This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016L/AFI/DCL/53
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#C.DECLARATIONS BY MEMBER STATES#53.Declaration by the Czech Republic on the Charter of Fundamental Rights of the European Union
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
C.DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
53.Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ċeka dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
C.DIKJARAZZJONIJIET TA' L-ISTATI MEMBRI
53.Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ċeka dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 355–356
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis_2016/fna_1/dcl_53/oj
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/355 |
53. Dikjarazzjoni tar-Repubblika Ċeka dwar il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea
1. |
Ir-Repubblika Ċeka tfakkar li d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea huma indirizzati lill-istituzzjonijiet u l-korpi ta' l-Unjoni Ewropea b'rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u t-tqassim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, kif affermat mill-ġdid fid-Dikjarazzjoni (nru 18) fir-rigward tad-delimitazzjoni tal-kompetenzi. Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta huma jkunu qed jimplimentaw il-liġi ta' l-Unjoni, u mhux meta jkunu qed jadottaw jew jimplimentaw liġi nazzjonali indipendentement mil-liġi ta' l-Unjoni. |
2. |
Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza wkoll li l-Karta ma testendix il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni u ma toħloq l-ebda kompetenza ġdida għall-Unjoni. Hija ma tnaqqasx il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u ma tirrestrinġi l-ebda kompetenza attwali ta' l-awtoritajiet nazzjonali f'dan il-qasam. |
3. |
Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza li, safejn il-Karta tirrikonoxxi d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, dawk id-drittijiet u l-prinċipji għandhom ikunu interpretati f'armonija ma' dawk it-tradizzjonijiet. |
4. |
Ir-Repubblika Ċeka tenfasizza wkoll li xejn f'din il-Karta ma jista' jiġi interpretat bħala li jirrestrinġi jew li jaffettwa b'mod ħażin id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali rikonoxxuti, fil-kamp ta’ applikazzjoni rispettiv tagħhom, mil-liġi ta' l-Unjoni u minn ftehim internazzjonali li fih l-Unjoni jew l-Istati Membri kollha huma parti, inkluż il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u mill-Kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri. |