjoni fl-oqsma li ġejjin:

- it-twaqqif ta' politiki u linji-gwida għall-iżvilupp tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali;

- l-iżvilupp tal-prinċipji ta' politika dwar it-tariffi u tal-bejgħ fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali;

- it-trasferiment tat-teknoloġija u tal-kompetenza fis-sengħa, inklużi dwar il-livelli stabbiliti Tekniċi Ewropej u s-sistemi taċ-ċertifikazzjoni

- l-inkoraġġiment għall-iżvilupp ta' proġetti fit-telekomunikazzjonijiet u fis-servizzi postali u l-ġbid ta' l-investiment;

- it-titjib fl-effiċjenza u fil-kwalità tad-dispożizzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali, fost ħwejjeġ oħra permezz tal-liberalizzazzjoni ta' l-attivitajiet tas-subsetturi;

- l-applikazzjoni avvanzata tat-telekomunkazzjonijiet, notabbilment fil-qasam tai-trasferiment tal-fondi bl-elettronika;

- it-tmexxija tax-xbieki tal-komunikazzjoni tat-telekomnikazzjonijiet u l-"ottimizzazzjoni" tagħhom;

- bażi regolatorju xieraq għall-dispożizzjoni tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali u għall-użu ta' firxa ta' frekwenzi bir-radju;

- it-taħriġ fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u tas-servizzi postali għal ħidmiet f'kondizzjonijiet tas-suq.

Artikolu 57

Is-servizzi finanzjarji u l-istituzzjonijiet fiskali

1. Il-koperazzjoni għandha timmira b'mod partikolari li tiffaċilità l-involviment tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan f'sistemi aċċettati universalment għas-soluzzjoni tal-kontroversji ta' bejn xulxin. Il-għajnuna teknika għandha tiffoka fuq:

- l-iżvilupp ta' suq tal-ħażniet tal-kapital u ta' suq tas-sigurtajiet,

- l-iżvilupp tas-servizzi bankarji, l-iżvilupp ta' suq komuni għar-riżorsi ta' krediti, l-involviment tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan f'sistema aċċettata universalment għas-soluzzjoni ta' bejn xulxin tal-kontroversji,

- l-iżvilupp tas-servizzi ta' l-assigurazzjoni, li jridu, fost ħwejjeġ oħra, joħolqu qafas favorevoli għall-parteċipazzjoni tal-kumpanniji Komunitarji fit-twaqqif ta' intrapriżi konġunti fis-settur ta' l-assigurazzjoni fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, kif ukoll l-iżvilupp ta' l-assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni tal-kreditu.

Din il-koperazzjoni għandha tikkontribwixxi partikolarment sabiex trawwem l-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet fis-settur tas-servizzi finanzjarji.

2. Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-iżvilupp tas-sistema fiskali u ta' l-istituzzjonijiet fiskali fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan. Din il-koperazzjoni għandha tinkludi l-iskambju tat-tagħrif u ta' l-esperjenzi dwar materji fiskali u t-taħriġ tal-personal involuti fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika fiskali.

Artikolu 58

Il-bini mill-ġdid u l-privatizzazzjoni ta' l-intrapriżi

Filwaqt li jagħrfu illi l-privatizzazzjoni hija ta' importanza fundamentali għall-irkupru ekonomiku sostenibbli, l-Partijiet jaqblu li jikkoperaw fl-iżvilupp tal-qafas meħtieġ istituzzjonali, legali u metodoloġiku. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għan-natura bl-ordni u trasparenti tal-proċess tal-privatizzazzjoni.

Il-għajnuna teknika għandha, fost ħwejjeġ oħra, tiffoka fuq:

- l-iżvilupp iktar tal-bażi istituzzjonali ġewwa l-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan sabiex jgħin id-definizzjoni u l-maniġġjar tal-proċess tal-privatizzazzjoni;

- l-iżvilupp iktar ta' l-istrateġija tal-privatizzazzjoni tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan, inkluż il-qafas leġiżlattiv, u tal-mekkaniżmi ta' implimentazzjoni;

- iktar avviċinament tas-suq għall-użu u l-pussess ta' l-artijiet, u l-privatizzazzjoni ta' l-artijiet;

- il-bini mill-ġdid ta' dawk l-intrapriżi li ma jkunux għadhom lesti għall-privatizzazzjoni;

- l-iżvilupp ta' l-intrapriża privata, partikolarment fis-settur ta' l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju;

- l-iżvilupp ta' sistemi ta' fondi għall-privatizzazzjoni ta' l-investiment.

Il-għan immedjat ta' din il-koperazzjoni huwa wkoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni ta' l-investiment Komunitarju fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Artikolu 59

L-iżvilupp reġjonali

1. Il-Partijiet għandhom isaħħu l-koperazzjoni dwar l-iżvilupp reġjonali u l-pjanifikazzjoni ta' l-użu ta' l-art.

2. Għal dan l-iskop, il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-iskambju tat-tagħrif minn awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar il-politika tal-pjanifikazzjoni reġjonali u dwar l-użu ta' l-art u dwar metodi tal-formulazzjoni tal-politiki reġjonali b'enfasi speċjali fuq l-iżvilupp ta' l-erji żvantaġġati.

Għandhom jinkorġġixxu wkoll il-kuntatti diretti bejn ir-reġjuni rispettivi u l-organizzazzjonijiet pubbliċi responsabbli mill-pjanifikazzjoni ta' l-iżvilupp reġjonali bil-għan, fost ħwejjeġ oħra, li jpartu metodi u manjieri għat-trawwim ta' l-iżvilupp reġjonali.

Artikolu 60

Il-koperazzjoni soċjali

1. Rigward is-saħħa u s-salvagward, il-Partijiet għandhom jiżviluppaw koperazzjoni bejniethom bil-għan li jtejbu l-livell tal-protezzjoni tas-saħħa u s-salvagward tal-ħaddiema.

Il-koperazzjoni għandha tinkludi notabbilment:

- l-edukazzjoni u t-taħriġ dwar kwistjonijiet ta' saħħa u ta' salvagward b'attenzjoni speċjali għas-setturi ta' riskju kbir fl-attivitajiet tagħhom,

- l-iżvilupp u l-promozzjoni ta' miżuri preventivi sabiex jikkumbattu l-mard li għandu x'jaqsma max-xogħol u wġigħ ieħor li għandu x'jaqsam max-xogħol,

- il-prevenzjoni tar-riskji ta' inċidenti maġġuri u l-maniġġjar ta' kimiċi tossiċi,

- ir-riċerka sabiex jiġi żviluppat bażi ta' għerf li għandu x'jaqsam ma' l-ambjent tax-xogħol u s-saħħa u s-salvgward tal-ħaddiema.

2. Rigward ix-xogħol, il-koperazzjoni għandha tinkludi notabbilment għajnuna teknika għal:

- l-ottimizzazzjoni tas-suq tax-xogħol,

- il-modernizzazzjoni tas-servizzi tat-tfittxija għax-xogħol u ta' konsulenza,

- il-pjanifikazzjoni u l-maniġġjar tal-programmi tar-ristrutturazzjoni,

- l-inkoraġġiment ta' l-iżvilupp tax-xogħol lokali,

- l-iskambju tat-tagħrif dwar programmi ta' xogħol flessibbli, inklużi dawk li jistimulaw ix-xogħol għal rasu u li jmexxi 'l-quddiem l-imprenditorjat.

3. Il-Partijiet għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-koperazzjoni fl-isfera tal-protezzjoni soċjali li, fost ħwejjeġ oħra, għandha tinkludi l-koperazzjoni fil-pjanifikazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riformi fil-protezzjoni soċjali fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Dawn ir-riformi għandhom jimmiraw sabiex jiżviluppaw fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan il-metodi tal-protezzjoni intrinsiċi għall-ekonomiji tas-suq u għandu jkun fihom il-għamliet kollha tal-protezzjoni soċjali.

Artikolu 61

It-turiżmu

Il-Partijiet għandhom iżidu u jiżviluppaw il-koperazzjoni bejniethom, li għandha tinkludi:

- il-faċilitazzjoni tal-kummerċ turistiku,

- iż-żieda fil-mixi tat-tagħrif,

- it-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa,

- l-istudju ta' l-opportunitajiet għal ħidmiet konġunti,

- il-koperazzjoni bejn il-korpi uffiċjali tat-turiżmu, inkluża t-tħejjija ta' materjal ta' promozzjoni,

- it-taħriġ għall-iżvilupp tat-turiżmu.

Artikolu 62

L-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju

1. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiżviluppaw u jsaħħu l-intrapriżi ż-żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom u l-koperazzjoni bejn l-SMEs fil-Komunità u fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

2. Il-koperazzjoni għandha tinkludi għajnuna teknika, partikolarment fl-oqsma li ġejjin:

- l-iżvilupp ta' qafas leġiżlattiv għall-SMEs;

- l-iżvilupp ta' infrastruttura xierqa sabiex tappoġġja lill-SMEs; sabiex tmexxi 'l quddiem il-komunikazzjoni bejn l-SMEs kemm ġewwa l-Uzbekistan u kemm iktar 'il bogħod; u sabiex tħarreġ lill-SMEs fil-ħiliet meħtieġa għall-fondi ta' l-aċċess;

- it-taħriġ fl-oqsma tal-bejgħ fis-suq, iż-żamma tal-kontijiet u l-kontroll tal-kwalità tal-prodotti.

Artikolu 63

It-tagħrif u l-komunikazzjoni

Il-Partijiet għandhom jappoġġjaw l-iżvilupp ta' metodi moderni dwar it-tqandil tat-tagħrif, inkluża l-medja, u jistimulaw l-iskambju effettiv ta' bejn xulxin tat-tagħrif. Għandha tingħata prijorita lil programmi mirati li jipprovdu lil-pubbliku ġenerali bit-tagħrif bażiku dwar il-Komunità u dwar ir-Repubblika ta'.l-Uzbekistan, inkluż, fejn possibbli, l-aċċess għal bażijiet ta' fatti magħrufa, b'rispett sħiħ għad-drittijiet dwar il-proprjetà intellettwali.

Artikolu 64

Il-protezzjoni tal-konsumatur

Il-Partijiet għandhom jidħlu f'koperazzjoni mill-qrib mirata sabiex tikseb il-kompatibbilità bejn sistemi tagħhom ta' protezzjoni tal-konsumatur. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi l-iskambju tat-tagħrif dwar ix-xogħol leġiżlattiv u r-riforma istituzzjonali, t-twaqqif ta' sistemi permanenti ta' tagħrif ta' bejn xulxin dwar il-prezzijiet, il-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi offruti, u ż-żieda tal-kompatibbiltà tal-politiki ta' protezzjoni tal-konsumatur, u l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi taż-żmien ta' taħriġ.

Artikolu 65

Id-dwana

1. Il-mira tal-koperazzjoni għandha tkun li tiggarantixxi l-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha skedati sabiex jiġu adottati, b'konnesjoni mal-kummerċ u l-kummerċ bil-fier u sabiex jinkiseb it-tqarrib tas-sistema doganali tar-Repubblika ta' l-Uzbekitsan lejn dik tal-Komunità.

2. Il-koperazzjoni għandha partikolarment tinkludi dan li ġej:

- l-iskambju tat-tagħrif;

- it-titjib fil-metodi tax-xogħol;

- id-dħul tan-Nomenkaltura Kombinata u tad-dokument waħdieni amministrattiv;

- l-inter-konnesjoni bejn is-sistemi tat-transitu tal-Komunità u tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan;

- is-simplifikazzjoni ta' l-ispezzjonijiet u tal-formalitajiet rigward il-ġarr ta' l-oġġetti;

- l-appoġġ għad-dħul ta' sistemi moderni tat-tagħrif doganali;

- l-organizzazzjoni ta' seminarji u perjodi taż-żmien ta' taħriġ.

Il-għajnuna teknika għandha tiġi provvduta fejn meħtieġ.

3. Mingħajr preġudizzju għal iktarkoperazzjoni prevista f'dan il-Ftehim b'mod partikolari fit-Titolu VIII, il-għajnuna ta' bejn xulxin f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet għandha ssir b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll mehmuż ma' dan il-Ftehim.

Artikolu 66

Il-koperazzjoni fl-istatistika

Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandu jkollha bħala l-mira tagħha l-iżvilupp ta' sistema effiċjenti ta' l-istatistika sabiex tipprovdi statistiċi ta' min joqgħod fuqhom hekk li jappoġġjaw u jimmonitorjaw il-proċess tar-riforma ekonomika u jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta' l-intrapriża privata fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

B'mod partikolari, il-Partijiet għandhom jikkoperaw fl-oqsma li ġejjin:

- l-adattament tas-sistema Uzbeka ta' l-istatistika għall-metodi, il-livelli stabbiliti u l-klassifika internazzjonali;

- l-iskambju ta' tagħrif statistiku;

- id-dispożizzjoni ta' tagħrif statistiku makro-ekonomiku u mikro-ekonmiku sabiex jimplimenta u jmexxi 'l quddiem ir-riformi ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tikkontribwixxi għal dan l-iskop billi tagħti għajnuna teknika lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Artikolu 67

Ix-xjenza ta' l-ekonomija

Il-Partijiet għandhom jiffaċilitaw il-proċess tar-riforma ekonomika u l-kordinament tal-politiki ekonomiċi billi jikkoperaw sabiex itejbu l-fehim tas-sisien ta' l-ekonomiji rispettivi tagħhom u jiddisinjaw u jimplimentaw il-politika ekonomika għall-ekonomiji tas-suq. Għal dan l-iskop, il-Partijiet għandhom jpartu t-tagħrif dwar it-twettiq tax-xogħol u l-prospetti makro-ekonomiċi.

Il-Komunità għandha tipprovdi l-għajnuna teknika sabiex:

- tgħin lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan fil-proċess tar-riforma ekonomika billi tipprovdi konsulenza esperta u għajnuna teknika,

- tinkoraġġixxi l-koperazzjoni fost l-ekonomisti sabiex tħaffef il-pass tat-trasferiment tal-kompetenza fis-sengħa għall-abbozz tal-politiki ekonomiċi, u tipprovdi għal disseminazzjoni wiesa' tar-riċerka rilevanti għall-politika,

- ittejjeb il-kapaċità tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan sabiex tifformula mudelli ekonomiċi.

TITOLU VII

IL-KOPERAZZJONI F'MATERJI LI GĦANDHOM X'JAQSMU MAD-DEMOKRAZIJA U D-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM

Artikolu 68

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw dwar il-kwistjonijiet rilevanti kollha għat-twaqqif jew l-infurzar ta' l-istituzzjonijiet demokratiċi, inklużi dawk meħtieġa sabiex isaħħu r-regola tal-liġi, u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali skond il-liġijiet internazzjonali u l-prinċipji ta' l-OKSE.

Din il-koperazzjoni għandha tieħu l-għamla ta' programmi ta' għajnuna teknika maħsuba sabiex jgħinu, fost ħwejjeġ oħra, fl-abbozz tal-leġiżlazzjoni u r-regolamenti rilevanti; l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni; l-funzjonament tal-ġudikatura; r-rwol ta' l-Istat fi kwistjonijiet ta' ġustizzja u l-operat tas-sistema elettorali. Tista' tinkludi t-taħriġ fejn xieraq. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu l-kuntatti u l-iskambji bejn l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u ġudizzjarji, bejn il-parlamentari u bejn l-organizzazzjonijiet mhux governattivi tagħhom.

TITOLU VIII

IL-KOPERAZZJONI DWAR IL-PREVENZJONI TA' ATTIVITAJIET ILLEGALI U L-PREVENZJONI U L-KONTROLL TA' L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI

Artikolu 69

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu koperazzjoni mirata li tipprevjieni attivitajiet illegali bħalma huma:

- attivitajiet illegali fl-isfera tax-xjenza ta' l-ekonomija, inkluża l-korruzzjoni;

- transazzjonijiet illegali ta' oġġetti varji, inkluż l-iskart industrijali, u t-traffiku illeċitu ta' l-armi;

- il-falsifikazzjoni.

Il-koperazzjoni fl-oqsma msemmija hawn fuq trid tkun imsejsa fuq konsultazzjonijiet ta' bejn xulxin u inter-azzjoni mill-qrib. Tista' tiġi provvduta għajnuna teknika u amministrattiva, inkluża fl-oqsma li ġejjin:

- l-abbozz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fl-isfera tal-prevenzjoni ta' l-attivitajiet illegali;

- il-ħolqien ta' ċentri ta' tagħrif;

- iż-żieda fl-effiċjenza ta' l-istituzzjonijiet imdaħħla fil-prevenzjoni ta' l-attivitajiet illegali;

- it-taħriġ tal-personal u l-iżvilupp ta' l-infrastruttura tar-riċerka;

- l-elaborazzjoni ta' miżuri aċċettabli bejn xulxin li jwaqqfu milli jsiru attivitajiet illegali.

Artikolu 70

Il-ħasil tal-flus

1. Il-Partijiet jaqblu dwar il-ħtieġa li jagħmlu sforzi u jikkoperaw sabiex jipprevjienu l-użu tas-sistemi finanzjarji tagħhom b'mod ġenerali għall-ħasil tal-qligħ minn attivitajiet kriminali ġeneralment u b'mod partikolari mill-offiżi tad-drogi.

2. Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tinkludi għajnuna amministrattiva u teknika bil-għan li jiġu stabbiliti livelli stabbiliti xierqa kontra l-ħasil tal-flus ekwivalenti għal dawk adotti mill-Komunità u fora internazzjonali f'dan il-qasam, inkluza l-Forza Armata għal Azzjoni Finanzjarja (FAAF).

Artikolu 71

Id-drogi

Il-Partijiet għandhom jikkoperaw fil-qafas tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom sabiex iżidu l-effettivita u l-effiċjenza tal-politiki u l-miżuri tagħhom sabiex jilqgħu għall-produzzjoni, għall-provvista u għat-traffiku illeċiti tad-drogi narkotiċi u tas-sustanzi psikotropiċi, inklużi l-prevenzjoni tat-tagħwiġ tat-triq tal-kimiċi prekursuri, kif ukoll il-prevenzjoni u t-tnaqqis tad-domanda għad-drogi Il-koperazzjoni f'dan il-qasam għandha tkun imsejsa fuq il-konsultazzjonjiet ta' bejn xulxin u l-kordinament mill-qrib bejn il-Partijiet fil-għanijiet immedjati u l-miżuri dwar l-oqsma varji li għandhom x'jaqsmu mad-droga.

Artikolu 72

L-immigrazzjoni illegali

1. L-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan jaqblu li jikkoperaw sabiex jipprevjienu l-immigrazzjoni illegali. Għal dan il-għan:

- ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan taqbel li ddaħħal mill-ġdid kull ċittadin nazzjonali preżenti illegalment fit-territorju ta' Stat Membru, fuq it-talba minn dan (l-Istat) ta' l-aħħar u mingħajr iktar formalitajiet,

- kull wieħed mill-Istati Membri jaqbel li jdaħħal mill-ġdid kull ċittdin nazzjonali tiegħu, kif definit għall-għanijiet tal-Komunità, preżenti illegalment fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan, fuq talba ta' din ta' l-aħħar (ir-Repubblika ta l-Uzbekistan) u mingħajr iktar formalitajiet.

L-Istati Membri u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan iridu wkoll jipprovdu liċ-ċittadini nazzjonali tagħhom bid-dokumenti xierqa ta' identità għal dawn il-għanijiet.

2. Ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan taqbel li tikkonkludi ftehim bilaterali ma' l-Istati Membri li hekk jitolbu, li jirregolaw l-obbligi speċifiċi għad-dħul mill-ġdid inkluż obbligu għad-dħul mill-ġdid taċ-ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi oħra u ta' persuni mingħajr Stat li jkunu waslu fit-territorju ta' kull Stat Membru minn dawn mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan jew li jkunu waslu fit-territorju tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan minn kull Stat Membru minn dawn.

3. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jeżamina liema sforzi konġunti jistgħu jittieħdu sabiex jipprevjienu u jikkontrollaw l-immigrazzjoni illegali.

TITOLU IX

IL-KOPERAZZJONI KULTURALI

Artikolu 73

Il-Partijiet jindaħlu sabiex imexxu 'l quddiem, jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw il-koperazzjni kulturali. Fejn ikun xieraq, jistgħu jiġu żviluppati l-programmi Komunitarji ta' koperazzjoni kulturali jew dawk ta' Stat Membru wieħed jew iktar jistgħu jkunu bla ħsara għall-koperazzjoni u għal iktar attivitajiet ta' interess ta' bejn xulxin.

TITOLU X

IL-KOPERAZZJONI FINANZJARJA FIL-QASAM TA' L-GĦAJNUNA TEKNIKA

Artikolu 74

Sabiex tikseb il-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim u b'mod konformi ma' l-Artikoli 75, 76 u 77, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan għandha tibbenefika minn għajnuna finanzjarja temporanja mill-Komunità permezz ta' għajnuna teknika fil-għamla ta' għotjiet. Il-għan ta' din il-għajnuna għandha tkun sabiex iżżid il-ħeffa fit-trasformazzjoni ekonomika tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Artikolu 75

Din il-għajnuna finanzjarja għandha tkun koperta ġewwa l-qafas tal-GĦTKSI kif previst fir-Regolament rilevanti tal-Kunsill tal-Komunità.

Artikolu 76

Il-għanijiet immedjati u l-oqsma ta' l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom jiġu preskritti fi programm indikattiv li jirrifletti l-prijoritajiet stabbiliti li jridu jiġu miftiehma bejn iż-żewġ Partijiet filwaqt li jitqiesu l-ħtiġiet tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan, il-kapaċitajiet settorjali ta' l-assorbiment u l-progress fir-riforma. Il-Partijiet għandhom jgħarrfu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni b'dawn.

Artikolu 77

Sabiex jippermettu l-użu ottimali tar-riżorsi disponibbli, l-Partijiet għandhom jiżguraw illi l-kontribuzzjonijiet ta' l-għajnuna teknika Komunitarja isiru f'kordinazzjoni mill-qrib ma' dawk minn għejun oħra bħalma huma l-Istati Membri, pajjiżi oħra, u minn organizzazzjonijiwet oħra bħall-Bank Internazzjonali ta' Rikostruzzjoni u Żvilupp u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

TITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERAL U FINALI

Artikolu 78

Huwa hawnhekk imwaqqaf Kunsill ta' Koperazzjoni li għandu jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali darba fis-sena. Għandu jeżamina kull kwistjoni maġġuri li tinħoloq ġewwa l-qafas ta' dan il-Ftehim u kull kwistjoni bilaterali jew internazzjonali ta' interess ta' bejn xulxin bil-għan li jinkisbu l-għanijiet immedjati ta' dan il-Ftehim. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu wkoll jagħmel rakkommandazzjonijiet xierqa, bi ftehim bejn il-Partijiet.

Artikolu 79

1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jikkonsisti mill-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u membri mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn naħa waħda, u minn membri tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan, min-naħa l-oħra.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3. L-uffiċċju tal-President tal-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jinżamm darba wara l-oħra minn rappreżentant tal-Komunità u minn rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Artikolu 80

1. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jiġi megħjun fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Koperazzjoni magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u tal-membri tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej minn naħa waħda u minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan min-naħa l-oħra, normalment fil-livell ta' uffiċjali anzjani fis-servizz ċivili. L-uffiċċju tal-President tal-Kumitat tal-Koperazzjoni għandu jinżamm darba wara l-oħra mill-Komunità u mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Fir-regoli tiegħu ta' proċedura l-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi d-dmirijiet tal-Kumitat ta' Koperazzjoni, li għandhom jinkludu t-tħejjija tal-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, u kif għandu jaħdem il-Kumitat.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddelega kull poter tiegħu lill-Kumitat ta' Koperazzjoni, li jrid jiżgura l-kontinwità bejn il-laqgħat tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 81

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċidi li jistabbilixxi kull kumitat jew korp ieħor speċjali sabiex jgħinuh fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u għandu jistabbilixxi l-komposizzjoni u d-dmirijiet ta' dawn il-kumitati jew korpi u kif għandhom jaħdmu.

Artikolu 82

Meta jkun qiegħed jeżamina kull kwistjoni li toħroġ mill-qafas ta' dan il-Ftehim fejn għandha taqsam kull dispożizzjoni li tirreferi għal Artikolu tal-FĠTK u/jew d-WTO, il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jqis safejn u sakemm huwa l-iktar possibbli l-interpretazzjoni ġeneralment mogħtija lill-Artikolu tal-FĠTK u/jew d-WTO fil-kwistjoni mill-Membri tad-WTO.

Artikolu 83

Huwa hawnhekk imwaqqaf Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni. Għandu jservi ta' forum għall-Membri tal-Parlament Uzbeki u tal-Parlament Ewropew sabiex jiltaqgħu u jiskambjaw veduti. Għandu jiltaqa' f'intervalli taż-żmien li għandu jistabbilixxi huwa nnifsu.

Artikolu 84

1. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jkun fih Membri tal-Parlament Ewropew, mill-banda l-waħda, u Membri tal-Parlament Uzbeki, mill-banda l-oħra.

2. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli tiegħu ta' proċedura.

3. Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jkun presjedut darba wara l-oħra mill-Parlament Ewropew u mill-Parlament Uzbeki rispettivament, b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet preskritti fir-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 85

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jitlob it-tagħrif rilevanti li jirrigwarda l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim mill-Kunsill ta' Koperazzjoni, li għandu mbagħad iforni t-tagħrif mitlub lill-Kumitat.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni għandu jiġi mgħarraf bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Il-Kumitat Parlamentari ta' Koperazzjoni jista' jagħmel rakkomandazzjonijiert lill-Kunsill ta' Koperazzjoni.

Artikolu 86

1. Ġewwa l-iskop ta' dan il-Ftehim, kull waħda mill-Partijiet timpenja ruħha li tiżgura illi l-persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess mingħajr diskriminazzjoni fejn għandhom x'jaqsmu ċ-ċittadini nazzjonali tagħha quddiem il-qrati u l-organi kompetenti tal-Partijiet sabiex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom u d-drittijiet tagħhom għall-proprjetà, inklużi dawk li jirrigwardaw il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.

2. Ġewwa l-limiti tal-poteri u l-kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

- għandhom jnkoraġġixxu l-adozzjoni ta' l-arbitraġġ għas-soluzzjoni tal-kontroversji li jinħolqu minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi mill-operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

- jaqblu illi fejn kontroversja tiġi sottomessa għall-arbitraġġ, kull parti fil-kontroversja tista', għajr fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżul mill-partijiet jipprovdu xorta oħra, tagħżel l-arbitratur tagħha nfisha, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitratur li jippresjiedi jew l-arbitraur wadieni jistgħu jkunu ċittadini nazzjonali ta' Stat terz,

- iridu jirrakkomandaw lill-operaturi ekonomiċi tagħhom sabiex jagħżu bil-kunsens ta' bejn xulxin il-liġi li tapplika għall-kuntratti tagħhom,

- għandhom jinkoraġġixxu r-rikors għar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal Kummerċ Internazzjonali (KNULKI) u għall-arbitraġġ minn kull ċentru ta' Stat firmatarju tal-Konvenzjoni dwar il-Għarfien u l-Infuzar tad-Deċiżjonijiet ta' l-Arbitraġġi Barranija magħmula fi New York fil-10 ta' Ġunju 1958.

Artikolu 87

Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprevjieni Parti milli tieħu kull miżura:

(a) li tikkonsidra meħtieġa sabiex jipprevjieni l-iżvelar ta' tagħrif kontra l-interessi essenzali tagħha;

(b) li għandha x'taqsam mal-produzzjoni jew il-kummerċ ta' l-armi, il-munizzjon jew materjali ta' gwerra jew tar-riċerka, l-iżvilupp jew il-produzzjoni indispensabbli għall-għanijiet tad-difiża, basta iżda illi dawn il-miżuri ma jagħmlux ħsara lill-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni rigward prodotti mhux maħsuba għal għanijiet speċifikament militari;

(ċ) li tikkonsidra essenzali għas-sigurtà tagħha stess fil-każ ta' storbji serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u tal-bon ordni, fiż-żmien ta' gwerra jew ta' tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi tehdida ta' gwerra jew sabiex twettaq l-obbligi li tkun aċċettat bil-għan taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali;

(d) li tikkonsidra meħtieġa sabiex tirrispetta l-obbligi u l-impenji internazzjonali tagħha fil-kontroll ta' l-użu doppju ta' l-oġġetti industrijali u t-teknoloġija.

Artikolu 88

1. Fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzji għal kull dispożizzjoni speċjali li tinsab fihom:

- l-arranġamenti applikati mir-Repubblika ta' l-Uzbekistan rigward il-Komunità ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, ċ-ċittadini nazzjonali jew il-kumpanniji jew id-ditti tagħhom,

- l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan ma għandhom joħolqu l-ebda diskriminzzjoni bejn iċ-ċittadini nazzjonali, jew il-kumpanjiji jew id-dtti Uzbeki.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni fiskali tagħhom fuq dawk li jħallsu t-taxxi li ma jkunux f'sitwazzjonijiet identiċi rigward il-post tagħhom tar-residenza.

Artikolu 89

1. Kull waħda miż-żewġ Partijiet tista' tirreferi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni kull kontroversja li jkollha x'taqsam ma' l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jsolvi l-kontroversja permezz ta' rakkomandazzjoni.

3. Fil-każ li ma jkunx possibbli li tiġi solvuta kontroversja b'mod konformi mal-paragrafu 2, il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet tista' tinnotifika lill-Parti l-oħra bil-ħatra ta' konċiljatur; il-parti l-oħra trid imbagħad taħtar it-tieni arbitratur fi żmien xahrejn. Għall-applikazzjoni ta' din il-proċedura, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jitqiesu bħala Parti waħda fil-kontroversja.

Il-Kunsill ta' Koperazzjoni għandu jaħtar it-tielet konċiljatur.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b'vot ta' maġġoranza. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx jorbtu lill-Partijiet.

4. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura għas-soluzzjoni tal-kontroversji.

Artikolu 90

Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw lil xulxin fil-pront permezz tal-kanali xierqa fuq it-talba tal-waħda jew l-oħra mill-Partijiet sabiex jiddiskutu kull materja li tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u aspetti oħra rilevanti tar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma għandhom bl-ebda mod jaffettwaw l-Artikoli 13, 89 u 95 u huma mingħajr preġudizzju għalihom.

Artikolu 91

It-trattament konċess hawn taħt lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan ma għandu fl-ebda każ ma jkun iktar favorevoli minn dak konċess mill-Istati Membri lil xulxin.

Artikolu 92

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, il-kelma "Partijiet" għandha tfisser ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, mill-parti l-waħda, u l-Komunità, jew l-Istati Membri, jew il-Komunità u l-Istati Membri, b'mod konformi mal-poteri rispettivi tagħhom, mill-parti l-oħra.

Artikolu 93

Safejn u sakemm il-materji koperti b'dan il-Ftehim ikunu koperti bit-Trattat dwar il-Karta dwar l-Enerġija u l-Protokolli ta' miegħu, dan it-Trattat u dawn il-Protokolli għandhom mad-dħul fis-seħħ japplikaw għal dawn il-materji imma biss safejn u sakemm din l-applikazzjoni tkun provvduta fihom.

Artikolu 94

Dan il-Ftehim huwa konkluż għal perjodu inizjali taż-żmien ta' 10 snin. Dan il-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament sena wara sena basta iżda illi la l-waħda u lanqas l-oħra mill-Partijiet ma tagħti notifika lill-Parti l-oħra dwar ir-rinunzja ta' dan il-Ftehim sitt xhur qabel ma jiskadi.

Artikolu 95

1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom skond dan il-Ftehim. Għandhom jaraw illi jinkisbu l-għanijiet immedjati dikjarati f'dan il-Ftehim.

2. Jekk il-waħda jew l-oħra miż-żewġ Partijiet tikkonsidra illi l-Parti l-oħra tkun naqset milli twettaq obbligu skond dan il-Ftehim, tista' tieħu l-miżuri xierqa. Qabel ma tagħmel dan, għajr f'każijiet ta' urġenza speċjali, għandha tforni lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu rilevanti meħtieġ għal eżaminazzjoni bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li titfittex soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

Fil-għażla ta' dawn il-miżuri, għandha tingħata l-prijorita lil dawk li l-inqas ifixklu l-funzjonament ma' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati fil-pront lill-Kunsill ta' Koperazzjoni jekk il-Parti l-oħra titlob dan.

Artikolu 96

L-Annessi I, II, III, IV u V flimkien mal-Protokoll għandhom jagħmlu parti integrali ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 97

Sakemm jinkisbu drittijiet ekwivalenti għall-individwi u l-operaturi ekonomiċi kif hawn taħt, dan il-Ftehim ma għandux jaffettwa d-drittijiet żgurati lilhom permezz ta' Ftehim eżisteni li jorbtu Stat Membru jew ieħor, minn banda waħda, u lir-Repubblika ta' l-Uzbekistan, mill-banda l-oħra, għajr fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jirriżultaw minn dan il-Ftehim fl-oqsma li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom.

Artikolu 98

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattati li jwaqqfu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-enerġija Atomika jiġu applikati u skond il-kondizzjonijiet preskritti f'dawn it-Trattati u, min-naħa l-ora, għat-terrritorju tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

Artikolu 99

Is-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun id-depożitarju ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 100

L-oriġinal ta' dan il-Ftehim li l-kopji tiegħu fl-ilsien Daniz, Olandiż, Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż u Uzbeki huma awtentiċi indaqs, għandu jiġi depożitat mas-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 101

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet b'mod konformi mal-proċeduri tagħhom infushm.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea illi l-proċeduri riferiti fl-ewwel paragrafu jkunu tlestew.

Mad-dħul tiegħu fis-seħħ, u safejn u sakemm jirrigwarda r-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan u l-Komunità, dan il-Ftehim għandu jieħu l-post tal-ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika firmat fit-18 ta' Diċembru 1989.

Artikolu 102

Fil-każ illi, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jiddaħħlu fis-seħħ ċerti partijiet minn dan il-Ftehim permezz ta' Ftehim Temporanju bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, il-Partijiet jaqblu illi, f'dawn iċ-ċirkustanzi, il-frażi "data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim" għandha tfisser id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim Temporanju.

+++++ TIFF +++++

Hecho en Florencia, el veintiuno de junio de mil novecientos noventa y seis.Udfærdiget i Firenze den enogtyvende juni nitten hundrede og seksoghalvfems.Geschehen zu Florenz am einundzwanzigsten Juni neunzehnhundertsechsundneunzig.Έγινε στη Φλωρεντία, στις είκοσι μία Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.Done at Florence on the twenty-first day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-six.Fait à Florence, le vingt-et-un juin mil neuf cent quatre-vingt-seize.Fatto a Firenze, addì ventuno giugno millenovecentonovantasei.Gedaan te Florence, de eenentwintigste juni negentienhonderd zesennegentig.Feito em Florença, em vinte e um de Junho de mil novecentos e noventa e seis.Tehty Firenzessä kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.Som skedde i Florens den tjugoförsta juni nittonhundranittiosex

Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift verbindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

For Kongeriget Danmark

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar ceann na hÉireannFor Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Suomen tasavallan puolestaFör Republiken Finland

+++++ TIFF +++++

För Konungariket Sverige

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

För Europeiska gemenskaperna

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

[1] Il-ftehim stabbilit fil-ħdax-il lingwa uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Żvediż) ġie ppubblikat fil-ĠU L 229 ta' 31.8.1999, p. 3.Il-verżjonijiet tal-lingwa Ċeka, Estonjana, Latvjana, Litwana, Ungeriża, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena huma ppubblikati f'dan il-volum ta' l-Edizzjoni Speċjali 2004.

--------------------------------------------------

LISTA TA DOKUMENTI ANNESSI

L-anness I | Lista indikattiva tal-vantaġġi konċessi mir-repubbika ta' l-uzbekistan lill-istati indipendenti b'mod konformi ma' l-artikolu 8(3) |

L-anness II | Riservi komunitarji b'mod konformi ma' l-artikolu 22(2) |

L-anness III | Riservi ta' l-uzbekistan b'mod konformi ma' l-artikolu 22(4) |

L-anness IV | Is-servizzi finanzjarji riferiti fl-artikolu 25(3) |

L-anness V | Il-konvenzjonijiet dwar il-proprjetà; intellettwali, industrijali u kummerċjali riferiti fl-artikolu 41 |

Il-Protokoll dwar l-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana

--------------------------------------------------

ATT FINALI

il-plenipotanezjarji ta':

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-RENJU TA' L-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TA' L-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TA' L-IŻVEZJA,

IR-RENJU TAL-GRAN BRITANNJA U L-IRLANDA TA' FUQ,

Partijiet Kontraenti tat-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA, tat-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, u tat-Trattat li jistabbilixxi l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

minn issa 'l quddiem imsejħa "l-Istati Membri", u ta'

il-KOMUNITÀ EWROPEA, il-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, minn issa 'l quddiem imsejħa "il-Komunità",

mill-parti l-waħda, u

il-plenipotenzarji tar-REPUBBLIKA TA' L-UZBEKISTAN,

mill-parti l-oħra,

imlaqggħin f'Firenze fil-21 ta' Ġunju 1996 għall-firma tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan, mill-parti l-oħra, minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-"Ftehim", adottaw it-testi li ġejjin:

il-Ftehim li jinkludi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:

Protokoll dwar il-għajnuna ta' bejn xulxin bejn l-awtoritajiet amministrattivi f'materji li għandhom x'jaqsmu mad-dwana

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan adottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti mniżżla fil-lista ta' hawn taħt u mehmuża ma' dan l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-fatti magħrufa personali

id-Dikjarazzjoni Konġunta fejn għandu x'jaqsam l-Artikolu 5 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-Titolu III

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 14 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' "kontroll" fl-Artikolu 24(b) u fl-Artikolu 35

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 34 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 41 tal-Ftehim

id-Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 95 tal-Ftehim

Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità, u l-plenipotenzarji tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan ħadu nota wkoll tal-Bdil ta' l-Ittri li ġejjin mehmuża ma' l-Att Finali:

il-Bdil ta' l-Ittri bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan fejn jirrigwarda t-twaqqif tal-kumpanniji

Barra minn hekk, il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membru u tal-Komunità ħadu nota wkoll tad-Dikjarazzjoni li ġejja mehmuża ma' dan l-Att Finali:

id-Dikjarazzjoni tal-Gvern Franċiż

+++++ TIFF +++++

Hecho en Florencia, el veintiuno de junio de mil novecientos noventa y seis.Udfærdiget i Firenze den enogtyvende juni nitten hundrede og seksoghalvfems.Geschehen zu Florenz am einundzwanzigsten Juni neunzehnhundertsechsundneunzig.Έγινε στη Φλωρεντία, στις είκοσι μία Ιουνίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.Done at Florence on the twenty-first day of June in the year one thousand nine hundred and ninety-six.Fait à Florence, le vingt-et-un juin mil neuf cent quatre-vingt-seize.Fatto a Firenze, addì ventuno giugno millenovecentonovantasei.Gedaan te Florence, de eenentwintigste april negentienhonderd zesennegentig.Feito em Florença, em vinte e um de Junho de mil novecentos e noventa e seis.Tehty Firenzessä kahdentenakymmenentenäensimmäisenä päivänä kesäkuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.Som skedde i Florens den tjugoförsta juni nittonhundranittiosex.

Pour le Royaume de BelgiqueVoor het Koninkrijk BelgiëFür das Königreich Belgien

+++++ TIFF +++++

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brusselse Hoofdstedelijke Gewest.

Diese Unterschrift verbindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

For Kongeriget Danmark

+++++ TIFF +++++

Für die Bundesrepublik Deutschland

+++++ TIFF +++++

Για την Ελληνική Δημοκρατία

+++++ TIFF +++++

Por el Reino de España

+++++ TIFF +++++

Pour la République française

+++++ TIFF +++++

Thar ceann na hÉireannFor Ireland

+++++ TIFF +++++

Per la Repubblica italiana

+++++ TIFF +++++

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

+++++ TIFF +++++

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

+++++ TIFF +++++

Für die Republik Österreich

+++++ TIFF +++++

Pela República Portuguesa

+++++ TIFF +++++

Suomen tasavallan puolestaFör Republiken Finland

+++++ TIFF +++++

För Konungariket Sverige

+++++ TIFF +++++

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

+++++ TIFF +++++

Por las Comunidades Europeas

For De Europæiske Fællesskaber

Für die Europäischen Gemeinschaften

Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες

For the European Communities

Pour les Communautés européennes

Per le Comunità europee

Voor de Europese Gemeenschappen

Pelas Comunidades Europeias

Euroopan yhteisöjen puolesta

För Europeiska gemenskaperna

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-fatti magħrufa personali

Fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet huma konxji dwar il-ħtieġa ta' protezzjoni adegwata ta' l-individwi rigward il-proċessar tal-fatti magħrufa personali u dwar iċ-ċaqliq ħieles ta' dawn il-fatti magħrufa.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta fejn għandu x'jaqsam l-Artikolu 5

Jekk il-Partijiet jaqblu illi ċ-ċirkustanzi jeħtieġu laqgħat fl-ogħla livell, dawn il-laqgħat jistgħu jiġu rranġati fuq bażi ad hoc.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda t-Titolu III

Ir-riferenzi kollha għall-FĠTK huma għat-test tal-FĠTK kif modifikat fl-1994.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 14

Sakemm ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan taċċedi għad-WTO, il-Partijiet għandhom iżommu konsultazzjonijiet fil-Kumitat ta' Koperazzjoni dwar il-politiki tagħhom dwar it-tariffi, inklużi l-bidliet fil-protezzjoni tat-tariffi. B'mod partikolari, dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti qabel iż-żieda fil-protezzjoni tat-tariffi.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-idea ta' "kontroll" fl-Artikolu 24(b) u fl-Artikolu 35

1. Il-Partijiet jikkonfermaw il-fehma tagħhom ta' bejn xulxin (xilxieni) illi l-kwistjoni tal-kontroll għandha tiddependi miċ-ċirkustanzi fattwali tal-każ partikolari.

2. Per eżempju, kumpannija għandha tiġi konsdirata bħala "kontrollata" minn kumpannija oħra, u għaldaqshekk sussidjarja ta' din il-kumpannija l-oħra jekk:

- il-kumpannija l-oħra jkollha direttament jew indirettament il-maġġoranza tad-drittijiet għal-vot, jew

- il-kumpannija l-oħra jkollha d-dritt li taħtar jew tkeċċi l-maġġoranza ta' l-organu amministrattiv, ta' l-organu tat-tmexxija jew ta' l-organu tas-sorveljanza u tkun fl-istess waqt azzjonista jew membru tas-sussidjarja;

3. Iż-żewġ Partijiet jikkonsidraw illi l-kriterji fil-paragrafu 2 ma humiex kollha.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 34

Il-fatt waħdu li tinħtieġ viża għall-persuni naturali ta' ċerti Partijiet u mhux għal dawk ta' Partijiet oħra ma għandux jitqies illi jxejjen jew jagħmel ħsara lill-benefiċċji skond impenn speċifiku.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 41

iI-Partijiet jaqblu illi għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim, il-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali tinkludi partikolarment id-dritt letterarju, inklużi d-dritt ltterarju fil-programmi tal-komputerijiet, u drittijiet ġirien, id-drittijiet li għandhom x'jaqsmu mal-patentijiet, id-disii industrijali, l-indikazzjonijiet ġeografiċi, inklużi l-ismijiet ta' l-oriġini, l-marki tal-fabbriki u l-marki tas-servizzi, it-topografiji taċ-ċirkwiti integrati kif ukoll il-protezzjoni kontra l-kompetizzjoni mhux bil-fier riferita fl-Artikolu 10bis (imtenni) tal-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar il-Protezzjoni tal-Propjetà Industrijali u l-Protezzjoni tat-tagħrif mhux żvelat dwar il-kompetenza fis-sengħa.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni Konġunta li tirrigwarda l-Artikolu 95

1. Għall-għan ta' l-interpretazzjni korretta u ta' l-applikazzjoni prattika tagħha, il-Partijiet jaqblu illi l-frażi "każijiet ta' urġenza speċjali" inkluża fl-Artikolu 95 ta' dan il-Ftehim tfisser każijiet ta' ksur materjali ta' dan il-Ftehim minn waħda mill-Partijiet. Ksur materjali ta' dan il-Ftehim jikkonsisti fi:

(a) iċ-ċaħda ta' dan il-Ftehim mhux sanzjonata mir-regoli ġenerali tal-liġijiet internazzjonali

jew

(b) il-vjolazzjoni ta' l-elementi essenzali ta' dan il-Ftehim dikjarati fl-Artikolu 2.

2. Il-Partijiet jaqblu illi il-"miżuri xierqa" riferiti fl-Artikolu 95 huma miżuri meħuda b'mod konformi mal-liġijiet internazzjonali. Jekk parti tieħu miżura f'każ ta' urġenza speċjali kif provdut fl-Artikolu 95, il-parti l-oħra tista' tieħu l-opportunità tal-proċedura li għandha x'taqsam mas-soluzzjoni tal-kontroversji.

--------------------------------------------------

BDIL TA' L-ITTRI

bejn il-Komunità u r-Repubblika ta' l-Uzbekistan fejn għandhu x'jaqsam it-twaqqif tal-kumpanniji

A. Ittra mill-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan

Sinjur,

Nirreferi għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni inizjalat fid-29 ta' April 1996.

Kif issottolinjajt matul in-negozjati, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan tikkonċedi lill-kumpanniji Komunitarji mwaqqfa u jaħdmu fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan trattament privileġġjat f'ċerti rispetti. Jiena spjegajt illi dan jirrifletti l-politika Uzbeka li tippromwovi b'kull mezz it-twaqqif ta' kumpanniji Komuniatrji fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

B'dan f'moħħi, hija l-fehma tiegħi illi matul il-perjodu taż-żmien bejn id-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu rilevanti dwar it-twaqqif tal-kumpanniji, r-Repubblika ta' l-Uzbekistan ma għandhiex tadotta miżuri jew regolamenti li jistgħu jdaħħlu jew jagħmlu agħar id-diskriminazzjoni ta' kumpanniji Komunitarji rigward il-kumpanniji Uzbeki jew il-kumpanniji minn kull pajjiż terz paragunati mas-sitwazzjoni li teżisti fil-jum ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim.

Inkun obbligat jekk tgħarrafni li rċevejt din l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-ogħla stima tiegħi.

Għall-Gvern tar-Repubblika ta' l-Uzbekistan

B. Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Niżżik ħajr ta' l-ittra tiegħek li ġġib id-data tal-lum, li tinqara kif ġej:

"Nirreferi għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni inizjalat fid-29 ta' April, 1996.

Kif issottolinjajt matul in-negozjati, ir-Repubblika ta' l-Uzbekistan tikkonċedi lill-kumpanniji Komunitarji mwaqqfa u jaħdmu fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan trattament privileġġjat f'ċerti rispetti. Jiena spjegajt illi dan jirrifletti l-politika Uzbeka li tippromwovi b'kull mezz it-twaqqif ta' kumpanniji Komuniatrji fir-Repubblika ta' l-Uzbekistan.

B'dan f'moħħi, hija l-fehma tiegħi illi matul il-perjodu taż-żmien bejn id-data ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim u d-dħul fis-seħħ ta' l-Artikolu rilevanti dwar it-twaqqif tal-kumpanniji, r-Repubblika ta' l-Uzbekistan ma għandhiex tadotta miżuri jew regolamenti li jistgħu jdaħħlu jew jagħmlu agħar id-diskriminazzjonii ta' kumpanniji Komunitarji rigward il-kumpanniji Uzbeki jew il-kumpanniji minn kull pajjiż terz paragunati mas-sitwazzjoni li teżisti fil-jum ta' l-inizjalar ta' dan il-Ftehim.

Inkun obbligat jekk tgħarrafni li rċevejt din l-ittra."

Ingħarrfek illi rċevejt l-ittra.

Jekk jogħġbok, Sinjur, aċċetta l-ogħla stima tiegħi.

F'isem il-Komunità Ewropea

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni tal-Gvern Franċiż

Ir-Repubblika Franċiża tinnota illi l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u Koperazzjoni mar-Repubblika ta' l-Uzbekistan ma tapplikax għall-pajjiżi u t-territorji lil hemm mill-baħar assoċjati mal-Komunità Ewropea skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

--------------------------------------------------

Top