Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003T032

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - IR-RABA' PARTI: DISPOSIZZJONIJIET TEMPORANJI - TITOLU I: MIŻURI TRANSITORJI - Artikolu 32

ĠU L 236, 23.9.2003, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/acc_2003/act_1/art_32/sign

12003T032



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0042 - 0043


Artikolu 32

1. Sakemm mhux provdut xort'oħra f'dan it-Trattat, l-ebda impenji finanzjarji ma għandhom jittieħdu taħt il-programm tal-Phare [5], il-programme tal-Koperazzjoni Trans-Fruntieri tal-Phare [6], il-fondi ta' qabel l-adeżjoni għal Ċipru u Malta [7], il-programm ISPA [8] u l-programm SAPARD [9] favur l-Istati Membri l-ġodda wara l- 31 ta' Diċembru 2003. L-Istati Membri l-ġodda għandhom jirċievu l-istess trattament bħall-Istati Membri attwali fir-rigward tan-nefqa taħt l-ewwel tliet Intestaturi tal-perspettiva finanzjarja, kif definit fil-Ftehim Inter-istituzzjonali tas- 6 ta' Mejju 1999 [10], mill- 1 ta' Jannar 2004, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-eċċezzjonijiet individwali ta' hawn taħt jew kif provdut b'mod ieħor f'dan it-Trattat. L-appropjazzjonijiet addizzjonali massimi għall-intestaturi 1, 2, 3 u 5 tal-Perspettiva Finanzjarja li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir huma imniżżla fl-Anness XV. Madanakollu, qabel ma tkun seħħet l-adeżjoni ta' l-Istat Membru l-ġdid rilevanti ma jista' jittieħed l-ebda impenn finanzjarju taħt il-budget ta' l-2004 għal kwalunkwe programm jew aġenzija in kwistjoni.

2. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għan-nefqa taħt il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikoli, Taqsima Gwida, skond l-Artikoli 2(1), 2(2) u 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1258/1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [11], li ser tkun eliġibbli għall-fondi Komunitarji biss mid-data ta' l-adeżjoni, skond l-Artikolu 2 ta' dan l-Att.

Madanakollu, il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika għan-nefqa għall-iżvilupp rurali taħt il-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikoli, Taqsima Garanzija, skond l-Artikolu 47a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1257/99 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanzija Agrikoli, Taqsima Gwida (EAGGF) u li jemenda u jħassar xi regolamenti [12], bla ħsara għall-kondizzjonijiet mniżżla fl-emenda ta' dak ir-Regolament fl-Anness II ta' dan l-Att.

3. Bla ħsara għall-aħħar sentenza tal-paragrafu 1, mill- 1 ta' Jannar 2004, l-Istati Membri l-ġodda għandhom jipparteċipaw fil-programmi u l-aġenziji Komunitarji bl-istess pattijiet u kondizzjonijiet bħall-Istati Membri attwali b'fondi mill-budget ġenerali tal-Komunitatjiet Ewropej. B'effett mill- 1 ta' Jannar 2004, id-disposizzjonijiet li jirregolaw il-programmi u l-aġenziji relevanti għandhom jieħdu post il-pattijiet u l-kondizzjonijiet imniżżla fid-Deċiżjonijiet, il-Ftehim u l-Memoranda ta' Ftehim tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri l-ġodda rigward il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi u l-aġenziji tal-Komunità.

4. Jekk xi Stat imsemmi fl-Artikolu 1(1) tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ma jkunx aderixxa mal-Komunità matul l-2004, kwalunkwe applikazzjoni li ssir mill-Istat in kwistjoni għall-fondi permezz ta' nefqa taħt l-ewwel tliet Intestaturi tal-Perspettiva Finanzjarja għall-2004 hija nulla u vojta. F'dak il-każ id-Deċiżjoni, il-Ftehim jew il-Memorandum ta' Ftehim tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni għandhom ikomplu japplikaw rigward dak l-Istat matul is-sena 2004 kollha.

5. Jekk ikunu neċessarji xi miżuri biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mir-reġim ta' qabel l-adeżjoni għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa.

[5] Ir-Regolament (KEE) Nru. 3906/89 (ĠU L 375, 23.12.1989, p. 11), kif emendat.

[6] Ir-Regolament (KE) Nru. 2760/98 (ĠU L 345, 19.12.1998, p. 49), kif emendat.

[7] Ir-Regolament (KE) Nru. 555/2000 (ĠU L 68, 16.3.2000, p. 3), kif emendat.

[8] Ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999 (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73), kif emendat.

[9] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1268/1999 (ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87).

[10] Il-Ftehim Interistituzzjonali tas- 6 ta' Mejju 1999, bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib fil-proċedura tal-budget (ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1).

[11] ĠU L 160. 26.6.99, p. 103.

[12] ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.

--------------------------------------------------

Top