Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994D1231(07)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 372, 31.12.1994, p. 9–9 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/36/oj

21994D1231(07)



Official Journal L 372 , 31/12/1994 P. 0009 - 0009


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 36/94

tal-15 ta' Diċembru 1994

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li temenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE Ftehim [1];

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/94 tat-28 ta' April 1994 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwi għal prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 14 (Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II għall-Ftehim qabel l-addattament:

"- 394 R 0955: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/94 tat-28 ta' April 1994 (ĠU L 108, tad-29.4.1994, p. 8)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/94 fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1.

[2] ĠU L 108, tad-29.4.1994, p. 8.

--------------------------------------------------

Top