Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12007LR(10)

Procès–verbal ta' rettifika tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea iffirmat f'Lisbona fit- 13 ta' Diċembru 2007 ( ĠU C 306, 17.12.2007 )

ĠU C 290, 30.11.2009, p. 1–3 (IT, LV, MT, PT, RO, SV)

30.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 290/1


PROCÈS–VERBAL TA' RETTIFIKA

tat-Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea iffirmat f'Lisbona fit-13 ta' Diċembru 2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 306 tas-17 ta' Diċembru 2007 )

(2009/C 290/01)

Din ir-rettifika saret permezz ta' Procès-verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat f'Ruma, fis-27 ta’ Novembru 2009, bil-Gvern tar-Repubblika Taljana bħala depożitarju.

a)

Paġna 27, Artikolu 1, punt 30), “ARTIKOLU 13a”, fl-ewwel sub-Artikolu

Flok:

“1.

Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi permezz tal-proposti tiegħu għat-tħejjija tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni ..”,

Aqra:

“1.

Ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li għandu jippresjedi l-Kunsill ta' l-Affarijiet Barranin, għandu jikkontribwixxi bil-proposti tiegħu għall-iżvilupp tal-politika barranija u ta' sigurtà komuni …”.

b)

Paġna 38, Artikolu 1, punt 51)

Is-sentenza li ġejja għandha tiżdied qabel l-aħħar sentenza:

“L-Artikoli 34, 35, 37, 38 u 39 għandhom jiġu rrevokati”.

c)

Paġna 52, Artikolu 2, punt 34), punt a)

Flok:

“a)

fil-paragrafu 1, il-kelma ‘tikkumplimenta’ għandha tiġi ssostiwita bi ‘tiżdied ma'’;”,

Aqra:

“a)

fil-paragrafu 1, it-tieni u t-tielet sentenzi għandhom jaqraw kif ġej: ‘…Kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru hija ċittadina ta' l-Unjoni. Iċ-ċittadinanza ta' l-Unjoni għandha tiżdied maċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwixxihiex.’;”.

d)

Paġna 55, Artikolu 2, punt 49), punt d)

Flok:

“d)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 innumerat mill-ġdid 4, il-kliem ‘il-Kunsill b'votazzjoni tal-maġġoranza kkwalifikata jista' bil-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu ta' qabel jissostitwixxi organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq bl-organizzazzjoni komuni …’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘Skond il-paragrafu 2, l-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni …’;”,

Aqra:

“d)

Il-frażi introduttiva tal-paragrafu 3 kif enumerat mill-ġdid bħala 4 għandha taqra hekk:

‘4.

L-organizzazzjonijiet nazzjonali tas-suq jistgħu jiġu ssostitwiti bl-organizzazzjoni komuni prevista fl-Artikolu 34(1) taħt il-kondizzjonijiet previsti fil-paragrafu 2:’”.

Paġna 153, it-titolu tal-Protokoll dwar il-kooperazzjoni strutturata permanenti stabbilita mill-Artikolu 28a tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Flok:

Aqra:

a)

Paġna 167, Artikolu 1, punt 5), il-ħames inċiż

Għandhom jitħassru l-kliem “— l-Artikolu 9.1;”.

b)

Paġna 170, Artikolu 1, punt 10), punt b), it-tieni kolonna

Flok:

“—

Artikolu 52;”,

Aqra:

“—

Artikolu 52, l-ewwel darba li tidher;”".

c)

Paġna 174, Artikolu 1, punt 12), punt ċ)

Flok:

“ċ)

it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 1 għandu jitħassar;”,

Aqra:

“ċ)

fl-Artikolu 1, il-kliem ‘ta' dan it-Trattat’ għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem ‘tat-Trattati’, u t-tieni subparagrafu għandu jitħassar;”.

d)

Paġna 180, Artikolu 1, punt 14), punt f)

Flok:

“f)

fl-Artikolu 16, kif enumerat mil-ġdid bħala 15, il-parti ta' l-ewwel sentenza ‘Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni …’ għandha tiġi ssostitwita bi ‘Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja …’;”,

Aqra:

“f)

fl-Artikolu 16, innumerat mil-ġdid bħala 15, il-parti ta' l-ewwel sentenza ‘Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni …’ għandha tiġi ssostitwita bil-kliem ‘Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skond il-proċedura leġislattiva ordinarja …’ u s-sentenza għandha tiġi grammatikament adattata kif meħtieġ;”.

e)

Paġna 183, Artikolu 1, punt 18), punt f)

Flok:

“f)

fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, il-kliem ‘…, li ma humiex marbuta bl-acquis ta' Schengen,’ għandhom jitħassru;”,

Aqra:

“f)

fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 4, il-kliem ‘…, li ma humiex marbuta bl-acquis ta' Schengen,’ għandhom jitħassru, u l-kliem ‘ta' dan l-Acquis’ għandhom jiġu ssostitwiti bi ‘tal-acquis ta' Schengen’;”.

f)

Paġna 200, Artikolu 7(1)

Flok:

“1.

Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 38 u fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KEEA, ir-referenzi għall-Artikoli 141 u 142 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament b'dawk għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”,

Aqra:

“1.

Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 38 u fir-raba' subparagrafu ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KEEA, ir-referenzi għall-Artikoli 141 u 142 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament b'dawk għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.”.

g)

Paġna 200, Artikolu 7

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 7 tal-Prototkoll Nru 2:

“4.

Fil-punt (c) tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 198, ir-referenza magħmula għall-Anness II tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandha tiġi sostitwita b'dik magħmula għall-Anness II tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”,

filwaqt li dak li kien il-paragrafu 4 jiġi enumerat mill-ġdid bħala l-paragrafu 5

Paġna 207, in-numerazzjoni preċedenti tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea korrispondenti għat-Titolu VI, in-nota 16 ta' qiegħ il-paġna

Flok:

“(2)

Id-disposizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE attwali dwar il-kooperazzjoni tal-puliżija u dik ġudizzjarju f'materji kriminali, għandhom jiġu ssostitwiti bid-disposizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV tal-Parti 3 tat-TFUE.”,

Aqra:

“(2)

Id-dispożizzjonijiet tat-Titolu VI tat-Trattat UE attwali, dwar il-koperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni, huma sostitwiti mid-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli 1, 4 u 5 tat-Titolu IV (innumerat mill-ġdid V) tat-Tielet Parti tat-TFUE.”.


Top