Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994D1231(02)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 31/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 372, 31.12.1994, p. 3–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1994/31(3)/oj

21994D1231(02)



Official Journal L 372 , 31/12/1994 P. 0003 - 0003


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 31/94

tal-15 ta' Diċembru 1994

li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 14/94 tat-28 ta' Ottubru 1994 [1];

Billi d-Direttiva tal-Kummissjoni 94/26/KE tal-15 ta' Ġunju 1994 li taddatta għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 79/196/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar apparat ta' l-elettriku sabiex jintuża f'ambjenti li jistgħu jkunu splussivi li jeħtieġu ċerti tipi ta' protezzjoni [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt il-ġdid li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7a (Direttiva 94/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu X ta' l-Anness II għall-Ftehim:

"7b. 394 L 0026: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 94/26/KE tal-15 ta' Ġunju 1994 li taddatta għall- progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 79/196/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar apparat ta' l-elettriku sabiex jintuża f'ambjenti li jistgħu jkunu splussivi li jeħtieġu ċerti tipi ta' protezzjoni (ĠU L 157, ta' l-24.6.1994, p.33)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/26/KE fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

H. Hafstein

[1] ĠU L 325 ta' 17.12.1994, p. 65.

[2] ĠU L 157, ta' l-24.6.1994, p. 33.

--------------------------------------------------

Top