EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12007P034

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU IV - SOLIDARJETÀ - Artikolu 34 - Sigurtà soċjali u assistenza soċjali

ĠU C 303, 14.12.2007, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2009; Mibdul minn 12010P034

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/char_2007/art_34/oj

12007P034

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea - TITOLU IV - SOLIDARJETÀ - Artikolu 34 - Sigurtà soċjali u assistenza soċjali

Official Journal 303 , 14/12/2007 P. 0009 - 0009


Artikolu 34

Sigurtà soċjali u assistenza soċjali

1. L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal benefiċċji ta' sigurtà soċjali u servizzi soċjali li jipprovdu protezzjoni f'każijiet bħal ma huma l-maternità, il-mard, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol, id-dipendenza jew l-anzjanità, u fil-każ ta' telf tax-xogħol, skond ir-regoli stabbiliti mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

2. Kull min jirrisjedi u jmur minn post għal ieħor legalment fl-Unjoni Ewropea hu intitolat għall-benefiċċji ta' sigurtà soċjali u l-vantaġġi soċjali, skond il-liġi ta' l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

3. Sabiex jiġu miġġielda l-esklużjoni soċjali u l-faqar, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal għajnuna soċjali u għal għajnuna għall-akkomodazzjoni sabiex tiżgura l-eżistenza dinjituża għal dawk kollha li huma neqsin minn riżorsi suffiċjenti, skond ir-regoli stabbiliti mil-liġi ta' l-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.

--------------------------------------------------

Top