Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12007L005

    Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI - Artikolu 5

    ĠU C 306, 17.12.2007, p. 134–134 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/lis/art_5/sign

    12007L005

    Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI - Artikolu 5

    Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0134 - 0134


    Artikolu 5

    1. L-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif emendati b'dan it-Trattat, għandhom jiġu nnumerati mill-ġdid, skond it-tabelli ta' korrespondenza li jidhru fl-anness ma' dan it-Trattat li huma parti integrali minnu.

    2. Ir-referenzi inkroċjati għall-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll bejniethom, għandhom jiġi adattati skond il-paragrafu 1 u r-referenzi għall-paragrafi jew sub-paragrafi ta' tali Artikoli kif innumerati jew ordnati mill-ġdid minn ċerti dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat għandhom jiġu adattati skond dawk id-dispożizzjonijiet.

    Ir-referenzi għall-Artikoli, l-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistablixxi l-Komunità Ewropea, li jinsabu fit-Trattati u l-Atti l-oħra tad-dritt primarju li fuqhom hija bbażata l-Unjoni għandhom jiġi adattati skond il-paragrafu 1. Ir-referenzi għall-premessi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew għall-paragrafi jew sub-paragrafi ta' l-Artikoli tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea kif innumerati jew ordnati mill-ġdid skond dan it-Trattat għandhom jiġu adattati skond dan.

    Dawn l-adattazzjonijiet jirrigwardaw ukoll, fejn ikun jixraq, il-każijiet fejn id-disposizzjoni in kwistjoni tkun revokata.

    3. Ir-referenzi għall-premessi, l-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif emendati b' dan it-Trattat, li jinsabu f'instrumenti jew atti oħrajn għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-premessi, l-Artikoli, it-Taqsimiet, il-Kapitoli, it-Titoli u l-Partijiet ta' dawn it-Trattati kif innumerati mill-ġdid skond il-paragrafu 1 u, rispettivament, għall-paragrafi jew sub-paragrafi ta' dawn l-Artikoli, kif innumerati jew ordnati mill-ġdid b'ċerti dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat.

    --------------------------------------------------

    Top