Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994D1231(09)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 38/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 372, 31.12.1994, p. 11–11 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/38/oj

    21994D1231(09)



    Official Journal L 372 , 31/12/1994 P. 0011 - 0011


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 38/94

    tal-15 ta' Diċembru 1994

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li temenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE [1];

    Billi s-Sbatax id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/32/KE tad-29 ta' Ġunju 1994 li taddatta għall-progress tekniku l-Annessi II, III, V, VI u VII tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar prodotti kosmetiċi [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE) tal-Kapitolu XVI ta' l-Anness II għall-Ftehim qabel l-addattament:

    "— 394 L 0032: Is-Sbatax id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/32/KE tad-29 ta' Ġunju 1994 (ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 31)."

    Artikolu 2

    It-testi ta' l-Isbatax id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/32/KE fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1994.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. Hafstein

    [1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

    [2] ĠU L 181, tal-15.7.1994, p. 31.

    --------------------------------------------------

    Top