EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E081

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet .
Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni
Sezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi .
Artikolu 81

ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 73–74 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_81/oj

12006E081

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet . - Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni - Sezzjoni 1 - Regoli li japplikaw għall-impriżi . - Artikolu 81

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0073 - 0074
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0064 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0208 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0028 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 81

1. Is-segwenti għandhom ikunu inkompatibbli mas-suq komuni u għandhom ikunu projbiti: l-akkordji kollha bejn impriżi, id-deċiżjonijiet kollha ta' assoċjazzjonijiet bejn impriżi u l-prattiċi kollha miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li jkollhom bħala għan jew riżultat tagħhom il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni, partikolarment dawk li jinvolvu:

a) l-iffissar dirett jew indirett tal-prezzijiet ta' l-akkwist jew tal-bejgħ, jew ta’ kondizzjonijiet oħra tan-negozju;

b) il-limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni, tas-swieq, ta' l-iżvilupp tekniku jew ta' l-investiment;

ċ) it-tqassim tas-swieq jew it-tqassim ta’ fonti ta’ provvista;

d) l-applikazzjoni ta' kondizzjonijiet differenti għal transazzjonijiet ekwivalenti ma partijiet oħra, li b' hekk jiġu mqiegħda fi żvantaġġ kompetittiv;

e) Is-suġġettar tal-konklużjoni ta’ kuntratt għall-aċċettazzjoni, mill-parti l-oħra, ta’ obbligi addizzjonali li, jew min-natura tagħhom jew skond l-użu kummerċjali, ma jkollhom l-ebda konnessjoni mas-suġġett ta' dawk il-kuntratti.

2. L-akkordji jew deċiżjonijiet projbiti bid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jkunu awtomatikament nulli.

3. Madankollu, id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 jistgħu jiġu dikjarati inapplikabbli fil-każ ta’ xi wieħed milli ġejjin, jiġifieri:

- akkordji jew kategoriji ta’ akkordji bejn impriżi;

- deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi jew kategoriji ta' assoċjazzjonijiet ta' impriżi;

- prattiċi miftiehma jew kategoriji ta’ prattiċi miftiehma

li jikkontribwixxu biex itejbu l-produzzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ prodotti, jew biex jippromwovu progress tekniku jew ekonomiku waqt li fl-istess ħin, jassiguraw li l-konsumaturi jkollhom sehem ġust mill-benefiċċji li joħorġu minnhom, izda li ma:

a) jimponux fuq l-impriżi interessati restrizzjonijiet li ma jkunux indispensabbli għall-kisba ta' l-għanijiet ta’ hawn fuq;

b) jagħtux lil dawn l-impriżi l-possibiltà li jeliminaw il-kompetizzjoni f'parti sostanzjali tal-prodotti in kwistjoni.

--------------------------------------------------

Top