Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006M029

    Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata)
    Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni
    Artikolu 29

    ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 23–24 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2006/art_29/oj

    12006M029

    Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu VI - Disposizzjonijiet dwar kooperazzjoni fl-oqsma tal-ġustizzja u l-affarijiet interni - Artikolu 29

    Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0023 - 0024
    Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0021 - Consolidated version
    Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0162 - Consolidated version
    Official Journal C 191 , 29/07/1992 P. 0061


    Artikolu 29

    Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Komunità Ewropea, il-mira ta' l-Unjoni għandha tkun li jipprovdu liċ-ċittadini b’livell għoli ta’ sigurtà fl-ambitu ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja billi tiżviluppa azzjoni komuni fost l-Istati Membri fl-oqsma ta’ kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali u billi tipprevjeni u tiġġieled ir-razziżmu u l-kżenofobija.

    Dik il-mira għandha tkun milħuqha bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le, u partikolarment it-terroriżmu, it-traffikar ta’ persuni u offiżi kontra t-tfal, it-traffikar illeċitu ta’ drogi u t-traffikar illeċitu ta’ armi, il-korruzzjoni u l-frodi, permezz ta’:

    - il-kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn il-forzi tal-pulizija, l-awtoritajiet doganali u l-awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri, kemm direttament u wkoll permezz ta' l-Uffiċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 30 u 32;

    - -kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet oħra kompetenti ta’ l-Istati Membri, inkluża l-kooperazzjoni permezz ta’ l-Enti Ewropea għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust), skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 31 u 32;

    - l-approssimazzjoni, fejn meħtieġ, ta’ regoli dwar materji kriminali fl-Istati Membri, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 31(e).

    --------------------------------------------------

    Top