Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012M044

    Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) - TITOLU V DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - KAPITOLU 2 DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - TAQSIMA 2 DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-POLITIKA TA' SIGURTÀ U TA' DIFIŻA KOMUNI - Artikolu 44

    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2012/art_44/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 326/1


    TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

    TITOLU V

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

    KAPITOLU 2

    DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

    TAQSIMA 2

    DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-POLITIKA TA' SIGURTÀ U TA' DIFIŻA KOMUNI

    Artikolu 44

    1.   Fil-qafas tad-deċiżjonijiet adottati skond l-Artikolu 43, il-Kunsill jista' jafda l-implimentazzjoni ta' missjoni lil grupp ta' Stati Membri li għandhom ir-rieda u l-kapaċitajiet meħtieġa għal tali missjoni. Dawn l-Istati Membri f'assoċjazzjoni mar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà għandhom jiftiehmu bejniethom dwar l-amministrazzjoni tal-missjoni.

    2.   L-Istati Membri li jipparteċipaw fit-twettiq tal-missjoni għandhom iżommu lill-Kunsill regolarment informat bil-progress tal-missjoni fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru ieħor. L-Istati Membri parteċipanti għandhom jinformaw lill-Kunsill immedjatament jekk it-twettiq tal-missjoni jkollu konsegwenzi maġġuri jew jeħtieġ emenda ta' l-objettiv, tal-kamp ta' applikazzjoni jew tal-kondizzjonijiet stabbiliti għall-missjoni fid-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 1. F'każijiet bħal dawn, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjonijiet meħtieġa.


    Top