This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21997A0319(01)
Agreement between the European Community and the United Mexican States on cooperation regarding the control of precursors and chemical substances frequently used in the illicit manufacture of narcotic drugs or psychotropic substances
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq koperazzjoni dwar il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi li jintużaw b'mod frekwenti fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq koperazzjoni dwar il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi li jintużaw b'mod frekwenti fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi
ĠU L 77, 19.3.1997, p. 24–30
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1997/184/oj
Official Journal L 077 , 19/03/1997 P. 0024 - 0030
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Messiku fuq koperazzjoni dwar il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi li jintużaw b'mod frekwenti fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn il-quddiem msejħa il-"Komunità", fuq naħa waħda, u L-ISTATI UNITI TAL-MESSIKU, minn hawn il-quddiem msejħa "Messiku", fuq in-naħa l-oħra, minn hawn il-quddiem msejħa "Partijiet Kontraenti", DETERMINATI li jipprevenu u jiġġieldu l-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi billi tiġi kkontrollata l-provvista ta' prekursuri u sustanzi kimiċi li jintużaw b'mod frekwenti għal dawn ir-raġunijiet; JIRRIKONOXXU l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1988 kontra t-Traffikar Illeċitu ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotrpiċi; JAFFERMAW mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ il-koperazzjoni internazzjonali bil-konklużjoni ta' ftehim bilaterali, b'mod partikolari bejn reġjuni u pajjiżi involuti fl-esportazzjoni, importazzjoni u transitu ta' sustanzi kkontrollati; KONVINTI li l-kummerċ internazzjonali jikkonstitwixxi riskju speċifiku u li ftehim ta' koperazzjoni bejn ir-reġjuni kkonċernati biss jista' jippreveni dan il-periklu, b'mod partikolari billi jiġu marbuta l-kontrolli ta' esportazzjoni u importazzjoni ta' sustanzi kkontrollati; JAFFERMAW l-impenn komuni tagħhom li jistabbilixxu makkaniżmi bejn il-Messiku u l-Komunità biex jiġġieldu d-dirottament ta' sustanzi kkontrollati għall-iskopijiet illegali, f'armonija ma' l-orjentazzjonijiet u azzjonijiet deċiżi fuq livell internazzjonali; IDDEĊIDEW biex jikkonkludu ftehim fuq il-koperazzjoni rigward il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi li jintużaw b'mod frekwenti fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, u, għal dan il-għan, innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom: IL-KOMUNITÀ EWROPEA: John F. Cogan, Ministru Plenipotenzarju, Deputat Rappreżentant Permanenti ta' l-Irlanda, Alfred Komaz Direttur fid-Direttorat Ġenerali tat-"Tassazzjoni Doganali u Indiretta" (DĠ XXI, Direttorat A) tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej L-ISTATI UNITI TAL-MESSIKU: Manuel Armendariz Etchegaray Ambaxxatur Straordinarju u Plenipotenzarju, Kap tal-Missjoni Messikana għall-Unjoni Ewropea, LI, wara li skambjaw il-kredenzali tal-poteri kollha tagħhom, sabu li huma tajbin u addattati, FTEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Prospettiva ta' dan il-Ftehim 1. Dan il-Ftehim jistabbilixxi miżuri biex jippromwovi l-koperazzjoni bejn il-Partijiet Kotraenti biex jipprevenu d-dirottament ta' sustanzi li b'mod frekwenti jintużaw fil-manifattura illegali ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, mingħajr preġudizzju għar-rikonoxximent dovut lejn l-interessi leġittimi tal-kummerċ u l-industrija. 2. Għal din ir-raġuni, il-Partijiet Kontraenti għandhom jgħinu lil xulxin, kif stabbilit f'dan il-Ftehim, b'mod partikolari fil-: (a) kontroll ta' kummerċ bejniethom ta' sustanzi kkontrollati, bil-għan li jipprevenu li jiġu devjati għal skopijiet illeċiti, u (b) jipprovdu assistenza amministrattiva u legali reċiproka biex jassiguraw li d-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni relevanti ta' kontroll ta' sustanzi u kummerċ huma applikati tajjeb. 3. Mingħajr preġudizzju lejn emendi li possibilment jistgħu jiġu adottati fil-komptenza tal-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ, dan il-Ftehim japplika għas-sustanzi kimiċi mniżżla fl-Anness għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti ta' l-1988 kontra t-Traffiku Illeċitu ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi kif emendat, minn hawn "il-quddiem imsejħa" sustanzi kkontrollati'. Artikolu 2 Kontroll tal-kummerċ 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw u jinformaw lil xulxin fuq inizjattiva proprja tagħhom b'kwalunkwe suspett li sustanzi kkontrollati jistgħu jiġu devjati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi, b'mod partikolari meta kunsinna tkun f'kwantitajiet mhux tas-soltu jew taħt ċirkostanzi mhux tas-soltu. 2. Rigward is-sustanzi kkontrollati elenkati fl-Anness A ta' dan il-Ftehim, l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed tesporta għandha, fl-istess ħin meta tinħareġ l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni u qabel ma titlaq il-kunsinna, tibgħat kopja ta' l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li qed timporta. Informazzjoni speċifika għandha tiġi pprovduta fejn l-operatur jibbenefika, fil-pajjiż li qed jesporta, minn awtorizzazzjoni miftuħa li tkopri diversi operazzjonijiet ta' esportazzjoni. 3. Rigward is-sustanzi kkontrollati elenkati fl-Anness B ta' dan il-Ftehim, l-esportazzjoni għandha tiġi awtorizzata biss meta l-Parti Kontraenti li qed timporta tagħti l-kunsens tagħha. 4. Il-Partijiet Kontraenti jintrabtu biex jipprovdu, b'mod reċiproku u fi żmien raġonevoli, risposti lura fuq kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew miżura mitluba skond dan l-Artikolu. 5. Meta jiġu implimentati l-miżuri ta' kontroll fuq il-kummerċ msemmija hawn fuq, l-interessi leġittimi tal-kummerċ għandhom jiġu rispettati kif dovut.. B'mod partikolari, f'każi koperti minn paragrafu 3, ir-risposta mill-Parti Kontraenti li qed timporta għandha tiġi pprovduta sa 20 ġurnata ta' ħidma wara li l-messaġġ ikun ġie riċevut mill-Parti Kontraenti li qed tesporta. In-nuqqas ta' risposta f'dan il-perjodu għandha titqies bħala l-konċessjoni ta' l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni. Ir-rifjut li tingħata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni għandu jiġi notifikat bil-miktub lill-Parti Kontraenti li qed tesporta f'dan il-perjodu ta' żmien and għandu jiġi ssostanzjat. Artikolu 3 Sospensjoni ta' kunsinna 1. Mingħajr preġudizzju għal kull implimentazzjoni possibli ta' miżuri tekniċi ta' infurzar, il-kunsinni għandhom jiġu sospiżi jekk, fl-opinjoni ta' kwalunkwe Parti Kontraenti, hemm raġunijiet xierqa li jwasslu għal tħassib li sustanzi kkontrollati jistgħu jiġi devjati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, jew fejn, fil-każi deskritti fl-Artikolu 2(3), il-Parti Kontraenti li timporta titlob is-sospensjoni. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikoperaw billi jfornu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni relatata ma' dak li jkun maħsub bħala operazzjonijiet ta' dirottament. Artikolu 4 Assistenza amministrattiva reċiproka 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom ifornu lil xulxin, fuq inizjattiva proprja tagħhom jew fuq talba, kwalunkwe informazzjoni biex jipprevenu d-dirottament ta' sustanzi kkontrollati għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi u għandhom jinvestigaw każi li jkun fihom suspett ta' dirottament. Fejn meħtieġ għandhom jadottaw miżuri xierqa ta' prekawzjoni biex jipprevenu d-dirottament. 2. Kwalunkwe talba għall-informazzjoni jew miżuri ta' prekawzjoni għandha tiġi mħarsa mill-aktar fis possibli. 3. Talbiet għall-assistenza amministrattiva għandhom jiġu mwettqa skond il-liġijiet, regolamenti u strumenti legali oħra tal-Parti Kontraenti mitluba. 4. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lil xulxin sabiex jiffaċilitaw il-provvista ta' evidenza. 5. Koperazzjoni amministrattiva mogħtija segwenti għal dan l-Artikolu m'għandiex tipperġudika r-regoli li jikkontrollaw l-assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, u lanqas m'għandha tapplika għall-informazzjoni miksuba taħt l-eserċitazzjoni tal-poteri fuq talba ta' xi awtorità ġudizzjarja, kemm-il darba l-awtorità ma taqbilx ma' dan. 6. L-informazzjoni tista' tintalab fuq sustanzi kimiċi li huma użati b'mod frekwenti fil-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi li m'humiex inklużi fil-prospettiva ta' dan il-Ftehim. Artikolu 5 Skambju ta' informazzjoni u kunfidenzalità 1. Kull informazzjoni kkomunikata f'kwalunkwe forma skond dan l-Artikolu għandha tkun ta' natura kunfidenzali jew ristretta, skond ir-regoli applikabbli f'kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Għandha tkun koperta bl-obbligu tas-segretezza uffiċjali u għandha tgawdi minn protezzjoni estiża lejn informazzjoni simili skond il-liġijiet relevanti tal-Parti Kontraenti li rċivietha u d-dispożizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-awtoritajiet tal-Komunità. 2. Informazzjoni dwar persuni tista' tiġi skambjata biss meta l-Parti Kontraenti li qed tirċievi tintrabat li tipproteġi din l-informazzjoni ta' l-inqas bl-istess mod għal dak applikabbli f'dak il-każ partikolari fil-Parti Kontraenti li qed tapplika li hi suġġetta li tfornihom. 3. L-informazzjoni miksuba għandha tiġi użata biss għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim. Meta waħda mill-Partijiet Kontraenti titlob l-użu ta' din it-tip ta' informazzjoni għal raġunijiet oħra, hija għandha titlob minn qabel il-permess bil-miktub ta' l-awtorità li forniet l-informazzjoni. Barra minn hekk, dan l-użu għandu jiġi suġġett għal kwalunkwe restrizzjonijiet stabbiliti minn dik l-awtorità. 4. Paragrafu 3 m'għandux jimpedixxi l-użu ta' informazzjoni fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi li sussegwentement jiġu stabbiliti wara nuqqas ta' konformità mal-leġislazzjoni fuq il-kontroll tas-sustanzi. L-awtorità kompetenti li forniet dik l-informazzjoni għandha tkun notifikata b'dan l-użu. Artikolu 6 Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tiġi pprovduta l-assistenza 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jagħmlu kull skorz razzjonali b'rutina biex jipprovdu l-informazzjoni u l-assistenza mitluba. 2. F'każi fejn il-Parti Kontraenti mitluba hija ta' l-opinjoni li l-ħarsien tat-talba jista': - jinfrinġi s-sovranità ta' l-Istati Uniti tal-Messiku jew ta' Stat Membru tal-Komunità, - joħloq kwistjoni serja ta' politika pubblika, sigurtà jew interessi essenzali oħra, b'mod partikolari fil-każi msemmija fl-Artikolu 5(2) li jikkonċerna persuni naturali, jew - ikun kontra s-sistema legali tal-Parti Kontraenti mitluba, inkluż, fejn approprjat, is-sistema legali ta' l-Istati Membri tal-Komunità li huma suġġetti biex jipprovdu l-assistenza, l-għajnuna tista' tiġi rifjutata jew il-konformità tista' tiġi soġġetta għas-sodisfazzjoni ta' ċerti kondizzjonijiet jew ħtiġijiet. 3. Jekk waħda mill-Partijiet Kontraenti titlob assistenza li hi ma setgħetx tipprovdi fl-intier jew parti minnha fuq talba simili, hi għandha tistqarr din is-sitwazzjoni fit-talba tagħha. Il-Parti Kontraenti l-oħra imbagħad għandha tiddeċiedi taħt liema forma tkun tista' tilqa t-talba. 4. Jekk l-assistenza tiġi rifjutata, d-deċiżjoni u r-raġunijiet li jispjegawha għandhom jiġu notifikati minnufih lill-Parti Kontraenti. Artikolu 7 Koperazzjoni teknika u xjentifika 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw kemm fl-identifikazzjoni ta' metodi ġodda ta' dirottament kif ukoll ta' kontro-miżuri xierqa, inkluż koperazzjoni teknika sabiex jissaħħu l-istrutturi ta' infurzar u amministrattivi f'dan il-qasam u l-promozzjoni ta' koperazzjoni mal-kummerċ u l-industrija. Din il-koperazzjoni teknika tista' tikkonċerna, b'mod partikolari, programmi ta' skambju u taħriġ għall-uffiċjali kkonċernati kif ukoll l-apparat neċessarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. 2. Fejn isir żvilupp ta' metodi jew teknikalitajiet ġodda li jippermettu l-identifikazzjoni aktar mgħaġġla ta' sustanzi kkontrollati, il-Parti Kontraenti li ssir taf b'dawn l-iżviluppi għandha tforni lill-Parti Kontraenti l-oħra l-informazzjoni kollha relevanti sabiex tassigura l-aqwa applikazzjoni possibli ta' dan il-Ftehim. Artikolu 8 Miżuri ta' implimentazzjoni 1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jaraw li jimplimentaw dan il-Ftehim u jieħdu kont tan-neċessità ta' approċċ konsistenti tal-leġislazzjoni għall-kontroll tas-sustanzi għall-kontinent Amerikan kollu. 2. Kull Parti Kontraenti għandha tappunta awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti sabiex jikkoordinaw l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Dawn l-awtoritajiet għandhom jikkomunikaw direttament ma' xulxin għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim. 3. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinformaw lil xulxin bid-dispożizzjonijiet adottati minnhom fl-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Artikolu 9 Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ 1. Grupp Konġunt ta' moniteraġġ fuq il-kontroll ta' prekursuri u sustanzi kimiċi qed jiġi stabbilit, minn hawn il-quddiem msejjaħ "Il-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ", li fih kull Parti Kontraenti f'dan il-Ftehim għandha tiġi irrapreżentata. 2. Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet mill-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ għandhom jittieħdu bi ftehim reċiproku. Normalment għandu jiltaqgħa darba f'sena, bid-data, l-post u l-programm jiġu ffissati bi ftehim reċiproku. Laqgħat straordinarji jistgħu jiġu msejħa bi ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti. 3. Il-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ għandu jadotta ir-regoli proprja tiegħu ta' proċedura. Artikolu 10 Kompetenzi tal-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ 1. Il-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ għandu jamministra dan il-Ftehim u jassigura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu. Għal dan il-għan: - Għandu jistudja u jiżviluppa il-mezzi neċessarji biex jassigura l-operat tajjeb tal-Ftehim preżenti, - għandu jiġi regolarment informat mill-Partijiet Kontraenti bl-esperjenza tagħhom fl-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, - fil-każi msemmija fil-paragrafu 2, għandu jieħu d-deċiżjonijiet, - fil-każi msemmija fil-paragrafu 3, għandu jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet, - għandu jistudja u jiżviluppa l-miżuri tekniċi ta' assistenza msemmija fl-Artikolu 7, - għandu jistudja u jiżviluppa forom oħra ta' koperazzjoni f'oqsma relatati ma' prekursuri u sustanzi kimiċi. 2. Il-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ għandu jadotta bi qbil reċiproku deċiżjonijiet sabiex jiġu emendati l-Annessi A u B. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-Partijiet Kontraenti skond il-leġislazzjoni proprja tagħhom. Jekk, fil-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ, xi rappreżentant ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti ikun aċċetta deċiżjoni bla ħsara għat-tkomplija tal-proċeduri neċessarji għal dak l-iskop, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ, jekk l-ebda data ma tkun inkuża, fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara li din it-tkomplija tiġi notifikata. 3. Il-Grupp Konġunt ta' Moniteraġġ għandu jirrakkomanda lill-Partijiet Kontraenti: (a) emendi għal dan il-Ftehim; (b) kwalunkwe miżura oħra meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Artikolu 11 Ftehim oħra 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistrabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu post, f'materji koperti minn dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet ta' ftehim bilaterali li ġew konklużi b'mod individwali jew bejn ħafna Stati Membri tal-Komunità u l-Istati Uniti tal-Messiku jekk m'humiex kompatibbli ma' dawk ta' l-ewwel. Dawn il-ftehim bilaterali m'għandhomx jippreġudikaw id-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti amministrattivi fi ħdan il-Komunità fuq kwalunkwe informazzjoni miksuba fuq materji koperti b'dan il-Ftehim li tista' tkun ta' interess għall-Komunità. 2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw ukoll lil xulxin b'kwalunkwe miżuri għall-kontroll ta' sustanzi li jkunu ttieħdu ma' pajjiżi oħra. Artikolu 12 Dħul fis-seħħ Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data ta' meta l-Partijiet Kontraenti jkunu skambjaw l-istrumenti rispettivi tagħhom ta' ratifikazzjoni, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, skond ir-regoli applikabbli għal kull Parti Kontraenti. Artikolu 13 Tul ta' żmien u denunċja 1. Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal ħames snin u, kemm-il darba ma jiġix mħassar, dan jimplika li ġie mġedded għall-perjodi suċċessivi bl-istess tul ta' żmien. 2. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet Kontraenti. 3. Kull Parti Kontraenti tista' tirtira minn dan il-Ftehim ladarba tagħti avviż bil-miktub minn qabel ta' 12-il xahar lill-Parti Kontraenti l-oħra. Artikolu 14 Testi awtentiċi Dan il-Ftehim hu magħmul f'duplikazzjoni bil-lingwi Daniż, Olandiż, Ingliż, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Taljan, Portugiż, Spanjol u Svediż, it-testi jkunu ugwalment awtentiċi. Hecho en Bruselas, el trece de diciembre de mil novecientos noventa y seis.Udfærdiget i Bruxelles den trettende december nitten hundrede og seks og halvfems.Geschehen zu Brüssel am dreizehnten Dezember neunzehnhundertsechsundneunzig.Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα τρεις Δεκεμβρίου χίλια εννιακόσια ενενήντα έξι.Done at Brussels on the thirteenth day of December in the year one thousand nine hundred and ninety-six.Fait à Bruxelles, le treize décembre mil neuf cent quatre-vingt-seize.Fatto a Bruxelles, addì tredici dicembre millenovecentonovantasei.Gedaan te Brussel, de dertiende december negentienhonderd zesennegentig.Feito em Bruxelas, em treze de Dezembro de mil novecentos e noventa e seis.Tehty Brysselissä kolmantenatoista päivänä joulukuuta vuonna tuhatyhdeksänsataayhdeksänkymmentäkuusi.Som skedde i Bryssel den trettonde december nittonhundranittiosex. Por la Comunidad EuropeaFor Det Europæiske FællesskabFür die Europäische GemeinschaftΓια την Ευρωπαϊκή ΚοινότηταFor the European CommunityPour la Communauté européennePer la Comunità europeaVoor de Europese GemeenschapPela Comunidade EuropeiaEuroopan yhteisön puolestaFör Europeiska gemenskapen +++++ TIFF +++++ Por los Estados Unidos Mexicanos +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS A Sustanzi soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(2) Anidridu aċetiku Aċetun Aċidu antraliniku Ethyl ether Aċidu fenilaċetiku Piperidina -------------------------------------------------- ANNESS B Sustanzi soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(3) 1-Feniliku-2-propanon 3,4 Methylenedioxy-phenyl propan-2-one Efedrina Ergometrina Ergotamina Isosafrolu Aċidu lisergiku Piperonal Psewdoefedrina Safrolu --------------------------------------------------