EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21995D0708(03)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 21/95 tal-5 ta' April 1995 li amendat l-Anness XV (Għajnuna Statali) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 158, 8.7.1995, p. 43–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/95(10)/oj

21995D0708(03)



Official Journal L 158 , 08/07/1995 P. 0043 - 0045


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE

Nru 21/95

tal-5 ta' April 1995

li amendat l-Anness XV (Għajnuna Statali) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT ŻEE,

Wara li kkunsidra l-ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif irranġat bil-Protokoll li mmodifika l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Dikjarażżjoni Konġunta fuq il-Bini ta' Vapuri magħmul fil-kuntest ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li jemenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim ŻEE;

Billi l-Anness XV għall-Ftehim kien emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li amendat Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim ŻEE [1];

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE tal-21 ta' Diċembru 1990 [2] fuq l-għajnuna għall-bini ta' vapuri kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 93/115/KEE tas-16 ta' Diċembru 1993 [3] u d-Direttiva tal-Kunsill 94/73/KE taz-19 ta' Diċembru 1994 [4] għandu jiġi ntegrat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

1. L-intestatura li ġejja u l-punt il-ġdid għandhom jiġu miżjuda wara punt 1a (Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 3855/91/ECSC) tal-Anness XV għall-Ftehim:

"Għajnuna għall-bini ta' vapuri

1b. 390 L 0684: Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE tal-21 ta' Diċembru 1990 dwar l-għajnuna għall-bini ta' vapuri (ĠU L 380, tal-31.12.1990, p. 27), kif ġiet emendata minn:

- 393 L 0115: Direttiva tal-Kunsill 93/115/KEE tas-16 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 326, tat-28.12.1993, p. 62),

- 394 L 0073: Direttiva tal-Kunsill 94/73/KE taz-19 ta' Diċembru 1994 (ĠU L 351, tal-21.12.1994, p. 10).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) it-terminu "l-Istati Membri" għandu jinqara "Stati Membri tal-KE jew Stati ta' l-EFTA";

(b) It-terminu "Stat Membru" għandu jinqara "Stati Membru KE jew Stati ta' l-EFTA";

(ċ) it-terminu "Kummissjoni" għandu jinqara "awtorità kompetenti ta' sorveljanza kif imfisser fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE";

(d) Fl-Artikolu 1(d), l-ewwel subparagrafu, il-frażi "Għajnuna Statali miġbura fis-sens ta' l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat" għandu jinqara "Għajnuna Statali miġbura fis-sens ta' l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE";

(e) Fl-Artikolu 3(2) it-terminu "tarzni tal-Komunità" għandu jinqara "Tarzni tal-Komunità jew tarznara ta' l-istati ta' l-EFTA";

(f) fl-Artikolu 3(4) it-terminu "regoli tal-Komunità" għandu jinqara "regoli skond il-Ftehim ŻEE";

(g) fl-Artikolu 4(1) it-terminu "suq komuni" għandu jinbidel għal "il-funzjoni tal-Ftehim ŻEE";

(h) fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2), it-terminu "btieħi tal-Komunità" għandu jinqara "btieħi li jaqgħu taħt it-territorju ikkaverjat mill-Ftehim ŻEE";

(i) dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fl-aħħar parti ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(2):

"Qabel tistabbilixxi l-limitu l-awtoritajiet ta' sorveljanza kompetenti kif definiti fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE għandhom, sabiex jiksbu applikazzjoni uniformi fil-kuntest taż-ŻEE, jagħmlu skambju ta' informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin mill-viċin.";

(j) fl-Artikolu 4(3) il-frażi "kontra l-interessi tal-Komunità" għandha tinbidel għal "kontra l-interessi komuni";

(k) dawn li ġejjin għandhom jiġu miżjuda wara t-tieni sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4(3):

"Qabel ma jirrevedu l-limiti l-awtoritajiet ta; sorveljanza kompetenti kif definiti fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE għandhom, bil-għan li jiksbu applikazzjoni uniformi fil-kuntest taż-ŻEE, jagħmlu skambju ta' informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin mill-viċin.";

(l) L-Artikolu 4(5), t-tieni subparagrafu, għandu jaqra:

"Madanakollu, fejn hemm kompetizzjoni bejn tarznari fi Stati differenti iżda li jaqgħu fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE, l-awtoritajiet ta' sorveljanza kompetenti kif definiti fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE għandhom jitolbu notifika minn qabel tal-proposti ta' għajnuna relevanti fuq talba ta' kwalunkwe Stat. F'dawn il-każijiet l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha, wara li tkun ikkonsultat ma' l-awtorità ta' sorveljanza l-oħra, fi żmien 30 ġurnata minn meta tkun ġiet notifikata; dawn il-proposti jistgħu ma jiġux implementati qabel ma' l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti tkun tat l-awtorizazzjoni tagħha. B'din id-deċiżjoni l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti għandha tiżgura li l-għajnuna ppjanata ma' taffetwax il-kondizzjonijiet tal-kummerċ fit-territorju li jaqa' taħt il-Ftehim ŻEE b'tali mod li jkun ħażin għall-interess komuni.";

(m) fl-Artikolu 6(2) il-frażi "fl-unika tarzna eżistenti ta' Stat Membru, dejjem jekk l-effett ta' din it-tarzna fuq is-suq tal-Komunità huwa wieħed minimu" għandha tinbidel għal "l-unika tarzna eżistenti fi Stat Membru tal-KE jew Stat EFTA, dejjem jekk l-effett ta' din it-tarzna fuq is-suq ŻEE huwa wiehed minimu";

(n) fl-Artikolu 6(4) "miri tal-Komunità" għandha taqra "miri komuni";

(o) Fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1) it-terminu "approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni" għandu jinbidel għal "l-approvazzjoni minn qabel ta' l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti kif imfisser fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE";

(p) fil-ħames subparagrafu ta' l-Artikolu 7(1), it-terminu "deċiżjoni tal-Kummissjoni" għandu jinbidel għal "deċiżjoni ta' l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti kif imfisser fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE";

(q) fl-Artikolu 7(3) it-terminu "leġislazzjoni u regoli tal-Komunità" għandu jinbidel għal "regolamenti skond il-Ftehim ŻEE";

(r) fl-Artikolu 8(2) il-frażi "kif imfisser mill-Kummissjoni fl-Anness I tal-qafas tal-Komunità għall-għajnuna Statali għar-riċerka u l-iżvilupp" għandha tinbidel għal "kif imfisser mill-Kummissjoni fl-Anness I tal-qafas tal-Komunità għall-għajnuna Statali għar-riċerka u l-iżvilupp [5] u mill-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA f'Sezzjoni 14 tal-Proċedura u r-Regoli Sostantivi tagħha fil-Qasam tal-għajnuna Statali [6];"

(s) fl-Artikolu 11(1) it-terminu "L-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat" għandu jinbidel għal "L-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE"."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kunsill 90/684/KEE, tad-Direttiva tal-Kunsill 93/115/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 94/73/KE fil-lingwi Islandiżi u Norveġiżi, li huma annessi mal-versjoni tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 1995, dejjem jekk in-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lil Kumitat Konġunt ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fis-seżżjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' April 1995.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

[2] ĠU L 380, tal-31.12.1990, p. 27.

[3] ĠU L 326, tat-28.12.1993, p. 62.

[4] ĠU L 351, tal-21.12.1994, p. 10.

[5] ĠU C 83, tal-11.4.1986, p. 2.

[6] ĠU L 231, tat-3.9.1994, p. 25.

--------------------------------------------------

Top