Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997A0521(02)

    Ftehim interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti ‘l waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti ‘l oħra

    ĠU L 129, 21.5.1997, p. 23–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/1999; Impliċitament imħassar minn 21999A0804(01)

    Related Council decision

    21997A0521(02)



    Official Journal L 129 , 21/05/1997 P. 0023 - 0041


    Ftehim interim

    dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, mill-parti ‘l waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti ‘l oħra

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA, IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-FAĦAM U L-AZZAR, U L-KOMUNITÀ EWROPEA GĦALL-ENERĠIJA ATOMIKA,

    hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "il-Komunità",

    mill-parti ‘l waħda, u

    l-ĠEORĠJA,

    mill-parti ‘l oħra,

    BILLI Ftehim dwar Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ‘l waħda, u l-Ġeorġja mill-parti l-oħra kien iffirmat fit-22 ta' April 1996.

    BILLI l-għan tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni huwa li jsaħħaħ u jwessa' r-relazzjonijiet stabbiliti qabel, b'mod partikolari bil-Ftehim dwar Kummerċ u Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-URSS iffirmat fit-18 ta' Diċembru 1989;

    BILLI huwa meħtieġ li jiġi assigurat l-iżvilupp mgħaġġel ta' relazzjonijiet ta' kummerċ bejn il-Partijiet;

    Billi għal dan il-għan huwa meħtieġ li jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, permezz ta' Ftehim Interim, id-disposizzjonijiet tal-Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni li jikkonċerna l-kummerċ u l-kwistjonijiet relatati mal-kummerċ;

    Billi l-imsemmija disposizzjonijiet għandhom, għalhekk, jibdu d-disposizzjonijiet relevanti tal-Ftehim dwar Kummerċ u Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika;

    Billi huwa meħtieġ li jiġi assigurat li sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar Sħubija u Kummerċ u t-twaqqif tal-Kunsill ta' Koperazzjoni, il-Kumitat Konġunt imwaqqaf taħt il-Ftehim dwar Kummerċ u Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomika jista' jeżerċita d-drittijiet assenjat bil-Ftehim dwar Sħubija u Koperazzjoni lill-Kunsill ta' Koperazzjoni, fejn hu meħtieġ, biex jiġi mplimentat il-Ftehim Interim;

    IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-Ftehim ta' Koperazzjoni u għal dan il-għan innominaw bħala plenipotenzarji tagħhom:

    IL-KOMUNITÀ EWROPEJ,

    John FARRELL

    Kunsillier

    Rappreżentant Permanenti ta' l-Irlanda u l-Unjoni Ewropea

    François LAMOUREUX

    Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet tal-Politika Esterna tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR IL-FAĦAM U L-AZZAR

    IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    François LAMOUREUX

    Deputat Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet tal-Politika Esterna tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    IL-ĠEORĠJA:

    Irakli MENAGARISHVILI

    Ministru ta' l-Affarijiet Barranin

    LI, wara li skambjaw bejniethom il-poteri kollha tagħhom, li nstabu li kienu tajbin u fil-forma xierqa,

    FTEHMU KIF ĠEJ:

    TITOLU I

    PRINĊIPJI ĠENERALI

    Artikolu 1

    Rispett għad-demokrazija, prinċipji ta' liġi internazzjonali u drittijiet tal-bniedem kif imfissra b'mod partikolari fil-Karta ta' l-Istati Uniti, l-Att Finali ta' Helsinki u l-Karta ta' Pariġi għal Ewropa Ġdida, kif ukoll il-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, inklużi dawk imħabbra fid-dokumenti tal-Konferenza ta' Bonn tas-CSCE, isostnu l-politika interna u esterna tal-Partijiet u jikkostitwixxu elementi essenzali tas-sħubija u ta' dan il-Ftehim.

    TITOLU II

    KUMMERĊ F'OĠĠETTI

    Artikolu 2

    1. Il-Partijiet għandhom jagħtu lil xulxin it-trattament ta' l-aktar nazzjon favorit fiż-żoni kollha dwar:

    - dazji doganali u ħlasijiet applikabbli għall-importazzjoni u esportazzjoni, inkluż il-metodu ta' ġbir ta' dawk id-dazji u ħlasijiet,

    - disposizzjonijiet li jirrelataw mal-clearance doganali, passaġġ, magazzinaġġ u trasbord,

    - taxxi u ħlasijiet oħra nterni ta' xorta applikati direttament jew indirettament għall-oġġetti mportati,

    - metodi ta' ħlas u t-trasferiment ta' dak il-ħlas,

    - regolamenti li jirrelataw mall-bejgħ, xiri, trasport, tqassim u użu ta' oġġetti fis-suq domestiku.

    2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw għal:

    (a) vantaġġi mogħtija bil-għan li tinħoloq unjoni doganali jew żona ħielsa ta' kummerċ jew bis-saħħa tal-ħolqien ta' dik l-unjoni jew żona;

    (b) vantaġġi mogħtija lill-pajjiżi partikolari skond ir-regoli tad-WTO jew ma' arranġamenti oħra internazzjonali favur pajjiżi li qed jiżviluppaw;

    (ċ) vantaġġi mogħtija lill-pajjiżi biswit biex jiġi faċilitat it-traffiku fil-fruntiera.

    3. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw, matul il-perjodu transitorju li jintemm fid-data li l-Ġeorġja taċċedi għall-WTO jew fil-31 ta' Diċembru 1998, skond liema jiġi l-aktar kmieni, għall-vantaġġi definiti fl-Anness I mogħtija mir-Repubblika ta' l-Armenja lil Stati oħra li ħarġu mix-xoljiment tal-URSS.

    Artikolu 3

    1. Il-Partijiet jiftiehmu li l-prinċipju ta' passaġġ ħieles huwa kondizzjoni essenzali fil-kisba ta' l-oġġettivi ta' dan il-Ftehim.

    F'din il-konnessjoni kull Parti għandu jassigura passaġġ mhux ristrett permezz ta' jew mit-territorju tiegħu ta' oġġetti li joriġinaw fit-territorju doganali jew maħsuba għat-territorju doganali tal-Parti l-oħra.

    2. Ir-regoli deskritti fl-Artikolu V, il-paragrafi 2, 3, 4 u 5, tal-GATT huma applikabbli bejn iż-żewġ Partijiet.

    3. Ir-regoli li jinsabu f'dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal xi regoli speċjali li jirrelataw ma' setturi speċjali, b'mod partikolari bħat-trasport, jew prodotti miftiehma bejn il-Partijiet.

    Artikolu 4

    Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-dħul temporanju ta' oġġetti li jorbtu liż-żewġ Partijiet, kull Parti għandha b'żieda tagħti lill-Parti l-oħra eżenzjoni mill-ħlasijiet ta' importazzjoni u dazji fuq oġġetti mdaħħla temporanjament, fil-każi u skond il-proċeduri stipulati minn xi konvenzjoni oħra internazzjonali dwar din il-kwistjoni li torbot fuqu, b'konformità mal-leġislazzjoni tiegħu. Għandha tittieħed konsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet li taħthom l-obbligi li joħorġu minn xi konvenzjoni bħal dik ikunu ġew aċċettati mill-Parti in kwistjoni.

    Artikolu 5

    1. Oġġetti li joriġinaw fil-Ġeorġja għandhom jiġu mportati fil-Komunità ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitajiet mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 7, 10 u 11 ta' dan il-Ftehim.

    2. Oġġetti li joriġinaw fil-Komunità għandhom jiġu mportati fil-Ġeorġja ħielsa minn restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri ta' effett ekwivalenti mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli 7 ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 6

    L-oġġetti għandhom jiġu negozjati bejn il-Partijiet bil-prezzijiet relatati tas-suq.

    Artikolu 7

    1. Fejn xi prodott ikun qed jiġi mportat fit-territorju ta' xi wieħed mill-Partijiet fi kwantitajiet hekk miżjuda jew taħt kondizzjonijiet li jħolqu jew jheddu li joħolqu ħsara lill-produtturi domestiċi ta' l-istess prodott jew dawk direttament kompetittivi, il-Komunità jew ir-Repubblika ta' l-Armenja, skond min ikun konċernat, jista' jieħu l-miżuri addattati skond il-proċeduri u l-kondizzjonijiet li ġejjin.

    2. Qabel jittieħdu xi miżuri, jew fil-każi li għalihom japplika l-paragrafu 4 kemm jista' jkun malajr wara, il-Komunità jew il-Ġeorġja, skond il-każ, għandhom jipprovdu lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif relevanti bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għaż-żewġ Partijiet kif provdut fit-Titolu IV.

    3. Jekk, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ma jilħqux ftehim fi żmien 30 jum mir-referenza lill-Kumitat Konġunt dwar azzjonijiet biex tiġi evitata din is-sitwazzjoni, il-Parti li titlob il-konsultazzjonijiet għandha tkun ħielsa li tirrestrinġi l-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati sal-limitu u għal dak iż-żmien kif huwa meħtieġ biex jiġi evitat jew rimedjat id-dannu jew li jaddotta xi miżuri oħra xierqa.

    4. F'ċirkostanzi kritiċi fejn dewmien jista' jikkawża ħsara li tkun diffiċili li tissewwa, il-Partijiet jistgħu jieħdu l-miżuri qabel il-konsultazzjonijiet, bil-kondizzjoni li l-konsultazzjonijiet għandhom jiġu offruti minnufih wara li tittieħed dik l-azzjoni.

    5. Fl-għażla ta' miżuri taħt dan l-Artikolu, il-Partijiet għandhom jagħtu prijorità lil dawk li joħolqu l-anqas disturb fil-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim.

    6. Ebda ħaġa f'dan l-Artikolu m'għandha tippreġudika jew teffettwa b'xi mod it-teħid, minn kull Parti ta' miżuri anti-dumping jew countervailing skond l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim jew l-implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT, il-Ftehim dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Artikoli VI, XVI u XXIII tal-GATT jew leġislazzjoni interna relatata.

    Artikolu 8

    Il-Partijiet jintrabtu li jikkonsidraw l-iżvilupp tad-disposizzjonijiet f'dan il-Ftehim dwar in-negozju ta' oġġetti bejniethom, skond kif jippermettu ċ-ċirkostanzi, inkluża s-sitwazzjoni li tinħoloq mis-sħubija tal-Ġeorġja għall-WTO. Il-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 17 jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar dawk l-iżviluppi lill-Partijiet li jistgħu jiġu effettwati, meta jiġu aċċettati, bis-saħħa ta' Ftehim bejn il-Partijiet skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

    Artikolu 9

    Dan il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjoni, esportazzjoni jew oġġetti fil-passaġġ ġustifikati fuq il-bażi ta' moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bniedem, annimali jew pjanti; il-protezzjoni tar-riżorsi naturali; il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali ta' valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku jew il-protezzjoni tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali jew regoli li jirrelataw mad-deheb u l-fidda. Dawk il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m'għandhomx, iżda, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitraja jew restrizzjoni moħbija fuq kummerċ bejn il-Partijiet.

    Artikolu 10

    Dan it-Titolu m'għandux japplika għall-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti li jaqgħu taħt il-Kapitoli 50 sa 63 tan-nomenklatura kombinata. In-negozju f'dawn il-prodotti għandu jkun regolat bi ftehim separat, inizjalat fit-22 ta' Diċembru 1995 u applikati provviżorjament mill-1 ta' Jannar 1996.

    Artikolu 11

    1. Negozji fi prodotti koperti mit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar għandu jkun regolat bid-disposizzjonijiet ta' din it-Titolu, bl-eċċezzjoni ta' l-Artikolu 5.

    2. Għandu jkun stabbilit grupp ta' kuntatt dwar il-kwistjonijiet tal-faħam u l-azzar, magħmul minn rappreżentanti tal-Komunità min-naħa ‘l waħda, u r-rappreżentanti tal-Ġeorġja min-naħa ‘l oħra.

    Il-grupp ta' kuntatt għandu jiskambja, fuq bażi regolari, tagħrif dwar il-kwistjonijiet kollha ta' faħam u azzar ta' interess lill-Partijiet.

    Artikolu 12

    Negozju f'materjali nukleari għandu jiġi kondott skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika. Jekk meħtieġ, kummerċ f'materjali nuklejari għandu jkun suġġett għad-disposizzjonijiet ta' Ftehim speċifiku li għandu jiġi konkluż bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Ġeorġja.

    TITOLU III

    ĦLASIJIET, KOMPETIZZJONI U DISPOSIZZJONIJIET EKONOMIĊI OĦRA

    Artikolu 13

    Il-Partijiet jintrabtu li jawtorizzaw, f'munita faċilment konvertibbli, kull ħlas kurrenti bejn residenti tal-Komunità u tal-Ġeorġja konnessi maċ-ċaqliq ta' oġġetti, servizzi jew persuni magħmula skond id-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 14

    Il-Partijiet jaqblu li jeżaminaw il-mezzi ta' kif japplikaw il-liġijiet rispettivi tal-kompetizzjoni fuq bażi kkonċertat f'dawk il-każi fejn kummerċ bejniethom huwa affettwat.

    Artikolu 15

    Skond id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu u ta' l-Anness II, il-Georgia għandha tkompli ttejjeb il-protezzjoni ta' drittijiet intelletwali, industrijali u ta' proprjetà kummerċjali biex tipprovdi, sa l-aħħar tal-ħames sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, għall-livell ta' protezzjoni simili għal dak li jeżisti f'atti tal-Komunità, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Anness II, inklużi mezzi komparabbli ta' l-infurzar ta' dawk id-drittijiet.

    Artikolu 16

    Assistenza reċiproka fi kwistjonijiet doganali bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet għadha sseħħ skond il-Protokoll anness ma' dan il-Ftehim.

    TITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI, ĠENERALI U FINALI

    Artikolu 17

    Il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim dwar Kummerċ u Koperazzjoni Kummerċjali u Ekonomiċi iffirmat bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-URSS fit-18 ta' Diċembru 1989 għandu jwettaq ix-xogħol assenjat lilu minn dan il-Ftehim sakemm ikun stabbilit il-Kunsill ta' Koperazzjoni li għalih jipprovdi l-Artikolu 81 tal-Ftehim dwar Sħubija u Koperazzjoni.

    Artikolu 18

    Il-Kumitat Konġunt jista', għall-għanijiet li jikseb l-oġġettivi ta' dan il-Ftehim, jagħmel rakkomandazzjonijiet fil-każi li jipprovdi għalihom.

    Għandu jħejji r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim bejn il-Partijiet.

    Artikolu 19

    Meta jeżamina kwistjonijiet li joħorġu mill-qafas ta' dan il-Ftehim b'relazzjoni mad-disposizzjonijiet li tirreferi għall-Artikolu tal-GATT/WTO, il-Kumitat Konġunt għandu jagħti kont ta' l-akbar firxa possibbli ta' l-interpretazzjoni li hija ġeneralment mogħtija lill-Artikolu tal-GATT/WTO in kwistjoni mill-Membri tal-WTO.

    Artikolu 20

    1. Fl-iskop ta' dan il-Ftehim, kull Parti tintrabat li tassigura li persuni naturali u legali tal-Parti l-oħra jkollhom aċċess ħieles mid-diskriminazzjoni b'relazzjoni maċ-ċittadini tiegħu stess għall-qrati kompetenti u organi amministrattivi tal-Partijiet biex jiddefendu d-drittijiet individwali tagħhom, inklużi dawk li jikkonċernaw proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali.

    2. Fil-limiti tas-setgħat u kompetenzi rispettivi tagħhom, il-Partijiet:

    - għandhom jinkoraġġixxu l-addozzjoni ta' arbitraġġ biex isolvu d-diskussjonijiet li jinqalgħu minn transazzjonijiet kummerċjali u ta' koperazzjoni konklużi minn operaturi ekonomiċi tal-Komunità u dawk tal-Ġeorġja,

    - jaqblu li meta diskussjoni tintbagħat għall-arbitraġġ, kull parti fid-diskussjoni tista', ħlief fejn ir-regoli taċ-ċentru ta' l-arbitraġġ magħżul mill-Partijiet jipprovdi xort'oħra, jagħżel l-arbitru tiegħu, irrispettivament min-nazzjonalità tiegħu, u li t-tielet arbitru li jippresjedi jew l-uniku arbitru jista' jkun ċittadin ta' Stat terz,

    - għandu jirrakkomanda lill-operaturi ekonomiċi li jagħżlu bi qbil komuni l-liġi applikabbli għall-kuntratti tagħhom,

    - għandu jinkoraġġixxi rikors għar-regoli ta' l-arbitraġġ elaborati mill-Kummissjoni ta' l-Istati Uniti dwar il-Liġi Internazzjonali tal-Kummerċ (Uncitral) u għal arbitraġġ minn xi ċentru firmatarju għall-Konvenzjoni dwar l-Għarfien u l-Infurzar ta' Għotjiet Arbitraji Barranin magħmula fi New York fl-10 ta' Ġunju 1958.

    Artikolu 21

    Ebda ħaġa f'dan il-Ftehim m'għandha tipprevjeni lil xi Parti milli tieħu kull miżura:

    (a) li tikkonsidra meħtieġa biex tipprevjeni l-kxif ta' tagħrif kuntrarju għall-interessi essenzali ta' sigurtà;

    (b) li jirrelataw mal-produzzjoni ta', jew kummerċ fl-armi, munizzjon jew materjali tal-gwerra jew riċerka, żvilupp jew produzzjoni indispensabbli għall-għanijiet ta' difiża, b'dan li dawk il-miżuri m'għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni dwar prodotti mhux maħsuba għal għanijiet speċifiċi militari;

    (ċ) li jikkonsidra essenzali għas-sigurtà tiegħu fil-każ ta' disturbi serji interni li jaffettwaw iż-żamma tal-liġi u l-ordni, fiż-żmien ta' gwerra jew tensjoni serja internazzjonali li tikkostitwixxi theddida ta' gwerra jew biex iwettaq obbligi li jkun aċċetta għall-għan li tinżamm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

    (d) li jikkonsidra meħtieġa biex jirrispetta l-obbligi internazzjonali tiegħu u rbit fil-kontroll ta' użu doppji ta' oġġetti industrijali u teknoloġija.

    Artikolu 22

    1. Fl-oqsma koperti b'dan il-Ftehim u mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjonijiet li jinsabu fih:

    - l-arranġamenti applikati mill-Ġeorġja dwar il-Komunità m'għandhomx jagħtu lok għal xi diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri, iċ-ċittadini tagħhom jew il-kumpanniji jew ditti tagħhom,

    - l-arranġamenti applikati mill-Ġeorġja dwar il-Komunità m'għandhomx jagħtu lok għal xi diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Ġeorġja, jew il-kumpanniji jew ditti tagħhom,

    2. Id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Partijiet li japplikaw id-disposizzjonijiet relevanti tal-leġislazzjoni fiskali tagħhom lil dawk li jħallsu t-taxxa li m'humiex f'sitwazzjonijiet identiċi fir-rigward tal-post tar-residenza tagħhom.

    Artikolu 23

    1. Kull wieħed mill-Partijiet jista' jirreferi lill-Kumitat Konġunt kull diskussjoni li tirrelata ma' l-applikazzjoni jew interpretazzjoni ta' dan il-Ftehim.

    2. Il-Kunsill ta' Koperazzjoni jista' jiddeċiedi d-diskussjoni permezz ta' rakkomandazzjoni.

    3. Fil-każ li ma jkunx possibbli li d-diskussjoni tiġi deċiża skond il-paragrafu 2, kull Parti tista' tinnotifika lill-oħra bil-ħatra ta' konċiljatur; il-Parti l-oħra għandha mbagħad taħtar it-tieni arbitru fi żmien xahrejn.

    Il-Kumitat Konġunt għandu jaħtar it-tielet konċiljatur.

    Ir-rakkomandazzjonijiet tal-konċiljaturi għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' voti. Rakkomandazzjonijiet bħal dawn m'għandhomx ikunu jorbtu fuq il-Partijiet.

    4. Il-Kumitat Konġunt jista' jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura għas-soluzzjoni ta' diskussjonijiet.

    Artikolu 24

    Il-Partijiet jaqblu li jikkonsultaw malajr permezz ta' mezzi addattati fuq it-talba ta' xi wieħed mill-Partijiet biex jiddiskutu dwar xi kwistjoni li tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim u aspetti oħra relevanti għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet.

    Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhom bl-ebda mod jeffettwaw u huma mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 7, 23 u 28.

    Artikolu 25

    It-trattament mogħti lill-Ġeorġja taħthom m'għandu fl-ebda każ ikun aktar favorevoli minn dak mogħti mill-Istati Membri lill-xulxin.

    Artikolu 26

    Safejn il-kwistjonijiet koperti b'dan il-Ftehim huma koperti bil-Karta tat-Trattat ta' l-Enerġija u bil-Protokoll li jinsabu miegħu, dak it-Trattat u l-Protokoll għandhom mad-dħul fis-seħħ japplikaw għal dawk il-kwistjonijiet iżda biss sal-limitu li dik l-applikazzjoni hija provduta fihom.

    Artikolu 27

    1. Dan il-Ftehim għandu jkun applikabbli sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Sħubija u Koperazzjoni ffirmat fit-22 ta' April 1996.

    2. Kull Parti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi jinnotifika lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jieqaf milli jibqa' japplika sitt xhur wara d-data ta' dik in-notifika.

    Artikolu 28

    1. Il-Partijiet għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa biex jitwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim. Għandhom jaraw li l-oġġettivi mniżżla f'dan il-Ftehim jintlaħqu.

    2. Jekk xi wieħed mill-Partijiet jikkunsidra li l-Parti l-ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu taħt dan il-Ftehim, jista' jieħu l-miżuri addattati. Qabel jagħmel dan, ħlief f'każi ta' urġenza speċjali, għandu jipprovdi lill-Kunsill ta' Koperazzjoni bit-tagħrif kollu relevanti meħtieġ għall-eżami bir-reqqa tas-sitwazzjoni bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għall-Partijiet.

    Fl-għażla ta' dawn il-miżuri, prijorità għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-iffunzjonar ta' dan il-Ftehim. Dawn il-miżuri għandhom jiġu notifikati minnufih mill-Kumitat Konġunt jekk il-Parti l-ieħor hekk jitlob.

    Artikolu 29

    L-Annessi I u II, flimkien mal-Protokoll dwar assistenza komuni fi kwistjoni doganali bejn awtoritajiet amministrattivi, għandhom jagħmlu parti integrali minn dan il-Ftehim.

    Artikolu 30

    Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa ‘l waħda, għat-territorji li għalihom it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika huma applikati u taħt il-kondizzjonijiet imniżżla f'dawk it-Trattati u, min-naħa ‘l oħra, għat-territorju tal-Ġeorġja.

    Artikolu 31

    Dan il-Ftehim huwa mħejji f'żewġ kopji bid-Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol, Svediż u Ġeorġjan, b'kull wieħed minn dawn it-testi jkunu ugwalment awtentiku.

    Artikolu 32

    Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.

    Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar li jiġi wara d-data li fiha l-Partijiet javżaw lil xulxin u li l-proċeduri li għalihom jirreferi l-ewwel paragrafu ikunu ġew kompluti.

    Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, u sa fejn ir-relazzjonijiet bejn il-Ġeorġja u l-Komunità huma kkonċernati, dan il-Ftehim għandu jibdel l-Artikolu 2, l-Artikolu 3, ħlief għar-raba' inċiżi tiegħu, u l-Artikoli 4 sa 16 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-Kummerċ u l-Koperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ffirmat fi Brussel fit-18 ta' Diċembru 1989.

    Hecho en Tiflis, el cinco de octubre de mil novecientos noventa y seis.

    Udfærdiget i Tbilisi den femte oktober nitten hundrede og seksoghalvfems.

    Geschehen zu Tiflis am fünften Oktober neunzehnhundertsechsundneunzig.

    Έγινε στο Tμπίλισι, στις πέντε Oκτωβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.

    Done at Tbilisi on the fifth day of October in the year one thousand nine hundred and ninety-six.

    Fait à Tbilissi, le cinq octobre mille neuf cent quatre-vingt-seize.

    Fatto a Tbilisi, addì cinque ottobre millenovecentonovantasei.

    Gedaan te Tbilisi, de vijfde oktober negentienhonderd zesennegentig.

    Feito em Tbilissi, em cinco de Outubro de mil novecentos e noventa e seis.

    Tehty Tbilisissä viidentenä päivänä lokakuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.

    Som skedde i Tbilisi den femte oktober nittonhundranittiosex.

    +++++ TIFF +++++

    Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades EuropeiasEuroopan yhteisöjen puolestaPå Europeiska gemenskapernas vägnar

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Lista ta' dokumenti mehmuża

    | | Paġna |

    L-Anness I | Indikattiv tal-vantaġġi mogħtija mill-Ġeorġja lill-Istati Indipendenti skond l-Artikolu 2(3) | 353 |

    L-Anness II | Atti dwar proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali msemmija fl-Artikolu 15 | 354 |

    PROTOKOLL dwar assistenza komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi fi kwistjonijiet doganali | 355 |

    --------------------------------------------------

    Att Finali

    Il-Plenipotenzarji tal-KOMUNITÀ EWROPEA, il-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR IL-FAĦAM U L-AZZAR, u l-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA,

    hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjħa "l-Komunità",

    mill-parti ‘l waħda, u

    il-plenipotenzarji tal-ĠEORĠJA:

    mill-parti ‘l oħra,

    iltaqgħu fi Tbilisi, fil-ħames jum ta' Ottubru fis-sena elf disa' mija u sitta u disgħin, għall-firma tal-Ftehim Interim dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea dwar il-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, mill-parti ‘l waħda, u l-Ġeorġja, mill-parti ‘l oħra, hawnhekk iżjed ‘il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", addottaw it-testi li ġejjin:

    il-Ftehim inklużi l-Annessi tiegħu u l-Protokoll li ġej:

    PROTOKOLL dwar assistenza komuni bejn l-awtoritajiet amministrattivi fi kwistjonijiet doganali

    Il-plenipotenzarji ta' l-Istati Membri u tal-Komunità u l-plenipotenzarji tal-Ġeorġja addottaw it-testi tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti elenkati hawn taħt u annessi ma' dan l-Att Finali:

    Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna t-Titolu II tal-Ftehim

    Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 7 tal-Ftehim

    Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 8 tal-Ftehim

    Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 15 tal-Ftehim

    Dikjarazzjoni Konġunta li tikkonċerna l-Artikolu 28 tal-Ftehim

    Il-plenipotenzarji tal-Komunità innotaw ukoll tad-Dikjarazzjoni li ġejja annessa ma' l-Att Finali:

    Dikjarazzjoni mill-Ġeorġja li tikkonċerna l-protezzjoni ta' drittijiet ta' proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali

    Hecho en Tiflis, el cinco de octubre de mil novecientos noventa y seis.

    Udfærdiget i Tbilisi den femte oktober nitten hundrede og seksoghalvfems.

    Geschehen zu Tiflis am fünften Oktober neunzehnhundertsechsundneunzig.

    Έγινε στο Tμπίλισι, στις πέντε Oκτωβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.

    Done at Tbilisi on the fifth day of October in the year one thousand nine hundred and ninety-six.

    Fait à Tbilissi, le cinq octobre mil neuf cent quatre-vingt-seize.

    Fatto a Tbilisi, addì cinque ottobre millenovecentonovantasei.

    Gedaan te Tbilisi, de vijfde oktober negentienhonderd zesennegentig.

    Feito em Tbilissi, em cinco de Outubro de mil novecentos e noventa e seis.

    Tehty Tbilisissä viidentenä päivänä lokakuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.

    Som skedde i Tbilisi den femte oktober nittonhundranittiosex.

    +++++ TIFF +++++

    Por las Comunidades EuropeasFor De Europæiske FællesskaberFür die Europäischen GemeinschaftenΓια τις Ευρωπαϊκές ΚοινότητεςFor the European CommunitiesPour les Communautés européennesPer le Comunità europeeVoor de Europese GemeenschappenPelas Comunidades EuropeiasEuroopan yhteisöjen puolestaPå Europeiska gemenskapernas vägnar

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    Top