EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21990A1231(02)

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra

ĠU L 374, 31.12.1990, p. 14–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2016

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1990/680/oj

Related Council decision

21990A1231(02)



Official Journal L 374 , 31/12/1990 P. 0014 - 0032
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0162
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0162


Ftehim

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra

A. Ittra mill-Prinċipalità ta' Andorra

Il-Lussemburgu, 28 ta' Ġunju 1990

Sinjuri,

Jekk jogħġobkom sibu mehmuż it-test tal-Ftehim bejn il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Komunità Ekonomika Ewropea. Għandna l-unur li nikkonfermaw li l-Prinċipalità ta' Andorra taċċetta l-Ftehim.

Aħna nkunu grati jekk jogħġobkom tikkonfermaw li l-Komunità Ekonomika Ewropea taċċetta l-Ftehim. Il-Ftehim bejn il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Komunità Ekonomika Ewropea għandu hekk ikun konkluż, kif stabbilit fit-test mehmuż.

Jekk jogħġobkom aċċettaw, Sinjuri, l-assigurazzjoni ta' l-għola konsiderazzjoni tagħna.

Għall-President tar-Repubblika Franċiża

Ko-Prinċep ta' Andorra

+++++ TIFF +++++

Għall-Isqof ta' Urgel

Ko-Prinċep ta' Andorra

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern ta' Andorra

+++++ TIFF +++++

B. Ittra mill-Komunità

Il-Lussemburgu, 28 ta' Ġunju 1990

Sinjuri,

Aħna nirrikonoxxu l-irċevuta ta' l-ittra tagħkom fejn qed taċċettaw il-Ftehim bejn il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Komunità Ekonomika Ewropea. L-ittra tagħkom taqra kif ġej:

"Jekk jogħġobkom sibu mehmuż it-test tal-Ftehim bejn il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Komunità Ekonomika Ewropea. Għandna l-unur li nikkonfermaw li l-Prinċipalità ta' Andorra taċċetta l-Ftehim.

Aħna nkunu grati jekk inthom ġentilment tikkonfermaw li l-Komunità Ekonomika Ewropea taċċetta l-Ftehim. Il-Ftehim bejn il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Komunità Ekonomika Ewropea għandu hekk ikun konkluż, kif stabbilit fit-test mehmuż.'"

Għandna l-unur li nikkonfermaw li l-Komunità taċċetta l-Ftehim bejn il-Prinċipalità ta' Andorra u l-Komunità Ekonomika Ewropea. L-aċċettazzjoni tal-Ftehim mill-Komunità ssir wara t-tmiem tal-proċeduri interni meħtieġa u intom tkunu notifikati skond l-Artikolu 24(2) tal-Ftehim.

Jekk jogħġobkom aċċettaw, Sinjuri, l-assigurazzjoni ta' l-għola konsiderazzjoni tagħna.

Għan-nom tal-Kunsill

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

FTEHIM

bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Prinċipalità ta' Andorra

IL-PRINĊIPALITÀ TA' ANDORRA

u

IL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,

MIXTIEQA li jkunu introdotti, fir-rigward ta' relazzjonijiet kummerċjali, arranġamenti biex jieħdu post l-arranġamenti nazzjonali preżentement viġenti u bir-rispett lejn is-sitwazzjoni speċifika tal-Prinċipalità ta' Andorra,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW LI, minħabba fatturi ġeografiċi, storiċi u soċjali u ekonomiċi, is-sitwazzjoni eċċezzjonali ta' Andorra tiġġustifika arranġamenti speċjali, b'mod partikolari fir-rigward eżenzjoni minn dazji dwar importazzjoni, taxxa fuq valur tal-bejgħ, u taxxa tas-sisa miġbura fuq merkanzija importata minn vjaġġaturi minn Andorra lejn il-Komunità,

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Kummerċ bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, fuq naħa waħda, u l-Prinċipalità ta' Andorra, fuq in-naħa l-oħra, għandu jkun regolat mid-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

IT-TITOLU I

Għaqda Doganali

Artikolu 2

Għaqda doganali għandha tkun stabbilita bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u Andorra għall-prodotti koperti minn Kapitoli 25 sa' 97 tas-Sistema Armonizzata skond il-proċedura u l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt dan it-Titolu.

Artikolu 3

1. Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom jgħoddu għal:

(a) merkanzija prodotta fil-Komunità jew fil-Prinċipalità ta' Andorra, inkluża dik miksuba kompletament jew in parti minn prodotti li jiġu minn pajjiżi terzi u huma f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew fil-Prinċipalità ta' Andorra;

(b) merkanzija li tiġi minn pajjiżi terzi u li hi f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew fil-Prinċipalità ta' Andorra.

2. Prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi għandhom ikunu konsidrati li jkunu f'ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità jew fil-Prinċipalità ta' Andorra jekk il-formalitajiet ta' l-importazzjoni ikunu ġew imħarsa u xi dazji doganali jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti li huma pagabbli jkunu ġew imposti, u li ma kienx hemm rifużjoni totali jew parzjali ta' dazji jew ħlasijiet bħal dawn fir-rigward tal-prodotti in kwistjoni.

Artikolu 4

Id-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu għandhom japplikaw ukoll għal merkanzija miksuba fil-Komunità jew fil-Prinċipalità ta' Andorra, li fil-manifattura tagħha kienu użati prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi u li mhumiex f'ċirkolazzjoni ħielsa kemm fil-Komunità jew fil-Prinċipalità ta' Andorra. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom, madankollu, jgħoddu għal dik il-merkanzija biss jekk il-Parti Kontraenti timponi id-dazji doganali stabbiliti fil-Komunità għal prodotti ta' pajjiż terz li huma użati fil-manifattura tagħha.

Artikolu 5

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jibqgħu lura milli jintroduċu bejnithom xi dazji doganali ġodda fuq importazzjoni jew esportazzjoni jew ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, u milli jżidu dawk li diġa ġew applikati fil-kummerċ tagħhom ma' xulxin fl-1 ta' Jannar 1989.

Artikolu 6

1. Dazji doganali fuq importazzjoni u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti viġenti bejn il-Komunità u l-Prinċipalità ta' Andorra għandhom ikunu mneħħija skond paragrafi 2 u 3.

2. Fl-1 ta' Jannar 1991, il-Prinċipalità ta' Andorra għandha tneħħi dazji doganali u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti fuq importazzjoni mill-Komunità.

3. (a) Mill-1 ta' Jannar 1991 il-Komunità, bl-eċċezzjoni tar-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, għandha tneħħi d-dazji doganali u ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti fuq importazzjoni mill-Prinċipalità ta' Andorra.

(b) Mill-1 ta' Jannar 1991 ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża għandhom japplikaw l-istess dazji doganali fir-rigward tal-Prinċipalità ta' Andorra hekk kif japplikaw fir-rigward tal-Komunità kif kostitwit fil-31 ta' Diċembru 1985.

(ċ) Fil-każ ta' prodotti agrikoli proċessati koperti minn Kapitoli 25 sa' 97 tas-Sistema Armonizzata u msemmija fir-Regolament (KEE) Nru 3033/80, subparagrafi (a) u (b) għandhom japplikaw għal dazji doganali li jikkostitwixxu il-komponenti fiss tal-ħlas fuq importazzjoni ta' dawk il-prodotti fil-Komunità mill-Prinċipalità ta' Andorra, waqt li l-komponent varjabbli previst fir-Regolament għandu jibqa' japplika.

(d) Permezz ta' deroga minn subparagrafi (a), (b) u (ċ), importazzjoni koperta bid-dispożizzjonijiet relatati ma' tnaqqis fit-taxxa għal vjaġġaturi msemmija fl-Artikolu 13 għandha tkun eżenti minn dazji doganali mill-1 ta' Jannar 1991.

Artikolu 7

1. Għal prodotti koperti mill-Għaqda Doganali, il-Prinċipalità ta' Andorra għandha tadotta, b'effett mill-1 Jannar ta' 1991:

- id-dispożizzjonijiet fuq formalitajiet ta' importazzjoni applikati mill-Komunità għal pajjiżi terzi,

- il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għal materji dwar id-dwana fil-Komunità u meħtieġa għall-iffunzjonar xieraq ta' l-Għaqda Doganali.

Id-dispożizzjonijiet msejħa fl-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom ikunu dawk preżentement applikabbli fil-Komunità.

2. Id-dispożizzjonijiet msejħa fit-tieni inċiż ta' paragrafu 1 għandhom ikunu determinati mill-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 17.

Artikolu 8

1. (a) Fuq medda ta' ħames snin, u lil hinn minn dak il-perjodu jekk ftehim ma jistax jintlaħaq skond (b), il-Prinċipalità ta' Andorra għandha tawtorizza lill-Komunità, li taġixxi għan-nom ta' u għall-Prinċipalità ta' Andorra, biex iddaħħal merkanzija mibgħuta minn pajjiżi terzi lejn il-Prinċipalità ta' Andorra għal ċirkolazzjoni ħielsa. Id-dħul f'ċirkolazzjoni ħielsa jkun effettwat mill-Uffiċċji Doganali tal-Komunità elenkati fl-Anness I.

(b) Fl-aħħar ta' dan il-perjodu, u skond l-Artikolu 20, il-Prinċipalità ta' Andorra tista' teżerċita' d-dritt ta' dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa għal merkanzija tagħha, wara ftehim mill-Partijiet Kontraenti.

2. Fejn dazji doganali huma pagabbli fuq merkanzija skond paragrafu 1, dawn id-dazji għandhom ikunu imposti għan-nom tal-Prinċipalità ta' Andorra. Il-Prinċipalità ta' Andorra għandha tintrabat li ma tirrifondix dawn is-somom direttament jew indirettament lill-partijiet konċernati.

3. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 17 għandu jistabilixxi:

(a) tibdil possibbli fil-lista ta' l-Uffiċċji Doganali kompetenti tal-Komunità biex jirrilaxxaw il-merkanzija imsemmija fil-paragrafu 1 u l-proċedura biex tintbgħat il-merkanzija in kwistjoni lill-Prinċipalità ta' Andorra imsemmija fil-paragrafu 1;

(b) l-arranġamenti għal assenjar lit-Teżor ta' Andorra l-ammonti miġbura skond paragrafu 2, u l-persentaġġ li għandu jitnaqqas mill-Komunità biex ikopri spejjeż amministrattivi skond ir-regolamenti relevanti u viġenti fil-Komunità;

(ċ) xi arranġamenti oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 9

Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq importazzjoni u esportazzjoni u l-miżuri kollha li għandhom effett ekwivalenti bejn il-Komunità u l-Prinċipalità ta' Andorra għandhom ikunu projbiti mill-1 ta' Jannar 1991.

Artikolu 10

1. Jekk xi Parti Kontraenti tikkonsidra li d-disparitajiet li joħorġu mill-applikazzjoni tal-Parti l-oħra, fir-rigward ta' importazzjoni minn pajjiżi terzi, ta' dazji doganali, restrizzjonijiet kwantitattivi jew xi miżuri li għandhom effett ekwivalenti, jew ta' xi miżura oħra ta' politika kummerċjali, thedded li jsir tagħwiġ fil-kummerċ jew li tikkawża diffikultajiet ekonomiċi fit-territorju tagħha, tista' ġġib il-materja quddiem il-Kumitat Konġunt, li għandu, jekk meħtieġ, jirrakomanda metodi xierqa biex tkun evitata ħsara li tista' tirriżulta minn hekk.

2. Fejn jiġri tagħwiġ jew iqumu diffikultajiet ekonomiċi u l-Parti konċernata tikkonsidra li huma jitolbu azzjoni immedjata, dik il-Parti tista' hi stess tieħu s-sorveljanza meħtieġa jew miżuri protettivi, waqt li tinnotifika lill-Kumitat Konġunt mingħajr telf ta' żmien; il-Kumitat Konġunt jista' jirrakomanda li l-miżuri in kwistjoni jkunu emendati jew aboliti.

3. Fl-għażla ta' miżuri bħal dawn, preferenza għandha tingħata lil dawk li l-anqas jiddisturbaw l-operazzjoni ta' l-għaqda doganali u, b'mod partikolari, l-iżvilupp normali tal-kummerċ.

IT-TITOLU II

Arranġamenti għal prodotti mhux koperti mill-għaqda doganali

Artikolu 11

1. Prodotti koperti minn Kapitoli 1 sa' 24 tas-Sistema Armonizzata li joriġinaw mill-Prinċipalità ta' Andorra għandhom ikunu eżenti minn dazji dwar importazzjoni meta importati fil-Komunità.

2. Regoli ta' oriġini u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva huma stabbiliti fl-Appendiċi.

Artikolu 12

1. L-arranġamenti applikati għal merkanzija minn pajjiżi terzi importati lejn il-Prinċipalità ta' Andorra m'għandhomx ikunu aktar favorevoli minn dawk applikati għal importazzjoni ta' merkanzija tal-Komunità.

2. Prodotti koperti minn Intestaturi Nru 24.02 u 24.03 tas-Sistema Armonizzata li huma manifatturati fil-Komunità minn tabakk krud u li jissodisfa l-kondizzjonijiet ta' l-Artikolu 3(1) għandhom ikunu eliġibbli, meta importati lejn il-Prinċipalità ta' Andorra, għal rata preferenzali li tikkorrispondi għal 60 % tar-rata applikat fil-Prinċipalità ta' Andorra għall-istess prodotti vis-a-vis pajjiżi terzi.

IT-TITOLU III

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 13

1. Eżenzjonijiet minn dazji dwar importazzjoni, taxxa fuq valur tal-bejgħ u taxxa tas-sisa fuq importazzjoni minn vjaġġaturi bejn il-Partijiet Kontraenti u applikabbli għal merkanzija li tkun tinsab fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li ġejjin minn wieħed mill-Partijiet Kontraenti għandhom ikunu dawk applikabbli preżentement fil-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi, sakemm l-importazzjoni ta' dik il-merkanzija tkun strettament mhux kummerċjali.

2. Fir-rigward tal-prodotti koperti minn Titolu II ta' dan il-Ftehim u elenkati hawn taħt, l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mogħtija fl-ambitu tal-limiti kwantitattivi li ġejjin għal kull vjaġġatur li jidħol fil-Komunità mill-Prinċipalità ta' Andorra:

ħalib trab tal | 2,5 Kilogrammi. |

ħalib magħqud | 3,0 Kilogrammi. |

ħalib frisk | 6,0 Kilogrammi. |

butir | 1,0 Kilogramm. |

ġobon | 4.0 Kilogrammi. |

zokkor u ħelu | 5.0 Kilogrammi. |

laħam | 5,0 Kilogrammi. |

3. Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 u sakemm il-merkanzija tkun miksuba skond il-kondizzjonijiet tas-suq domestiku ta' wieħed mill-Partijiet Kontraenti u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq:

- il-valur totali ta' l-eżenzjonijiet applikabbli għal merkanzija koperta minn Titolu I għandu jkun stabbilit kull persuna multiplikat għal tlett darbiet il-valur ta' l-eżenzjoni mogħtija mill-Komunità lil vjaġġaturi minn pajjiżi terzi,

- dawn il-limiti kwantitattivi li ġejjin għandhom japplikaw għall-merkanzija elenkata hawn taħt:

(a) | Prodotti ta' tabakk | |

| sigaretti | 300 oġġett |

| jew | |

| sigarillos | 150 oġġett |

| (sigarri li jiżnu mhux aktar minn 3 g kull wieħed) | |

| jew | |

| sigarri | 75 oġġett |

| jew | |

| Tabakk għal tipjip | 400 gramm |

(b) | Alkoħol u xorb alkoħoliku | |

| xorb distillat u li fihom l-ispirtu xorb li għandu saħħa alkoħolika bħala volum ta' mhux aktar minn 22 % vol; etil-alkoħol żnaturat ta' 80 % vol jew aktar, | 1,5 litri total |

| jew | |

| xorb distillat u li fih spirtu, aperitivi bbażati fuq inbid jew alkoħol, taffia, sake jew xorb simili b'saħħa alkoħolika ta' volum li ma jeċċedix 22 % vol, inbid ifexfex, inbid tad-diżerta | 3 litri total |

| u | |

| Inbid naturali | 5 litri total |

(ċ) | Fwieħa | 75 gramm |

| u | |

| ilma tat-twaletta | 3/8 ta' litru |

(d) | Kafè | 1000 gramm |

| jew | |

| estratti u essenzi ta' kafe | 400 gramm |

(e) | Tè | 200 gramm |

| jew | |

| estratti u essenzi ta' tè | 80 gramm |

4. Fil-konfini tal-limiti kwantitattivi stabbiliti fit-tieni inċiż ta' paragrafu 3, il-valur tal-merkanzija elenkat hemmhekk m'għandux jittieħed in konsiderazzjoni biex ikunu stabbiliti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 14

Il-Partijiet Kontraenti għandhom joqgħodu lura minn miżuri ta' taxxa domestika jew prattika li twassal direttament jew indirettament biex jiddiskrimina bejn il-prodotti ta' Parti Kontraenti waħda u prodotti simili mill-Parti Kontraenti l-oħra.

Prodotti mibgħuta lejn it-territorju ta' waħda mill-Partijiet Kontraenti m'għandhomx ikunu eliġibbli għal rifużjoni ta' ħlasijiet li hi għola mill-ħlasijiet li jkunu ġew imposti direttament jew indirettament.

Artikolu 15

1. Addizzjonalment mal-koperazzjoni provduta fl-Artikoli 11(2) u 17 (8), l-awtoritajiet amministrattivi tal-Partijiet Kontraenti responsabbli biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jassistu lil xulxin f'każi oħra biex jassiguraw konformità mad-dispożizzjonijiet.

2. Arranġamenti għall-applikazzjoni ta' paragrafu 1 għandhom ikunu determinati mill-Kumitat Konġunet imsemmi fl-Artikolu 17.

Artikolu 16

Il-Ftehim m'għandux jipprekludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjoni, esportazzjoni jew merkanzija in transitu ġustifikata fuq raġunijiet ta' moralità pubblika, politika pubblika, jew sigurtà pubblika, il-protezzjoni ta' saħħa u ħajja ta' umani, annimali jew pjanti, il-protezzjoni ta' teżori nazzjonali li jippossjedu valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, il-protezzjoni ta' propjetà industrijali jew kummerċjali jew kontrolli relatati mad-deheb u l-fidda. Tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet m'għandhomx, madankollu, jikkostitwixxu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni mmaskrata fuq kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 17

1. Kumitat konġunt għandu jkun stabbilit bir-responsabbiltà li jamministra dan il-Ftehim u biex jassigura li dan ikun implimentat b'mod xieraq. Għal dak il-għan, għandu jifformula rakkomandazzjonijiet. Għandu jieħu deċiżjonijiet fil-każi previsti fil-Ftehim. Id-deċiżjonijiet għandhom ikunu esegwiti mill-Partijiet Kontraenti skond ir-regolamenti tagħhom.

2. Bil-ħsieb li jkun hemm prestazzjoni xierqa ta' dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jwettqu skambji ta' informazzjoni u, wara talba minn xi parti, għandhom jikkonsultaw lil xulxin flimkien mal-Kumitat Konġunt.

3. Il-Kumitat Konġunt għandu jifforma ir-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

4. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun kompost, fuq naħa waħda, minn rappreżentanti tal-Komunità u, minn naħa l-oħra, minn rappreżentanti tal-Prinċipalità ta' Andorra.

5. Il-Kumitat Konġunt għandu jieħu deċiżjonijiet bi qbil komuni.

6. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun ippresedut minn kull Parti Kontraenti meta jmissha skond l-arranġamenti li għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta' proċedura tagħha.

7. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' wara t-talba ta' xi waħda mill-Partijiet Kontraenti, li għandha tkun imressqa mill-anqas xahar qabel it-data tal-laqgħa maħsuba. Fejn il-Kumitat Konġunt huwa mlaqqa skond l-Artikolu 10, hu għandu jiltaqa' fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mid-data minn meta t-talba tkun saret.

8. Konformi mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jistabilixxi metodi ta' koperazzjoni amministrattiva għall-għanijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3 u 4, waqt li jieħu bħala bażi l-metodi adottati mill-Komunità fir-rigward ta' kummerċ bejn l-iStati Membri; hi tista' wkoll temenda dispożizzjonijiet fl-Anness, imsemmija fl-Artikolu 11.

Artikolu 18

1. Kull kwistjoni li tinqala' bejn il-Partijiet Kontraenti fuq l-interpretazzjoni tal-Ftehim għandha tkun imressqa quddiem il-Kumitat Konġunt.

2. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jirnexxielux jasal għal ftehim fuq il-kwistjoni fil-laqgħa li jmiss tiegħu, kull Parti tista' tinnotifika lill-oħra bin-nomina ta' arbitru; il-Parti l-oħra għandha imbagħad tkun rikjesta li tinnomina t-tieni arbitru fi żmien xagħrejn.

Il-Kumitat Konġunt għandu jinnomina it-tielet arbitru.

Id-deċiżjoni ta' l-arbitru għandha tittieħed b'vot ta' maġġoranza.

Kull Parti involuta fil-kwistjoni għandha tkun rikjesta li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tassigura l-applikazzjoni tad-deċiżjoni ta' l-arbitru.

Artikolu 19

F'kummerċ kopert minn dan il-Ftehim:

- l-arranġamenti applikati mill-Prinċipalità ta' Andorra rigward il-Komunità ma jistgħux jagħtu lok għal xi diskriminazzjoni bejn l-iStati Membri, iċ-ċittadini jew il-kumpanniji tagħhom,

- l-arranġamenti applikati mill-Komunità rigward il-Prinċipalita ta' Andorra ma jistgħux jagħtu lok għal xi diskriminazzjoni bejn iċ-ċittadina ta' Andorra u kumpanniji.

IT-TITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 20

Dan il-Ftehim huwa konkluż mingħajr limiti ta' żmien. Fi żmien ħames snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu, iż-żewġ Partijiet għandhom jibdew konsultazzjonijiet biex jeżaminaw ir-riżultati ta' l-applikazzjoni tiegħu u, jekk meħtieġ, biex jinfetħu negozjati fuq emendi tiegħu fid-dawl ta' dak l-eżami.

Artikolu 21

Kull Parti Kontraenti tista' tiddenunzja dan il-Ftehim billi tinnotifika il-Parti Kontraenti l-oħra bil-miktub. F'dak il-każ, il-Ftehim għandu jieqaf milli jseħħ sitt xhur wara d-data ta' tali notifikazzjoni.

Artikolu 22

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, fuq naħa waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea ikun applikat u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak it-Trattat u, fuq in-naħa l-oħra, għat-territorju tal-Prinċipalità ta' Andorra.

Artikolu 23

L-Anness I u II u l-Appendiċi ma' dan il-Ftehim għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

Artikolu 24

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 1990, fuq kondizzjoni li l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin qabel dik id-data bit-tmiem tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

2. Wara d-data prevista fil-paragrafu 1, dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara n-notifika.

3. Jekk paragrafu 2 japplika, id-data ta' l-1 ta' Jannar 1991 imdaħħla f'diversi dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandha tkun sostitwita bid-data ta' 1 ta' Lulju 1991.

Artikolu 25

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jidħlu flok dawk applikati mill-Komunità, u b'mod partikoli minn Franza u Spanja, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, skond l-iSkambju ta' Ittri ta' l-1967 mal-Prinċipalità ta' Andorra.

Artikolu 26

Dan il-Ftehim huwa fformulat f'żewġ oriġinali fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola u Katalana, waqt li kull test ikun ugwalment awtentiku.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Lista ta' uffiċji doganali imsemmija fl-Artikolu 8(1)

- TOULOUSE PORTET

- L'HOSPITALET-PAS DE LA CASE

- LA TOUR DE CAROL

- PERPIGNAN

- MADRID

- BARCELONA

- ALGECIRAS

- TUY

- FARGA DE MOLES

--------------------------------------------------

ANNESS II

Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' politika dwar il-kummerċ adotta mill-Prinċipalità ta' Andorra taħt il-Ftehim, u biex l-importazzjoni tal-prodotti kkunsmati fAndorra ma jkunux affettwati minn dawn id-dispożizzjonijiet, tista' tkun deċiża deroga mill-Kumitat Konġunt wara talba mill-Prinċipalità ta' Andorra; dawn id-derogi jistgħu jinkludu aspetti ta' politika kummerċjali komuni li ma japplikawx għall-iStati Membri kollha tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-awtoritajiet ta' Andorra kull informazzjoni relevanti li tikkonċerna l-arranġamenti applikabbli għall-kummerċ estern tal-Komunità.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni mill-Komunità li tikkonċerna prodotti agrikoli u dawk agrikoli proċessati

Dan il-Ftehim m'għandux jaffettwa l-arranġamenti dwar rifużjoni tal-Komunità għal esportazzjoni ta' prodotti agrikoli jew dawk agrikoli proċessati tal-Komunità.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni konġunta

In kwantu għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, bħal, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dazji doganali, ħlasijiet li għandhom effett ekwivalenti, restrizzjonijiet kwantitattivi, miżuri li għandhom effett ekwivalenti, projbizzjonijiet fuq importazzjoni, esportazzjoni jew merkanzija in transitu, huma simili għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, ir-rappreżentanti tal-Partijiet Kontraenti fil-Kumitat Konġunt għandhom jintrabtu li jinterpretaw dawk ta' qabel, fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, bl-istess mod li dawk ta' l-aħħar ikunu interpretati fil-kummerċ fil-Komunità Ekonomika Ewropea.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni mill-Prinċipalità ta' Andorra

Il-Prinċipalità ta' Andorra tintrabat li ma twettaqx xi diskriminazzjoni fir-rigward ta' dazji ta' importazzjoni u taxxi imposti fuq whisky, absinth u aperittivi b'bażi ta' aniseed, fuq naħa waħda, u xorb alkoħoliku ieħor u aperittivi, mill-banda l-oħra.

--------------------------------------------------

Dikjarazzjoni konġunta

Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina, u jagħmel ħiltu biex isib soluzzjoni għal, xi problemi li jistgħu jinqalgħu fil-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti fir-rigward ta' monitoraġġ u ċertifikazzjoni ta' standards tekniċi.

--------------------------------------------------

APPENDIĊI

LI jikkonċerna id-definizzjoni ta' "prodotti ta' oriġini" u metodi ta' koperazzjoni amministrattiva

IT-TITOLU I

DEFINIZZJONI TAL-KUNĊETT TA' PRODOTTI TA' ORIĠINI

Artikolu 1

Bil-għan li jkunu implimentati id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11(1) tal-Ftehim, dawn li ġejjin għandhom ikunu kkunsidrati bħala prodotti ta' oriġini fil-Prinċipalità ta' Andorra:

(a) Prodotti ta' ħaxix li l-ħsad tagħhom isir fil-Prinċipalità ta' Andorra;

(b) Annimali ħajjin mwielda u mkabbra fil-Prinċipalità ta' Andorra;

(ċ) Prodotti miksuba minn annimali ħajjin imwielda u mkabbra fil-Prinċipalità ta' Andorra;

(d) Prodotti minn kaċċa jew sajd fil-Prinċipalità ta' Andorra;

(e) prodotti miksuba fil-Prinċipalità ta' Andorra minn ħidma jew proċessar ta' prodotti imsemmija fil-punti (a) sa' (d), anke jekk prodotti oħra ikunu ġew użati fil-manifattura tagħhom, ladarba l-prodotti li ma kienux miksuba fil-Prinċipalità ta' Andorra jilgħabu biss parti sussidjarja fil-manifattura.

IT-TITOLU II

ARRANĠAMENTI GĦAL KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA

Artikolu 2

1. Prodotti ta' oriġini kif imfissra f'dan l-Appendiċi għandhom meta importati fil-Komunità ikunu koperti mill-Ftehim fuq preżentazzjoni ta':

(a) ċertifikat ta' moviment EUR.1, minn hawnhekk il-quddiem imsejjaħ EUR. ċertifikat 1. Kampjun tal-EUR. ċertifikat 1 jidher fl-Anness 2 ta' din l-Appendiċi;

(b) fattura li ġġib id-dikjarazzjoni ta' l-esportatur kif tidher fl-Anness 3 ta' din l-Appendiċi, magħmula minn xi esportatur għal kull kunsinna ta' wieħed jew aktar pakketti li fihom prodotti ta' oriġini li l-valur totali tagħhom ma jeċċedix ECU 2820.

2. Il-Prodotti ta' oriġini li ġejjin kif imfissra f'dan l-Appendiċi għandhom meta importati fil-Komunità ikunu koperti mill-Ftehim mingħajr ma jkun meħtieġ li wieħed jippreżenta xi dokumenti imsemmija fil-paragrafu 1:

(a) merkanzija mibgħuta bħala pakketti żgħar minn persuni privati lil persuni privati, li l-valur totali tagħhom ma jeċċedix ECU 200;

(b) merkanzija li tifforma parti minn valiġġi personali ta' vjaġġaturi li l-valur tagħhom ma jeċċedix ECU 565.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jgħoddu biss sakemm merkanzija ta' dan it-tip m'humiex importati permezz ta' kummerċ u jkunu ġew dikjarati li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Ftehim, u fejn m'hemmx dubju dwar il-verità ta' dikjarazzjoni bħal din.

Importazzjoni li hi okkazzjonali u li tikkonsisti biss f'merkanzija għall-użu personali tar-riċevituri jew vjaġġaturi m'għandhomx ikunu kkunsidrati bħala importazzjoni permezz ta' kummerċ jekk huwa evidenti minn natura u l-kwantità tal-merkanzija li ma jeżistix għan kummerċjali.

3. Sa' u inkluż it-30 ta' April 1991 l-ECU li għandu jintuża f'termini ta' kull munita nazzjonali għandu jkun l-ekwivalenti f'dik il-munita nazzjonali ta' l-ECU fit-3 ta' Ottubru 1988. Għal kull perjodu suċċessiv ta' sentejn minn hemm il-quddiem għandu jkun l-ekwivalenti f'dik il-munita nazzjonali ta' l-ECU fl-ewwel jum tax-xogħol f'Ottubru fis-sena immedjatament qabel il-perjodu ta' sentejn.

4. Ammonti fil-munita nazzjonali ta' l-iStat li jesporta ekwivalenti għall-ammonti espressi f'ecus għandhom ikunu stabbiliti mill-iStat li jesporta u kkomunikat lill-partijiet l-oħra. Meta dawn l-ammonti huma akbar mill-ammonti korrispondenti stabbiliti mill-iStat li jimporta, l-iStat li jimporta għandu jaċċethom jekk il-merkanzija tkun magħmula b'fattura fil-munita ta' l-iStat li jesporta.

Jekk il-merkanzija tkun magħmula b'fattura fil-munita ta' xi Stat Membru tal-Komunità ieħor, l-iStat li jimporta għandu jirrikonoxxi l-ammont notifikat mill-iStat konċernat.

Artikolu 3

1. EUR. ċertifikat 1 għandu joħroġ mill-awtoritajiet doganali ta' Andorra meta l-merkanzija relatata tkun esportata. Għandu jkun imqiegħed għad-dispożizzjoni ta' l-esportatu hekk kif l-esportazzjoni attwali tkun effettwata jew assigurata.

2. L-EUR. ċertifikat 1 għandu jkun maħruġ mill-awtoritajiet doganali ta' Andorra jekk il-merkanzija li għandha tkun esportata tista' tkun konsidrata bħala prodotti li joriġinaw fil-Prinċipalità ta' Andorra kif imfissra fl-Artikolu 1 ta' dan l-Appendiċi.

3. EUR. ċertifikat 1 jista' jkun maħruġ biss fejn jista' jservi bħala evidenza dokumentata meħtieġa għall-għan ta' implimentar ta' l-arranġamenti preferenzali previsti mill-Ftehim.

Id-data ta' ħruġ tal-EUR. ċertifika 1 trid tkun indikata fil-parti taċ-ċertifikat riservata għall-awtoritajiet doganali.

4. F'ċirkostanzi eċċezzjonali EUR. ċertifkat 1 jista' wkoll jinħareġ wara esportazzjoni ta' merkanzija relatata jekk din ma tkunx maħruġa fiż-żmien ta' l-esportazzjoni minħabba żbalji jew ommissjonijiet involontarji jew ċirkostanzi speċjali.

Ċertifikati maħruġa retrospettivament għandhom ikunu endorsjati b'waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:

,

,

,

,

,

,

,

,

,

.

5. F'każ ta' serq, telf jew distruzzjoni ta' EUR. ċertifikat 1, l-esportatur jista' japplika għand l-awtoritajiet doganali ta' Andorra li tkun ħarġitha għal kopja magħmula fuq il-bażi tad-dokumenti ta' l-esportazzjoni f'idejhom. Il-kopja maħruġa b'dan il-mod għandha tkun endorsjata b'waħda minn dawn li ġejjin:

,

,

,

,

,

,

,

,

.

Il-kopja, li għandu jkollha d-data tal-ħruġ ta' l-EUR oriġinali. ċertifikat 1, għandha tibda sseħħ minn dik id-data.

6. L-endorsjar imsemmi f'paragrafi 4 u 5 għandu jidħol fil-kaxxa tar-Rimarki fuq l-EUR. ċertifikat 1.

7. Biex ikun verifikat jekk il-kondizzjonijiet dikjarati fil-paragrafu 2 ikunux ġew sodisfatti, l-awtoritajiet doganali ta' Andorra għandu jkollhom id-dritt li jitolbu kull evidenza dokukentata jew li jmexxu xi spezzjoni li huma jidhrilhom li tkun xierqa.

Artikolu 4

1. EUR. ċertifikat 1 għandu jinħareġ biss wara li tkun saret applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbilta' ta' l-esportatur, mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, fuq il-formola li kampjun tagħha jeżisti fl-Anness 2 ta' dan l-Appendiċi; din għandha tkun mimlija skond dan l-Appendiċi.

2. Għandha tkun ir-responsabbilta' ta' l-awtoritajiet doganali ta' Andorra li tassigura li l-formola imsemmija fil-paragrafu 1 tkun mimlija kif meħtieġ. B'mod partikolari, l-awtoritajiet doganali ta' Andorra għandhom jivverifikaw jekk l-ispazju riservat għad-deskrizzjoni tal-merkanzija ikunx mimli b'mod li jeskludi kull possibilta' ta' addizzjonijiet qarrieqa. Għal dan il-għan, id-deskrizzjoni tal-merkanzija trid tingħata mingħajr ma jitħallew xi linji vojta. Fejn l-ispazju mhux kompletament mimli linja orizzontali trid issir taħt l-aħħar linja ta' kitba tad-deskrizzjoni, waqt li l-ispazju l-vojt għandu jkun maqtugħ.

3. Ladarba l-EUR. ċertifikat 1 jikkostitwixxi l-evidenza dokumentata għall-applikazzjoni tat-tariffa preferenzali prevista mill-Ftehim, għandha tkun ir-responsabbiltà ta' l-awtoritajiet doganali ta' Andorra li tieħu xi passi meħtieġa biex tkun verifikata l-oriġini tal-merkanzija u biex ikunu verifikati d-dikjarazzjonijiet l-oħra fuq l-EUR. ċertifikat 1.

4. Fejn ċertifikat ikun maħruġ skond l-Artikolu 3(4) ta' dan l-Appendiċi, wara li l-merkanzija relatata magħha tkun ġiet attwalment esportata, l-esportatur irid fl-applikazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1:

- jindika l-post u d-data tal-kunsinna tal-merkanzija li għaliha jirrelata ċ-ċertifkat,

- jiċċertifika li l-ebda EUR. ċertifikat 1 ma kien maħruġ fiż-żmien ta' l-esportazzjoni tal-merkanzija in kwistjoni, u jiddikjara ir-raġunijiet.

Artikolu 5

1. EUR. 1 ċertifikati għandhom isiru fuq il-formola li kampjun tagħha jidher fl-Anness 2. Din il-formola għandha tkun stampata f'waħda jew aktar lingwi li fuqu hu mfassal il-Ftehim. Ċertifikati għandhom ikun maħruġa f'waħda minn dawn il-lingwi u skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika tal-Prinċipalità ta' Andorra; jekk huma jkunu miktuba bl-idejn huma għandhom ikunu mimlija bil-linka u b'ittri kbar.

2. Kull ċertifikat għandu jkun tas-daqs 210 × 297 mm. Tolleranza ta' mhux aktar minn + 8 mm jew - 5 mm bħala tul jista' jkun permess. Il-karta wżata trid tkun karta tal-kitba bajda, bid-daqs, mingħajr polpa mekkanika u li tiżen mhux anqas minn 25 g/m2. Hi jrid ikollha stampat disinn guilloche aħdar fl-isfond li jagħmel xi falsifikazzjoni permezz ta' mezzi mekkaniċi jew kimiċi evidenti għall-għajn.

3. Il-Prinċipalità ta' Andorra tista' tirriserva d-dritt li tistampa ċ-ċertifikati hi stess jew tista' tistamphom minn stampaturi approvati. Fil-każ ta' l-aħħar, kull ċertifikat irid jinkludi referenza għal approvazzjoni ta' dan it-tip. Kull ċertifikat irid ikollu l-isem u l-indirizz ta' l-istampatur jew marka li bih l-istampatur ikun jista' jiġi identifikat. Irid ikollu wkoll numru tas-serje, stampat jew mhux stampat, li bih jista' jkun identifikat.

Artikolu 6

1. EUR. ċertifikat 1 irid ikun sottomess, fi żmien erba' xhur mid-data tal-ħruġ, mill-awtoritajiet doganli ta' Andorra lill-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta fejn il-merkanzija tidħol skond il-proċeduri stabbiliti minn dak l-iStat.

2. EUR. ċertifikat 1 li jkun sottomess lill-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta wara d-data finali tal-preżentazzjon speċifikata fil-paragrafu 1 jista' jkun aċċettat għall-għan ta' applikazzjoni ta' trattament preferenzali, fejn in-nuqqas ta' sottomissjoni taċ-ċertifikat sad-data finali stabbilita hu għal raġunijiet ta' force majeure jew ċirkostanzi eċċezzjonali.

F'każi oħra ta' preżentazzjoni ttardjata, l-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta tista' taċċetta ċ-ċertifikati fejn il-merkanzija tkun ġiet sottomessa lilhom qabel id-data finali in kwistjoni.

3. L-iskoperta ta' diskrepanzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fl-EUR. ċertifikat 1 u dawk magħmula fid-dokumenti sottomessi lill-uffiċju doganali għall-iproċessar tal-formalitajiet għal importazzjoni tal-merkanzija m'għandiex ipso facto tagħmel iċ-ċertifikat null u bla effett, jekk ikun stabbilit b'mod xieraq li ċ-ċertifikat fil-fatt jikkorispondi mal-merkanzija sottomessa.

Artikolu 7

Id-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b) għandha tkun imfassla mill-esportatur bil-mod speċifikat fl-Anness 3 ta' dan l-Appendiċi, f'waħda mill-lingwi li fiha jkun imfassal il-Ftehim.

Hu għandu jkun ittajpjat, jew stampat permezz ta' timbru u ffirmat bl-idejn. L-esportatur irid iżomm kopja tal-fattura li jkollha din id-dikjarazzjoni għal mill-anqas sentejn.

Artikolu 8

1. L-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jissottometti ma' l-applikazzjoni għal EUR. ċertifikat 1 xi dokumenti xierqa ta' sostenn li jippruvaw li l-merkanzija li sejra tiġi esportata tkun tikkwalifika għall-ħruġ ta' EUR. ċertifikat 1.

Hu għandu jintrabat li jissottometti, wara talba ta' l-awtoritajiet relevanti, xi evidenza supplimentari li huma jistgħu jinħtieġu għall-għan li tkun stabbilita l-eżattezza ta' l-istatus ta' oriġini tal-merkanzija eliġibbli għal trattament preferenzali u għandu jintrabat li jaqbel ma' kull spezzjoni tal-kotba tiegħu u għal xi verifika fuq il-proċessi dwar il-kisba tal-merkanzija imsemmija hawn fuq, immexxija mill-awtoritajiet in kwistjoni.

2. L-esportaturi għandhom Iżommu għal mhux anqas minn sentejn id-dokumenti ta' sostenn imsemmija fil-paragrafu 1.

3. Id-dispożizzjonijiet ta' paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu mutatis mutandis fil-każ ta' l-użu tad-dikjarazzjoni imsemmija fl-Artikolu 2(1)(b).

Artikolu 9

1. Merkanzija mibgħuta mill-Prinċipalità ta' Andorra għal esibizzjoni f'pajjiż ieħor u mibjuha wara l-esebizzjoni għal importazzjoni fil-Komunità għandha tibbenefika fuq importazzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fuq il-kondizzjoni li l-merkanzija tissodisfa il-ħtiġiet ta' dan l-Appendiċi li tintitolhom li jkun rikonoxxuti bħala li joriġinaw mill-Prinċipalià ta' Andorra u ladarba li jkun muri għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet doganali li:

(a) esportatur ikkunsinna l-merkanzija mill-Prinċipalità ta' Andorra għall-pajjiż li fih l-esibizzjoni tkun qed issir u li esibihom hemm hekk;

(b) il-merkanzija ġiet mibjugħa jew mgħoddija mod ieħor minn dak l-esportatur lill-kunsinnatarju fil-Komunità;

(ċ) il-merkanzija ġiet ikkunsinnata waqt l-esebizzjoni jew immedjatament wara lill-Komunità fl-iStat li fih kienu mibgħuta għall-esibizzjoni;

(d) il-merkanzija ma ġietx, minn mindu ġiet kusinnata għall-esibizzjoni, użata għal xi għan ieħor barra minn dak ta' wirja f'esebizzjoni.

2. EUR. ċertifikat 1 irid ikun sottomess lill-awtoritajiet doganali bil-mod normali. L-isem u l-post ta' l-esebizzjoni irid ikun indikat hemm hekk. Fejn meħtieġ, evidenza dokumentata addizzjonali dwar in-natura tal-merkanzij u l-kondizzjonijet li taħthom kienu esibiti tista' tkun meħtieġa.

3. Paragrafu 1 għandu jgħodd għal xi kummerċ, esibizzjoni industrijali, dwar agrikoltura jew snajja, fiera jew mostra pubblika simili jew wirja li mhux organizzata għal skopijiet privati fil-ħwienet jew stabbilimenti kummerċjali bil-ħsieb ta' bejgħ ta' merkanzija barranija, u matul dan iż-żmien il-merkanzija tibqa' taħt il-kontroll tad-dwana.

Artikolu 10

1. Bil-ħsieb li tkun assigurata l-applikazzjoni xierqa ta' dan it-Titolu, l-iStati Membri tal-Komunità u l-Prinċipalità ta' Andorra għandhom jassistu lil xulxin, permezz ta' l-amministrazzjonijiet doganali tagħhom rispettivi, biex tkun verifikata l-verita' u l-eżatezza ta' l-EUR. ċertifikat 1 u d-dikjarazzjonijiet minn esportaturi magħmula fuq fatturi.

Rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej jistgħu fuq talba jieħdu parti f'din il-verifika.

2. L-awtoritajiet doganali ta' Andorra għandhom iressqu lill-awtoritajiet doganali ta' l-iStati Membri, via il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, impressjonijiet tal-kampjuni tat-timbri użati fl-uffiċji tagħhom għal ħruġ ta' l-EUR. ċertifikati 1.

3. Penalitajiet għandhom ikunu imposti fuq xi persuna li, biex iġġiegħel merkanzija li tkun aċċettata bħala eliġibbli għal trattament preferenzali, tfassal, jew iġġiegħel li jkun imfassal, dokument li jkun fih partikolaritajiet skorretti.

Artikolu 11

1. Verifikar sussegwenti ta' l-EUR. ċertifkati 1 u ta' dikarazzjonijiet ta' l-esportaturi magħmula fuq fatturi għandhom isiru at random jew kull meta l-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta għandhom dubju raġonevoli dwar il-verita' tad-dokument jew l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini vera tal-merkanzija in kwistjoni.

2. Għall-għanijiet ta' implimentar tad-dispożizzjonijiet ta' paragrafu 1 l-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta għandhom jirritornaw l-EUR. ċertifikat 1, u l-fattura jekk din ġiet sottomessa, jew il-fattura li turi d-dikjarazzjoni ta' l-esportatur jew kopja ta' dawk id-dokumenti, lill-awtoritajiet doganali ta' Andorra, fejn jingħataw, meta xieraq, ir-raġunijiet ta' sustanza jew forma għal investigazzjoni.

L-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta għandhom iressqu, bħala sostenn tat-talba għal verifikazzjoni sussegwenti, xi dokumenti u informazzjoni li ġew miksuba li jissuġġerixxi li l-partikolaritajiet mogħtija fuq l-EUR. ċertifikat 1 jew il-fattura m'humiex eżatti.

Jekk l-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta jiddeċiedu li jissosspendu l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 11 sakemm joħorġu r-riżultati tal-verifikar, huma għandhom joffru li jirrilaxxaw il-merkanzija lill-importatur bla ħsara għal xi miżuri prekawzjonarji meqjusa meħtieġa.

3. L-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta għandhom ikunu infurmati bir-riżultati tal-verifikar kemm jista' jkun malajr. Ir-riżultati iridu jkunu b'mod li jagħmluha possibbli li jkun stabbilit jekk id-dokumenti imsemmija fil-paragrafu 2, u li ġew ritornati, japplikaw għall-merkanzija attwalment esportata u jekk dinil-merkanzij tista' fil-fatt tikkwalifika għall-applikazzjoni ta' arranġamenti preferenzali.

Meta kwistjonijiet bħal dawn ma jistgħux ikunu miftehma bejn l-awtoritajiet doganali ta' l-iStat li jimporta u l-awtoritajiet doganali ta' l-Andorra, jew meta huma iqajmu problema ta' interpretazzjoni ta' dan l-Appendiċi, huma għandhom ikunu sottomessi lill-Kumitat Doganali.

Għall-għan ta' verifikazzjoni sussegwetni ta'l-EUR. ċertifika 1, id-dokumenti ta' l-esportazzjoni jew kopji taċ-ċertifikati 1 ta' l-EUR. provduti minn flokhom iridu jkunu miżmuma għal mill-anqas sentejn mill-awtoritajiet doganali ta' Andorra.

IT-TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Il-Komunità u l-Prinċipalità ta' Andorra għandhom it-tnejn jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan l-Appendiċi.

Artikolu 13

L-Annessi għal dan l-Appendiċi għandhom jiffurmaw parti integrali minnu.

--------------------------------------------------

ANNESS 1

NOTI SPJEGATTIVI

Nota Nru 1

Biex ikun stabbilit jekk il-merkanzija toriġinax mill-Prinċipalità ta' Andorra, m'għandux ikun meħtieġ li jkun stabbilit jekk l-enerġija u l-karburanti, impjant u apparat, magni u għodda użata biex tinkiseb tali merkanzija ikunux joriġinaw minn pajjiżi terzi jew le.

Nota Nru 2

Biex ikun stabbilit l-oriġini tal-prodotti li jaqgħu fil-parametri ta' Kapitoli 1 sa' 24 tan-Nomenklatura Magħquda, m'għandhux jittieħed in konsiderazzjoni l-ippakkjar.

Nota Nru 3

Prodotti li ma jkunux aktar minn 10 % fil-piż bħala kwantità ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 1(a) sa' (e) ta' l-Appendiċi għandhom ikunu kunsidrati bħala "li jkollom parti sussidjarja" fil-manifattura.

--------------------------------------------------

ANNESS 2

ĊERTIFIKAT TA' MOVIMENT

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

NOTI

1. Iċ-ċertifikati ma jridx ikollom tħassir jew kliem miktub fuq ieħor. Kull tibdil irid isir billi jinqatgħu il-partikolaritajiet skorretti u jkunu miżjuda l-korrezzjonijiet meħtieġa. Kull tali korrezzjoni trid tkun inizjalata mill-persuna li timla iċ-ċertifikat u tkun endorsjata mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż jew it-territorju tal-ħruġ.

2. L-ebda spazji ma jridu jitħallew bejn l-artikli imdaħħla fuq Iċ-ċertifikat u kull artiklu irid ikun preċedut minn numru ta' artiklu. Linja orizzontali trid tkun imdaħħla immedjatament taħt l-aħħar artiklu. Kull spazju mhux użat irid ikun maqtugħ b'tali mod li jagħmel addizzjonijiet aktar tard impossibbli

3. Il-merkanzija trid tkun deskritta skond il-prattika kummerċjali u b'dettal suffiċjenti biex tkun tista' tkun identifikata

APPLIKAZZJONI GĦAL ĊERTIFIKAT TA' MOVIMENT

+++++ TIFF +++++

DIKJARAZZJONI MILL-ESPORTATUR

Jiena, hawn taħt iffirmat, esportatur tal-merkanzija deskritta hawn wara.

NIDDIKJARA | li l-merkanzija tissodisfa il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-ħruġ taċ-ċertifikat anness; |

NISPEĊIFIKA | hekk kif ġej iċ-ċirkostanzi li għamluha possibbli biex dawn l-oġġetti jissodisfaw il-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq; … … … … |

NISSOTTOMETTI | dawn id-dokumenti ta' sostenn li ġejjin: … … … … |

NINTRABAT | li nissottometti, wara t-talba ta' l-awtoritajiet relevanti, kull evidenza ta' sostenn li dawn l-awtoritajiet jistgħu jinħtieġu għall-għan ta' ħruġ taċ-ċertifikat anness, u nintrabat, jekk meħtieġ, li naqbel ma' xi spezzjoni tal-kotba tiegħi u għal kull verifika fuq il-proċessi tal-manifattura tal-merkanzija hawn fuq, esegwita mill-awtoritajiet imsemmija; |

NITLOB | għall-ħruġ taċ-ċertifikat anness għal din il-merkanzija. |

| … (Post u data) … (Firma) |

--------------------------------------------------

ANNESS 3

DIKJARAZZJONI PREVISTA FL-ARTIKLU 2 (1) (B)

Jiena, hawn taħt iffirmat, esportatur tal-merkanzija koperta minn dan id-dokument, niddikjara li minbarra fejn indikat mod ieħor [1], il-merkanzija tissodisfa l-kondizzjonijiet stabbilit għal kisba ta' status ta' oriġini fil-kummerċ preferenzali mal-Komunità u li l-pajjiż ta' oriġini tal-merkanzija hu l -Prinċipalità ta' Andorra.

(Post u data)

(Firma)

(Il-firma trid tkun segwita mill-isem tal-firmatorju f'kitba ċara)

[1] Meta fattura tinkludi wkoll prodotti li ma joriġinawx fil-Prinċipalità ta' Andorra, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar.

--------------------------------------------------

Andorra, 14 Diċembru 1989

Is-Sur J.J. Schwed

Kap tad-Diviżjoni

Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea għan-negozjati mal-Prinċipalità ta' Andorra

Sinjur,

Wara l-laqgħa ta' negozjati tat-13 u l-14 ta' Diċembru, id-delegazzjoni ta' Andorra għan-negozjati mal-Komunità Ekonomika Ewropea ddikjarat li d-dazji dwar importazzjoni miġbura waqt id-dħul f'operazzjonijiet ta' ċirkolazzjoni ħielsa fl-uffiċċji doganali kollha tal-Komunità għal merkanzija li tkun qed tinbgħat lejn il-Prinċipalità ta' Andorra kienu miġbura għan-nom tal-Prinċipalità ta' Andorra u għandhom ikunu mħallsa lura lill-Prinċipalità ta' Andorra. Hi tixtieq li l-Kumitat Konġunt jeżamina, fl-ewwel laqgħa tiegħu, modi u mezzi biex ikun applikat bis-sħiħ dan il-prinċipju.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

Is-Sur Joseph Pintat

Kap tal-GvernKelliem għad-Delegazzjoni tal-Prinċipalità ta' Andorra għan-negozjati mal-Komunità Ewropea

Brussel, 14 ta' Diċembru 1989

Is-Sur Joseph Pintat

Kap tal-Gvern

Kelliem għad-Delegazzjoni tal-Prinċipalità ta' Andorra għan-negozjati mal-Komunità Ewropea

Sinjur,

Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek ta' l-14 ta' Diċembru 1989 li fiha d-dikjarazzjoni tad-Delegazzjon ta' Andorra dwar il-ġbir u ħlas lura ta' dazji dwar importazzjoni. Jiena f'pożizzjoni li naqbel li jsiru diskussjonijiet dwar din il-materja fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt.

Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

J. J. Schwed

Kap tad-DiviżjoniKap tad-Delegazzjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea għan-negozjati mal-Prinċipalità ta' Andorra

--------------------------------------------------

Top