This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12012E167
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE XIII - CULTURE#Article 167#(ex Article 151 TEC)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA UAZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XIII - KULTURA
Artikolu 167
(ex Artikolu 151 TKE)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA UAZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XIII - KULTURA
Artikolu 167
(ex Artikolu 151 TKE)
ĠU C 326, 26.10.2012, p. 121–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XIII
KULTURA
Artikolu 167
(ex Artikolu 151 TKE)
1. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta il-wirt kulturali komuni.
2. L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha jkollha il-mira li tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk jinħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li ġejjin:
— |
it-titjib fit-tagħrif u fit-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej, |
— |
il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew sinifikanti, |
— |
skambji kulturali li mhumiex ta' natura kummerċjali, |
— |
il-kreazzjoni artistika u letterarja, inklużi dawk fis-settur awdjo-viżiv. |
3. L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura, partikolarment il-Kunsill ta' l-Ewropa.
4. L-Unjoni għandha tagħti każ ta' l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi id-diversità tal-kulturi tagħha.
5. Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet indikati f'dan l-Artikolu:
— |
il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jadottaw miżuri ta' inċentiv, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri; |
— |
il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet fuq proposta mill-Kummissjoni. |