EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E284
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART SIX - INSTITUTIONAL AND FINANCIAL PROVISIONS#TITLE I - INSTITUTIONAL PROVISIONS#CHAPTER 1 - THE INSTITUTIONS#SECTION 6 - THE EUROPEAN CENTRAL BANK#Article 284 (ex Article 113 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 6 - IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Artikolu 284 (ex Artikolu 113 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SITT PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I - DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1 - L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 6 - IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
Artikolu 284 (ex Artikolu 113 TKE)
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 168–168
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/168 |
Artikolu 284
(ex Artikolu 113 TKE)
1. Il-President tal-Kunsill u membru tal-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw, bla dritt għall-vot, fil-laqgħat tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-President tal-Kunsill jista’ jippreżenta mozzjoni għad-deliberazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-Bank Ċentrali Ewropew.
2. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jkun mistieden sabiex jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill meta l-Kunsill ikun qed jiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ l-għanijiet u l-kompiti tas-SEBĊ.
3. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jindirizza rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-SEBĊ u dwar il-politika monetarja kemm tas-sena ta’qabel kif ukoll tas-sena korrenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Kunsill Ewropew. Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jippreżenta dan ir-rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, li jistgħu jkollhom dibattitu ġenerali fuqu.
Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew u l-membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv jistgħu, fuq talba tal-Parlament Ewropew jew b'inizjattiva tagħhom stess, jinstemgħu mill-Kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew.