This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02023R2631-20240109
Regulation (EU) 2023/2631 of the European Parliament and of the Council of 22 November 2023 on European Green Bonds and optional disclosures for bonds marketed as environmentally sustainable and for sustainability-linked bonds (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02023R2631 — MT — 09.01.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2023/2631 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L 2631 30.11.2023, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Diċembru 2023 |
L 2869 |
1 |
20.12.2023 |
REGOLAMENT (UE) 2023/2631 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-22 ta’ Novembru 2023
dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I
SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament:
jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għall-emittenti tal-bonds li jixtiequ jużaw id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għall-bonds tagħhom li jkunu magħmula disponibbli għall-investituri fl-Unjoni;
jistabbilixxi sistema għar-reġistrazzjoni u s-superviżjoni tar-rieżaminaturi esterni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej; u
jipprovdi mudelli ta’ divulgazzjoni fakultattiva għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà fl-Unjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“emittent” tfisser entità li toħroġ il-bonds;
“sovran” tfisser entità msemmija fl-Artikolu 1(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
“rekwiżiti tat-tassonomija” tfisser il-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852;
“suq regolat” tfisser suq regolat kif iddefinit fl-Artikolu 4(1), il-punt (21), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“bond ikkummerċjalizzat bħala ambjentalment sostenibbli” tfisser bond li l-emittent tiegħu jipprovdi lill-investituri impenn jew kwalunkwe forma ta’ asserzjoni prekuntrattwali li r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għal attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal objettiv ambjentali;
“bond marbut mas-sostenibbiltà” tfisser bond li l-karatteristiċi finanzjarji jew strutturali tiegħu jvarjaw skont l-ilħuq mill-emittent ta’ objettivi ta’ sostenibbiltà ambjentali predefiniti;
“Stat Membru domiċiljari” tfisser Stat Membru domiċiljari kif iddefinit fl-Artikolu 2, il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru ospitanti kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (n), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
“assi finanzjarju” tfisser dejn jew ekwità, jew taħlita tagħhom;
“magħmul disponibbli għall-investituri fl-Unjoni” tfisser:
offerta lill-pubbliku fl-Unjoni; jew
l-ammissjoni għan-negozjar ta’ bonds f’ċentru ta’ negozjar li jinsab fl-Unjoni;
“offerta lill-pubbliku” tfisser offerta ta’ titoli lill-pubbliku kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2017/1129;
“ċentru ta’ negozjar” tfisser ċentru ta’ negozjar kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (24), tad-Direttiva 2014/65/UE;
“pjan CapEx” tfisser pjan CapEx kif previst fil-punt 1.1.2.2, il-punt (b), u fil-punt 1.1.3.2, il-punt (b), tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
“kostijiet tal-ħruġ” tfisser kostijiet li huma direttament relatati mal-ħruġ ta’ bonds, inklużi l-kostijiet imġarrba għal pariri professjonali, servizzi legali, klassifikazzjoni, rieżami estern, sottoskrizzjoni u kollokament;
“kriterji ta’ skrinjar tekniku” tfisser il-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
“attività ekonomika ta’ tranżizzjoni” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (UE) 2020/852;
“attività ekonomika ta’ faċilitazzjoni” tfisser attività ekonomika li tikkonforma mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2020/852;
“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
“entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni jew SSPE kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
“skopertura titolizzata” tfisser skopertura inkluża f’titolizzazzjoni;
“bond ta’ titolizzazzjoni” tfisser bond maħruġ minn SSPE f’konformità mat-Titolu II, il-Kapitolu 3;
“titolizzazzjoni sintetika” tfisser titolizzazzjoni sintetika kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
“karburant fossili” tfisser karburant fossili kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (62), tar-Regolament (UE) 2018/1999.
TITOLU II
REKWIŻITI GĦALL-UŻU TAD-DEŻINJAZZJONI “BOND EKOLOĠIKU EWROPEW” JEW “EUGB”
KAPITOLU I
Rekwiżiti relatati mal-bonds
Artikolu 3
Id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”
Id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għandha tintuża biss għal bonds li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu.
Artikolu 4
Użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
Qabel il-maturità ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew, ir-rikavati minn tali bond għandhom jiġu allokati b’mod sħiħ, f’konformità mar-rekwiżiti tat-tassonomija, lil waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin (l-“approċċ gradwali”):
assi fissi li ma jkunux assi finanzjarji;
nefqa kapitali li taqa’ taħt il-punt 1.1.2.2. tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
nefqa operatorja li taqa’ taħt il-punt 1.1.3.2. tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 u li tkun iġġarrbet mhux aktar minn tliet snin qabel il-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew;
assi finanzjarji li nħolqu mhux aktar minn ħames snin wara l-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew;
assi u nefqa tal-unitajiet domestiċi.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-emittenti jistgħu jnaqqsu l-kostijiet tal-ħruġ mir-rikavati mill-Bond Ekoloġiku Ewropew qabel ma jallokaw dawk ir-rikavati.
Meta l-emittenti jallokaw ir-rikavati f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fir-rapporti ta’ allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 għandhom juru li l-valur totali tal-assi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu fil-portafoll tagħhom jaqbeż il-valur totali tal-portafoll tagħhom ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej pendenti.
Artikolu 5
Flessibbiltà fl-użu tar-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
B’deroga mill-Artikolu 4(1), l-emittenti jistgħu jallokaw sa 15 % tar-rikavat minn Bond Ekoloġiku Ewropew għal attivitajiet ekonomiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti tat-tassonomija, bl-eċċezzjoni tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku, dment li dawk l-attivitajiet ikunu:
attivitajiet ekonomiċi li fir-rigward tagħhom ma daħal fis-seħħ ebda kriterju ta’ skrinjar tekniku sad-data tal-ħruġ tal-Bond Ekoloġiku Ewropew; jew
attivitajiet fil-kuntest tal-appoġġ internazzjonali rrappurtati f’konformità mal-linji gwida, il-kriterji u ċ-ċikli ta’ rapportar maqbula internazzjonalment, inkluż il-finanzjament għall-klima rrappurtat lill-Kummissjoni fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima kif imsemmi fl-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, u l-assistenza uffiċjali għall-iżvilupp irrappurtata lill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi.
Artikolu 6
Assi finanzjarji
Ir-rikavati mill-assi finanzjarji jistgħu jiġu allokati għal assi fissi sussegwenti oħra, dment li:
ma jkunx hemm aktar minn tliet assi finanzjarji sussegwenti f’suċċessjoni;
ir-rikavati mill-assi finanzjarji l-aħħar fis-sekwenza jiġu allokati għall-użi stabbiliti fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c) jew (e), jew, fejn applikabbli, għall-użi stabbiliti fl-Artikolu 4(3);
l-emittent jiżgura li jkun possibbli għar-rieżaminaturi esterni li jirrieżaminaw l-allokazzjoni finali tar-rikavati b’mod effettiv.
Artikolu 7
Pjanijiet CapEx
Artikolu 8
Applikazzjoni tal-kriterji ta’ skrinjar tekniku u tal-grandfathering
Meta l-emittenti jallokaw ir-rikavati mill-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għall-użi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u (3), għandhom jiżguraw li:
dawk ir-rikavati jiġu allokati f’allinjament mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku applikabbli fiż-żmien tal-ħruġ tal-bond;
meta l-kriterji ta’ skrinjar tekniku jiġu emendati wara l-ħruġ tal-bond, ir-rikavati li ġejjin jiġu allokati f’allinjament mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku emendati mhux aktar tard minn seba’ snin wara d-data tal-applikazzjoni tal-kriterji emendati:
ir-rikavati li għadhom ma ġewx allokati; u
ir-rikavati li huma koperti minn pjan CapEx, f’konformità mal-Artikolu 7, li għadhom ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tat-tassonomija.
Artikolu 9
Esklużjoni ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 44(1) ta’ dan ir-Regolament m’għandhomx japprovaw prospett maħruġ minn ġuriżdizzjoni elenkata fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta’ ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, minn pajjiż b’riskju għoli elenkat fl-Anness tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1675, jew minn emittenti stabbiliti f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet jew pajjiżi, fejn dak il-prospett jirreferi għal dan ir-Regolament jew għad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti ta’ trasparenza u ta’ rieżami estern
Artikolu 10
Skeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u rieżami ta’ qabel il-ħruġ
Qabel ma joħorġu Bond Ekoloġiku Ewropew, l-emittenti għandhom:
jikkompletaw l-iskeda informattiva kollha dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej stabbilita fl-Anness I;
jiżguraw li l-iskeda informattiva kkompletata dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej tkun ġiet soġġetta għal rieżami ta’ qabel il-ħruġ b’opinjoni pożittiva minn rieżaminatur estern.
Ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt (b), għandu jkun fih:
valutazzjoni ta’ jekk l-emittent ikkompletax l-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8 u mal-Anness I; u
l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 11
Rapporti tal-allokazzjoni u rieżami ta’ wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni
L-ewwel perjodu ta’ 12-il xahar għandu jibda fid-data tal-ħruġ.
B’deroga mit-tieni subparagrafu, l-emittenti jistgħu jistabbilixxu d-data tat-tmiem tal-ewwel perjodu ta’ rapportar bħala l-aħħar jum tas-sena kalendarja jew tas-sena finanzjarja tal-ħruġ.
L-emittenti, fir-rapporti tal-allokazzjoni annwali tagħhom, għandhom jippubblikaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien jew devjazzjoni li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-implimentazzjoni tal-pjan CapEx.
Dan ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ m’għandux ikun meħtieġ meta, matul il-perjodu kopert mir-rapport tal-allokazzjoni, ma tkun saret ebda bidla fl-allokazzjoni fil-portafoll tal-assi u ebda assi fil-portafoll ma jkun inbidel jew hu stess ikun soġġett għal bidla fl-allokazzjoni, meta mqabbel mal-perjodu kopert mir-rapport tal-allokazzjoni preċedenti. F’każijiet bħal dawn, dikjarazzjoni dwar in-nuqqas ta’ rieżami ta’ wara l-ħruġ minħabba n-nuqqas ta’ tali bidliet għandha tiġi inkluża fir-rapport tal-allokazzjoni korrispondenti.
Ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ imsemmi fil-paragrafi 4, 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun fih dan li ġej:
valutazzjoni ta’ jekk l-emittent ikunx alloka r-rikavati mill-bond f’konformità mal-Artikoli 4 sa 8, abbażi tal-informazzjoni mogħtija lir-rieżaminatur estern;
valutazzjoni ta’ jekk l-emittent ikunx alloka ir-rikavati mill-bond kif stabbilit fl-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10, abbażi tal-informazzjoni mogħtija lir-rieżaminatur estern;
l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 12
Rapport tal-impatt tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
L-emittenti ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej jistgħu jitolbu rieżami minn rieżaminatur estern tar-rapport tal-impatt. Tali rieżamijiet tar-rapport tal-impatt għandu jkun fihom dan li ġej:
valutazzjoni ta’ jekk il-ħruġ tal-bond huwiex allinjat mal-istrateġija ambjentali usa’ tal-emittent;
valutazzjoni tal-impatt ambjentali indikat tar-rikavati mill-bonds;
l-elementi stabbiliti fl-Anness IV.
Artikolu 13
Emittenti sovrani
Sovran għandu jikseb rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej tiegħu minn:
rieżaminatur estern; jew
rieżaminatur estern u awditur tal-Istat.
Artikolu 14
Prospett għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
Sabiex juża d-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”, l-emittent għandu jippubblika prospett skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-bonds ikollhom id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” tul il-prospett kollu;
il-prospett jiddikjara li l-Bond Ekoloġiku Ewropew ikun qed jinħareġ f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fit-taqsima tal-prospett li fiha l-informazzjoni dwar l-użu tar-rikavati.
Artikolu 15
Pubblikazzjoni fuq is-sit web tal-emittent u notifika lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti
L-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom u jagħmlu disponibbli, mingħajr ħlas u f’konformità mal-Artikolu 21(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2017/1129, sa ma jkunu skadew mill-inqas 12-il xahar wara l-maturità ta’ dawk il-bonds, dan kollu li ġej, inkluża kwalunkwe emenda jew korrezzjoni tiegħu:
qabel ma jinħareġ il-bond, l-iskeda informattiva kkompletata dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10;
qabel ma jinħareġ il-bond, ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament;
qabel ma jinħareġ il-bond, link għas-sit web fejn il-prospett jista’ jiġi kkonsultat f’każijiet fejn prospett jiġi ppubblikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1129;
mingħajr dewmien żejjed wara li jitfasslu f’konformità mal-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament, ir-rapporti tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej;
mingħajr dewmien żejjed wara li jinkisbu, ir-rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ tar-rapporti tal-allokazzjoni tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;
mingħajr dewmien żejjed wara li jitfassal f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, ir-rapport tal-impatt tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej;
fejn applikabbli, il-pjan CapEx;
fejn applikabbli, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 12(3) ta’ dan ir-Regolament.
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (d), meta jsir rieżami ta’ wara l-ħruġ ta’ rapport ta’ allokazzjoni ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej, dak ir-rapport tal-allokazzjoni għandu jiġi ppubblikat mingħajr dewmien żejjed wara li jinkiseb ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ.
L-informazzjoni li tinsab fid-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (d) u (f), għandha tingħata, fuq għażla tal-emittent, jew bil-lingwa li normalment tintuża fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, jew:
meta l-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għan-negozjar fi Stat Membru wieħed biss, b’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru;
meta l-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għan-negozjar f’żewġ Stati Membri jew aktar, b’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.
Artikolu 15a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
l-iskeda informattiva, ir-rieżami ta’ qabel il-ħruġ relatat mal-iskeda informattiva, ir-rapporti tal-allokazzjoni annwali, ir-rieżami ta’ wara l-ħruġ relatat ma’ rapport tal-allokazzjoni annwali wieħed jew aktar, ir-rapport tal-impatt, ir-rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 15;
id-divulgazzjonijiet ta’ qabel il-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 20, u d-divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ imsemmija fl-Artikolu 21;
l-emittent għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).
Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
l-ismijiet kollha tal-emittent li miegħu hija relatata l-informazzjoni;
l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
id-daqs tal-emittent, skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.
Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
KAPITOLU 3
Kundizzjonijiet għall-użu tad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” fir-rigward tal-bonds ta’ titolizzazzjoni
Artikolu 16
Applikazzjoni tad-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” għall-bonds ta’ titolizzazzjoni
Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni bid-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”:
ir-referenzi f’dan ir-Regolament għal “emittent” għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal “oriġinatur”;
ir-referenzi fl-Artikolu 4 għal “rikavati” għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-rikavati miksuba mill-oriġinatur mill-bejgħ tal-iskoperturi titolizzati lill-SSPE.
Meta l-iskoperturi titolizzati jinħolqu minn diversi oriġinaturi, għandu japplika dan li ġej:
ir-rekwiżiti għall-użu tar-rikavati stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 8 għandhom jiġu ssodisfati minn kull oriġinatur fuq bażi pro rata, b’referenza għas-sehem tiegħu fil-pul ta’ skoperturi titolizzati;
ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10, 11, 12, 15, 18 u 19 għandhom jiġu ssodisfati b’mod konġunt mill-oriġinaturi, filwaqt li jindikaw b’mod ċar sa liema punt kull oriġinatur ikkonforma mar-rekwiżiti rispettivi tiegħu;
ir-rekwiżiti biex jinkiseb rieżami estern stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 għandhom jiġu ssodisfati b’mod konġunt mill-oriġinaturi;
meta diversi oriġinaturi jiddeċiedu li jitolbu rieżami tar-rapport tal-impatt imsemmi fl-Artikolu 12(3), għandhom jikkonformaw b’mod konġunt mar-rekwiżiti tiegħu.
Artikolu 17
Esklużjoni ta’ bonds maħruġa għall-fini ta’ titolizzazzjoni sintetika
Bonds maħruġa għall-fini ta’ titolizzazzjoni sintetika m’għandhomx ikunu eliġibbli li jużaw id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB”.
Artikolu 18
Esklużjonijiet ta’ ċerti skoperturi titolizzati
Artikolu 19
Rekwiżiti addizzjonali ta’ divulgazzjoni fil-każ ta’ titolizzazzjoni
Sabiex tiġi pprovduta trasparenza dwar il-karatteristiċi ambjentali tal-iskoperturi titolizzati, l-informazzjoni dwar dawn li ġejjin għandha tiġi inkluża fil-prospett fuq bażi tal-aħjar sforzi u bl-aħjar mod li jistal-oriġinatur, abbażi tad-data disponibbli:
is-sehem tal-iskoperturi titolizzati fil-pul ta’ skoperturi titolizzati, li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi li huma attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għat-tassonomija kif definiti fl-Artikolu 1, il-punt (5), tar-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
għal kull attività ekonomika rilevanti elenkata fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, fil-pul ta’ skoperturi eliġibbli għat-tassonomija msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, is-sehem tal-iskoperturi titolizzati allinjati mat-tassonomija;
għal kull attività ekonomika rilevanti elenkata fl-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, fil-pul ta’ skoperturi eliġibbli għat-tassonomija msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, is-sehem tal-iskoperturi titolizzati li jonqsu milli jissodisfaw l-objettivi “la tagħmilx ħsara sinifikanti” kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/852.
TITOLU III
MUDELLI TA’ DIVULGAZZJONI FAKULTATTIVA GĦALL-BONDS IKKUMMERĊJALIZZATI BĦALA AMBJENTALMENT SOSTENIBBLI U GĦALL-BONDS MARBUTA MAS-SOSTENIBBILTÀ
Artikolu 20
Divulgazzjonijiet ta’ qabel il-ħruġ għall-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà
Għall-emittenti tal-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu, minbarra l-indikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mill-inqas l-elementi li ġejjin, li għandhom jirriflettu l-intenzjoni tal-emittent abbażi tad-data disponibbli fiż-żmien tal-ħruġ tal-bonds:
meta l-emittent ikun soġġett għall-obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huma maħsuba li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
meta l-emittent ikun soġġett għall-obbligu li jiddivulga informazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huma mistennija jikkontribwixxu għall-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent;
il-proporzjon minimu ta’ rikavati mill-bonds li għandhom jintużaw għal attivitajiet li huma ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Għall-emittenti tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu, minbarra l-indikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, mill-inqas l-elementi li ġejjin, li għandhom jirriflettu l-intenzjoni tal-emittent abbażi tad-data disponibbli fiż-żmien tal-ħruġ tal-bonds:
ir-raġunament, il-livell ta’ ambizzjoni, il-materjalità u l-metodoloġija tal-kalkolu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti mill-emittent;
meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
meta rilevanti, il-mod li bih il-bond huwa marbut mal-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent billi jiġi applikat ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
deskrizzjoni tal-istruttura tal-bonds, inkluż il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kupun.
Artikolu 21
Divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ għall-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà
Meta emittent jiddivulga informazzjoni perjodika ta’ wara l-ħruġ f’konformità mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 44 sal-maturità tal-bond.
Għal emittent ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
meta l-emittent ikun soġġett għall-obbligu li jiddivulga informazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds jikkontribwixxu għall-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent;
il-proporzjon minimu ta’ rikavati mill-bonds li jintużaw għal attivitajiet li huma ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852.
Għal emittent ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, il-mudelli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu mill-inqas l-elementi li ġejjin:
ir-raġunament, il-livell ta’ ambizzjoni, il-materjalità u l-metodoloġija tal-kalkolu tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni stabbiliti mill-emittent;
meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE, jew meta l-emittent ippubblika volontarjament tali pjanijiet, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa maħsub li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet;
meta rilevanti, il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huwa marbut mal-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija tal-emittent billi jiġi applikat ir-Regolament Delegat (UE) 2021/2178;
deskrizzjoni tal-istruttura tal-bonds, inkluż il-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-kupun.
Meta tabbozza dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni dwar aspetti ambjentali, soċjali u ta’ governanza li hija meħtieġa li tiġi divulgata skont atti leġiżlattivi rilevanti oħra, inkluż ir-Regolament (UE) 2017/1129, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tad-divulgazzjonijiet għall-emittenti.
Meta tabbozza dak l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji soġġetti għar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2088.
TITOLU IV
RIEŻAMINATURI ESTERNI GĦALL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ
KAPITOLU 1
Kundizzjonijiet għar-rieżami estern tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
Artikolu 22
Reġistrazzjoni
Artikolu 23
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej
Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern għall-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
l-isem sħiħ tal-applikant, l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Unjoni, is-sit web tal-applikant u, jekk ikun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI);
l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ persuna ta’ kuntatt;
il-forma legali tal-applikant;
l-istruttura tas-sjieda tal-applikant;
l-identitajiet tal-membri tal-maniġment superjuri u l-bord tal-applikant mal-curriculum vitae li, mill-inqas, juri l-livell ta’ kwalifika, esperjenza u taħriġ tagħhom;
l-għadd ta’ analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni, u l-livell ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ tagħhom li kisbu qabel u meta kienu jaħdmu għall-applikant fil-provvista ta’ rieżami estern jew servizzi simili;
deskrizzjoni tal-proċeduri u tal-metodoloġiji implimentati mill-applikant biex joħroġ rieżamijiet;
l-arranġamenti ta’ governanza korporattiva u l-politiki jew il-proċeduri implimentati mill-applikant biex jidentifika, jelimina jew jimmaniġġa u jiddivulga b’mod trasparenti, kwalunkwe kunflitt attwali jew potenzjali ta’ interess kif imsemmi fl-Artikolu 35;
meta jkun applikabbli, dokumenti u informazzjoni relatati ma’ kwalunkwe arranġament ta’ esternalizzazzjoni eżistenti jew ippjanat għall-attivitajiet tar-rieżaminatur estern koperti minn dan ir-Regolament, inkluż informazzjoni dwar l-entitajiet li jassumu l-funzjonijiet ta’ esternalizzazzjoni;
meta jkun applikabbli, informazzjoni dwar attivitajiet oħrajn imwettqa mill-applikant.
L-ESMA għandha tirreġistra applikant bħala rieżaminatur estern biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord tal-applikant:
ikollhom reputazzjoni tajba biżżejjed;
ikunu kapaċi biżżejjed li jiżguraw li l-applikant ikun jista’ jwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;
ikollhom biżżejjed kwalifiki professjonali;
ikollhom esperjenza rilevanti f’attivitajiet bħal assigurazzjoni tal-kwalità, kontroll tal-kwalità, fit-twettiq ta’ rieżamijiet ta’ qabel u ta’ wara l-ħruġ u rieżamijiet tar-rapport tal-impatt, il-provvista ta’ opinjonijiet ta’ allinjament tat-tieni parti jew ta’ servizzi finanzjarji;
l-għadd ta’ analisti, impjegati u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-applikant, u l-livell ta’ għarfien, esperjenza u taħriġ tagħhom, ikunu biżżejjed biex l-applikant iwettaq il-kompiti meħtieġa mir-rieżaminaturi esterni skont dan ir-Regolament;
l-arranġamenti interni implimentati tal-applikant biex tiġi żgurata l-konformità tal-Kapitolu II ta’ dan it-Titolu jkunu xierqa u effettivi.
Meta tivvaluta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-ESMA tista’ tqis jekk l-applikant, meta jkun ipprovda servizzi skont l-Artikoli 69 u 70, użax l-aħjar sforzi biex jikkonforma mal-Artikoli 24 sa 38. Għal dak il-għan, l-ESMA tista’ titlob lill-applikant jipprovdilha l-informazzjoni meħtieġa.
Meta l-applikazzjoni ma tkunx imtliet kollha, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta l-applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.
Meta l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lill-applikant dwar dan.
L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta l-applikant ikun beħsiebu jesternalizza ċerti attivitajiet ta’ rieżami estern.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Meta tiżviluppa l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha tqis il-mezzi diġitali tar-reġistrazzjoni.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 24
Bidliet materjali rilevanti għar-reġistrazzjoni
Meta l-ESMA toġġezzjona għal dawn il-bidliet materjali, hija għandha tinforma lir-rieżaminatur estern fi żmien 45 jum tax-xogħol min-notifika ta’ dawk il-bidliet u għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni tagħha. Il-bidliet imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx jiġu implimentati jekk l-ESMA toġġezzjona f’dak il-perjodu.
Meta tiżviluppa l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha tqis il-mezzi diġitali tar-reġistrazzjoni.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 25
Reġim lingwistiku
Applikant għandu jressaq l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 23 f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 ( 3 ) għandu japplika mutatis mutandis għal kwalunkwe komunikazzjoni oħra bejn l-ESMA u l-applikant u l-persunal tiegħu.
KAPITOLU 2
Rekwiżiti organizzattivi, proċessi u dokumenti dwar il-governanza
Artikolu 26
Prinċipji ġenerali
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 27
Maniġment superjuri u membri tal-bord
Il-maniġment superjuri u l-membri tal-bord tar-rieżaminatur estern għandhom, rispettivament, jiżguraw jew jissorveljaw dan li ġej:
il-ġestjoni tajba u prudenti tar-rieżaminatur estern;
l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni;
li kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali jiġi identifikat, eliminat jew immaniġġat, u ddivulgat b’mod trasparenti;
li r-rieżaminatur estern jikkonforma mar-r-Regolament fi kwalunkwe mument.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 28
Analisti u impjegati tar-rieżaminaturi esterni, u persuni oħrajn direttament involuti fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-rieżaminaturi esterni
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 29
Funzjoni ta’ verifika tal-konformità
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-funzjoni ta’ verifika tal-konformità tikkonforma ma’ dan li ġej:
hija jkollha l-awtorità biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha kif suppost u b’mod indipendenti;
hija jkollha r-riżorsi u l-għarfien espert meħtieġa u aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha;
hija ma timmonitorjax jew ma tivvalutax l-attivitajiet tagħha stess;
hija ma tiġix ikkumpensata fir-rigward tal-prestazzjoni kummerċjali tar-rieżaminatur estern.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 30
Politiki u proċeduri interni
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Article 31
Metodoloġiji tal-valutazzjonijiet u informazzjoni użata għar-rieżamijiet
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 32
Żbalji fil-metodoloġiji tal-valutazzjonijiet jew fl-applikazzjoni tagħhom
Artikolu 33
Esternalizzazzjoni
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jibqgħu responsabbli għal kwalunkwe attività esternalizzata u għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw dan li ġej:
valutazzjonijiet dwar jekk il-fornituri terzi tas-servizzi jwettqux attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati b’mod effettiv u f’konformità mad-drittijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali u mar-rekwiżiti regolatorji applikabbli u jekk ikunux qed jindirizzaw b’mod adegwat in-nuqqasijiet identifikati;
l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe riskju potenzjali fir-rigward tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati;
monitoraġġ perjodiku adegwat tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati;
proċeduri ta’ kontroll adegwati fir-rigward tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati, inkluż superviżjoni effettiva tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati u ta’ kwalunkwe riskju potenzjali fir-rigward tal-fornitur terz tas-servizzi;
kontinwità tal-operat adegwata tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni esternalizzati.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiksbu informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-kontinwità tal-operat tal-fornituri terzi tas-servizzi, jivvalutaw il-kwalità tagħhom, u jitolbu titjib għal dawn l-arranġamenti meta jkun meħtieġ.
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji:
biex tiġi vvalutata l-kapaċità tal-fornituri terzi tas-servizzi li jwettqu l-attivitajiet ta’ valutazzjoni b’mod affidabbli u professjonali; u
biex jiġi żgurat li t-twettiq tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni ma jfixkilx materjalment il-kwalità tal-kontroll intern tar-rieżaminaturi esterni jew il-kapaċità tal-ESMA li tissorvelja l-konformità tar-rieżaminaturi esterni ma’ dan ir-Regolament.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2024.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 34
Rekwiżiti taż-żamma ta’ rekords
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom iżommu rekords adegwati ta’ dan li ġej:
l-identità tal-persuni li jipparteċipaw fid-determinazzjoni u fl-approvazzjoni tar-rieżamijiet, u d-data li fiha jkunu ttieħdu d-deċiżjonijiet għall-approvazzjoni tar-rieżamijiet;
id-dokumentazzjoni għall-proċeduri u l-metodoloġiji stabbiliti użati mir-rieżaminaturi esterni biex iwettqu u jfasslu r-rieżamijiet;
id-dokumenti interni, inkluż informazzjoni mhux pubblika u d-dokumenti ta’ ħidma, użati biex jiffurmaw il-bażi ta’ kwalunkwe rieżami ppubblikat;
rekords tal-proċeduri u tal-miżuri implimentati mir-rieżaminaturi esterni biex jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament;
kopji ta’ komunikazzjonijiet interni u esterni li jkunu relatati mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni, inkluż komunikazzjonijiet elettroniċi, riċevuti u mibgħuta mir-rieżaminatur estern u mill-impjegati tiegħu;
id-dokumentazzjoni li jkun fiha valutazzjonijiet prekuntrattwali kif imsemmi fl-Artikolu 35(2).
Artikolu 35
Kunflitti ta’ interess u kunfidenzjalità tal-informazzjoni
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jidentifikaw, jeliminaw jew jimmaniġġaw, u jiddivulgaw b’mod trasparenti fir-rieżamijiet tagħhom kwalunkwe kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali li jikkonċerna kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
l-analisti jew l-impjegati tagħhom;
l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tar-rieżaminaturi esterni jew f’kumpanija li jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq ir-rieżaminaturi esterni;
kwalunkwe persuna li tkun kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u li tkun direttament involuta fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni;
kwalunkwe persuna li tapprova r-rieżamijiet.
Ir-rieżaminatur estern ma għandux joħroġ rieżami meta jidentifika kunflitt ta’ interess attwali u r-rieżaminatur estern ma jkunx jista’ jimplimenta miżuri biex jelimina jew jimmaniġġa dak il-kunflitt ta’ interess.
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiżguraw li l-analisti u l-impjegati tagħhom jew kwalunkwe persuna fiżika oħra kuntrattwalment relatata mar-rieżaminaturi esterni u direttament involuta fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni jikkonformaw ma’ dawn li ġejjin:
jieħdu l-miżuri kollha raġonevoli biex jipproteġu l-proprjetà u r-rekords fil-pussess tar-rieżaminatur estern minn frodi, serq jew użu ħażin, filwaqt li jqisu n-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tagħhom u n-natura u l-firxa tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom;
ma jiddivulgaw l-ebda informazzjoni dwar ir-rieżamijiet u dwar rieżamijiet futuri possibbli, lil kwalunkwe parti għajr lill-emittenti li jkunu talbu l-valutazzjoni mir-rieżaminatur estern;
ma jużawx jew ma jaqsmux informazzjoni kunfidenzjali għal kwalunkwe fini ieħor għajr tal-attivitajiet ta’ valutazzjoni.
Artikolu 36
Forniment ta’ servizzi oħrajn
Ir-rieżaminaturi esterni li jipprovdu servizzi għajr attivitajiet ta’ valutazzjoni għandhom jiżguraw li dawk is-servizzi l-oħrajn ma joħolqux kunflitti ta’ interess mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tagħhom li jikkonċernaw il-bonds ekoloġiċi Ewropej. Dawn ir-rieżaminaturi esterni għandhom jiddivulgaw fir-rieżamijiet kwalunkwe servizz ieħor ipprovdut għall-entità vvalutata jew għal kwalunkwe parti terza relatata.
KAPITOLU 3
Rieżamijiet
Artikolu 37
Referenzi għall-ESMA jew għal awtoritajiet kompetenti oħrajn
Fir-rieżamijiet tagħhom, ir-rieżaminaturi esterni ma għandhomx jirreferu għall-ESMA jew għal kwalunkwe awtorità kompetenti b’mod li jista’ jindika jew jissuġġerixxi li l-ESMA jew kwalunkwe awtorità kompetenti tapprova dak ir-rieżami jew kwalunkwe attività ta’ valutazzjoni tar-rieżaminatur estern.
Artikolu 38
Pubblikazzjoni tar-rieżamijiet
Ir-rieżaminaturi esterni għandhom jippubblikaw u jagħmlu disponibbli, mingħajr ħlas, fuq is-siti web tagħhom dan li ġej:
fi żmien raġonevoli qabel il-ħruġ tal-bond ikkonċernat, ir-rieżamijiet ta’ qabel il-ħruġ li huma jkunu nħarġu;
mingħajr dewmien wara t-tlestija tal-valutazzjoni tar-rapporti tal-allokazzjoni mir-rieżaminatur estern, ir-rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ li jkunu nħarġu;
mingħajr dewmien wara l-valutazzjoni tar-rapporti tal-impatt mir-rieżaminatur estern, ir-rapport tal-impatt jirrieżamina r-rieżamijiet li huma jkunu ħarġu.
KAPITOLU 4
Forniment ta’ servizzi minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz
Artikolu 39
Dispożizzjonijiet ġenerali
L-ESMA għandha tirreġistra rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun applika għall-forniment ta’ servizzi tar-rieżaminaturi esterni f’konformità ma’ dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha f’konformità mal-paragrafu 1 (ir-“rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant”) biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 40(1);
l-applikant ta’ pajjiż terz ikun irreġistrat jew awtorizzat biex jipprovdi s-servizzi ta’ rieżami estern li għandhom jiġu pprovduti fl-Unjoni u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi li jiżguraw konformità sħiħa mar-rekwiżiti applikabbli f’dak il-pajjiż terz;
ikunu ġew stabbiliti arranġamenti ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 40(3).
Jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz b’dan u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.
Jekk l-applikazzjon tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotfika lir- ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz b’dan.
L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz applikant ikun beħsiebu jesternalizza ċerti attivitajiet ta’ rieżami estern.
Artikolu 40
Deċiżjoni dwar l-ekwivalenza
Il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni fir-rigward ta’ pajjiż terz li tiddikjara li l-oqsfa legali u superviżorji ta’ dak il-pajjiż terz jiżguraw dan li ġej:
li r-rieżaminaturi esterni reġistrati jew awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw ma’ rekwiżiti organizzazzjonali u ta’ kondotta kummerċjali legalment vinkolanti b’effett ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fil-miżuri ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament;
li l-qafas legali ta’ dak il-pajjiż terz jipprevedi sistema ekwivalenti effettiva għar-rikonoxximent ta’ rieżaminaturi esterni rreġistrati jew awtorizzati fl-ambitu tal-liġi ta’ dak il-pajjiż terz.
Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-qafas organizzazzjonali u ta’ kondotta kummerċjali ta’ pajjiż terz li jkollu effett ekwivalenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament meta, fi ħdan dak il-qafas, l-entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ rieżami estern ikunu soġġetti għal dan li ġej:
reġistrazzjoni jew awtorizzazzjoni u superviżjoni u infurzar effettivi fuq bażi kontinwa;
rekwiżiti organizzazzjonali adegwati fil-qasam tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern;
regoli xierqa tal-kondotta tal-operazzjonijiet.
L-ESMA għandha tistabbilixxi arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi li l-ofqsa legali u superviżorji tagħhom ikunu ġew rikonoxxuti bħala effettivament ekwivalenti f’konformità mal-paragrafu 1. Dawn l-arranġamenti għandhom jispeċifikaw dan li ġej:
il-mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni kollha dwar ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz irreġistrati jew awtorizzati f’pajjiżi terzi li tintalab mill-ESMA;
il-mekkaniżmu għan-notifika fil-pront lill-ESMA meta awtorità kompetenti ta’ pajjiż terz tqis li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li jkun taħt is-superviżjoni tagħha, u li l-ESMA tkun irreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 67, ikun qed jikser il-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni tiegħu jew il-liġi applikabbli;
il-proċeduri dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji inkluż, meta jkun xieraq, l-ispezzjonijiet fuq il-post.
Artikolu 41
Irtirar tar-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz
L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz billi tneħħi lil dak ir-rieżaminatur estern mir-reġistru msemmi fl-Artikolu 67 meta jkollha raġunijiet fondati sew, abbażi ta’ evidenza dokumentarja, biex temmen li, fil-forniment tas-servizzi skont dan ir-Regolament fl-Unjoni, ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz:
jaġixxi b’manjiera li tkun ċarament ta’ preġudizzju għall-interessi tal-investituri jew tal-funzjonament ordnat tas-swieq; jew
ikun kiser serjament il-liġijiet u r-regolamenti, applikabbli għalih fil-pajjiż terz ikkonċernat u li abbażi tagħhom il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 40(1).
L-ESMA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 1 wara li:
tkun irreferiet il-kwistjoni lill-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz ikkonċernat u dik l-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz ma tkunx ħadet il-miżuri neċessarji biex tipproteġi lill-investituri u l-funzjonament ordnat tas-swieq fl-Unjoni jew tkun naqset milli turi li r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz ikkonċernat jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli għalih f’dak il-pajjiż terz; u
tkun infurmat lill-awtorità superviżorja ta’ pajjiż terz ikkonċernat dwar l-intenzjoni tagħha li tirtira r-reġistrazzjoni tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz mill-inqas 30 jum qabel l-irtirar.
Artikolu 42
Rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz
Rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent għandu jkollu rappreżentant legali stabbilit fl-Unjoni. Dak ir-rappreżentant legali għandu:
ikun responsabbli, flimkien mar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent, biex jiżgura li l-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 u f’dak ir-rigward għandu jkun responsabbli quddiem l-ESMA għall-imġiba tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximentfl-Unjoni;
jaġixxi f’isem ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent bħala l-punt ewlieni ta’ kuntatt mal-ESMA u ma’ kwalunkwe persuna oħra fl-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tar-rieżaminatur estern skont dan ir-Regolament; u
ikollu biżżejjed għarfien, għarfien espert u riżorsi biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan il-paragrafu.
Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent dwar dan u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent ikollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.
Meta l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent dwar dan.
L-ESMA tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu bi 15-il jum tax-xogħol meta r-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz li qed ifittex rikonoxximent ikun beħsiebu jesternalizza ċerti attivitajiet ta’ rieżami estern.
L-ESMA għandha tressaq dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi implimentattivi lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Diċembru 2025.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 43
Approvazzjoni ta’ servizzi skont dan ir-Regolament ipprovduti f’pajjiż terz
Rieżaminatur estern stabbilit fl-Unjoni li jkun irreġistrat f’konformità mal-Artikolu 23 jista’ japplika għand l-ESMA għal awtorizzazzjoni ta’ approvazzjoni tas-servizzi pprovduti minn rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fuq bażi kontinwa fl-Unjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ir-rieżaminatur estern li jkun vverifika u jista’ juri fuq bażi kontinwa lill-ESMA li l-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jissodisfa rekwiżiti li jkunu mill-inqas stretti daqs ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
ir-rieżaminatur estern ikollu l-għarfien espert meħtieġ biex jimmonitorja b’mod effettiv l-attività tal-forniment ta’ servizzi skont dan ir-Regolament mir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz u biex jimmaniġġa r-riskji assoċjati;
ir-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz jiġi invokat għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet oġġettivi li ġejjin:
l-ispeċifiċitajiet tas-swieq jew tal-investimenti sottostanti;
il-prossimità tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz għas-swieq, għall-emittenti jew għall-investituri ta’ pajjiż terz;
l-għarfien espert tar-rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz fil-forniment ta’ servizzi ta’ rieżami estern jew fi swieq jew investimenti speċifiċi.
Meta l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni kif xieraq u għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni jkollu jagħti l-informazzjoni addizzjonali.
Meta l-applikazzjoni tkun kompluta, l-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni kif xieraq.
Fi żmien 45 jum tax-xogħol mill-wasla tal-applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha teżamina l-applikazzjoni u tadotta deċiżjoni biex tawtorizza jew tirrifjuta l-approvazzjoni. L-ESMA għandha tinnotifika lir-rieżaminatur estern li jagħti l-approvazzjoni bid-deċiżjoni tagħha. Id-deċiżjoni għandha tagħti raġunijiet u għandha tidħol fis-seħħ fil-ħames jum tax-xogħol wara l-adozzjoni tagħha.
TITOLU V
SUPERVIŻJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI U MILL-ESMA
KAPITOLU 1
Awtoritajiet kompetenti
Artikolu 44
Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari maħtura skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2017/1129 għandhom jissorveljaw dan li ġej:
emittenti ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej fir-rigward tal-konformità mal-obbligi tagħhom skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 u l-Artikoli 18 u 19;
emittenti li jużaw il-mudelli komuni previsti fl-Artikolu 21 fir-rigward tal-konformità ma’ dawk il-mudelli.
Artikolu 45
Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti
Sabiex jaqdu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, mill-inqas is-setgħat superviżorji u investigattivi li ġejjin:
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw l-iskedi informattivi tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej imsemmija fl-Artikolu 10 jew jinkludu f’dawk l-iskedi informattivi l-informazzjoni msemmija fl-Anness I;
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rieżamijiet u valutazzjonijiet;
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapporti tal-allokazzjoni annwali jew jinkludu fir-rapporti tal-allokazzjoni annwali l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;
li jirrikjedu lill-emittenti jippubblikaw rapport tal-impatt jew jinkludu fir-rapport tal-impatt l-informazzjoni msemmija fl-Anness III;
li jirrikjedu lill-emittenti jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-pubblikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15(4);
meta l-emittenti jużaw il-mudelli komuni previsti fl-Artikolu 21, biex jirrikjedu li dawk l-emittenti jinkludu l-elementi msemmija fihom fid-divulgazzjonijiet perjodiċi ta’ wara l-ħruġ tagħhom;
li jirrikjedu lill-awdituri u lill-maniġment superjuri tal-emittent jipprovdu informazzjoni u dokumenti;
li jissospendu offerta jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li l-emittent naqas milli jikkonforma ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikolu 18 jew 19;
li jipprojbixxu offerta jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-emittent għadu jonqos milli jikkonforma ma’ obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikolu 18 jew 19;
li jissospendu r-reklami għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi, jew jirrikjedu lill-emittenti tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jew lill-intermedjarji finanzjarji kkonċernati jissospendu r-reklami għal massimu ta’ 10 ijiem tax-xogħol konsekuttivi fi kwalunkwe okkażjoni unika meta jkun hemm bażi raġonevoli biex jissuspettaw li l-emittent naqas milli jikkonforma mal-obbligu skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2, jew l-Artikolu 18 jew 19;
li jipprojbixxu reklami, jew jirrikjedu lill-emittenti ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej jew l-intermedjarji finanzjarji kkonċernati li jwaqqfu r-reklami meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li l-emittent għadu jonqos milli jikkonforma ma’ obbligu skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II jew l-Artikoli 18 jew 19;
li jippubblikaw il-fatt li emittent tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ikun qed jonqos milli jikkonforma ma’ dan ir-Regolament, u jirrikjedu lill-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu;
li jipprojbixxu emittent milli joħroġ Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena fil-każ li emittent, b’mod ripetut u sever, kiser il-Kapitolu 2 tat-Titolu II jew l-Artikoli 18 jew 19;
li, wara perjodu ta’ tliet xhur wara r-rekwiżit imsemmi fil-punt (l) ta’ dan is-subparagrafu, jagħmlu pubbliku l-fatt li l-emittent tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej ma jibqax jikkonforma mal-Artikolu 3 fir-rigward tal-użu tad-deżinjazzjoni “Bonds Ekoloġiċi Ewropej” jew “EuGB”, u li jirrikjedi lil dak l-emittent jippubblika dik l-informazzjoni fuq is-sit web tiegħu;
li jwettqu spezzjonijiet jew investigazzjonijiet fuq il-post f’siti għajr dawk tar-residenzi privati ta’ persuni fiżiċi, u għal dak il-fini li jidħlu fil-proprjetà sabiex jaċċessaw dokumenti u data oħra fi kwalunkwe forma, meta jkun hemm suspett raġonevoli li jeżistu dokumenti u data oħra relatati mas-suġġett tal-ispezzjoni jew tal-investigazzjoni li jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi pprovat ksur ta’ dan ir-Regolament.
Meta jkun meħtieġ skont id-dritt nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità ġudizzjarja rilevanti biex tiddeċiedi dwar l-użu tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet u s-setgħat tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:
direttament;
f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;
taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lill-awtoritajiet imsemmija fil-punt (b);
b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.
Artikolu 46
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri li jkunu għażlu, f’konformità mal-Artikolu 49(5), li jistabbilixxu penali kriminali għal ksur ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ miżuri xierqa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa li jikkollaboraw mal-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan il-ġuriżdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika relatata ma’ investigazzjonijiet kriminali jew proċedimenti legali mibdija għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament u jipprovdu l-istess lill-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn biex iwettqu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw ma’ xulxin għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għal informazzjoni jew fuq talba li tikkoopera f’investigazzjoni fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li ġejjin biss:
meta l-konformità mat-talba x’aktarx li taffettwa ħażin l-investigazzjoni, l-attivitajiet ta’ infurzar jew investigazzjoni kriminali tagħha stess;
meta l-proċedimenti legali jkunu diġà nbdew fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet rilevanti ta’ dik l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru indirizzat;
meta ġudizzju finali jkun digà ngħata fir-rigward tal-persuni msemmija fil-punt (b), għall-istess azzjonijiet f’dik l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Meta awtorità kompetenti tirċievi talba mingħand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor biex twettaq spezzjoni fuq il-post jew investigazzjoni, din tista’ tagħmel kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
twettaq spezzjonijiet jew investigazzjoni fuq il-post hija stess;
tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba biex tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-post jew fl-investigazzjoni;
tippermetti lill-awtorità kompetenti li tkun ressqet it-talba biex twettaq l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni hija stess;
taħtar awdituri jew esperti biex iwettqu l-ispezzjoni fuq il-post jew l-investigazzjoni;
taqsam kompiti speċifiċi relatati ma’ attivitajiet superviżorji mal-awtoritajiet kompetenti l-oħrajn.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 47
Segretezza professjonali
Artikolu 48
Miżuri kawtelatorji
Artikolu 49
Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji u investigattivi tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 45, u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu penali amministrattivi u jieħdu miżuri amministrattivi oħrajn xierqa li għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Dawk il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħrajn għandhom japplikaw għal:
ksur mill-emittenti tal-obbligi tagħhom skont it-Titolu II, il-Kapitolu 2 jew l-Artikoli 18, 19 jew 21;
nuqqas ta’ kooperazzjoni jew konformità ma’ investigazzjoni, ma’ spezzjoni jew ma’ rekwiżiti skont l-Artikolu 45(1).
L-Istati Membri għandhom, f’konformità mad-dritt nazzjonali, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu l-penali amministrattivi li ġejjin u miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward tal-ksur imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1:
dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew il-persuna ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur f’konformità mal-Artikolu 45(1), il-punt (1);
ordni li tirrikjedi lill-persuna fiżika jew lill-persuna ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba li tikkostitwixxi l-ksur;
ordni li tipprojbixxi lill-persuna fiżika jew lill-persuna ġuridika milli toħroġ Bonds Ekoloġiċi Ewropej għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena;
multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas id-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minħabba l-ksur meta dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
fil-każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 500 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Diċembru 2023, jew 0,5 % tal-fatturat annwali totali ta’ dik il-persuna ġuridika skont l-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji disponibbli approvati mill-korp maniġerjali;
fil-każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi ta’ mill-inqas EUR 50 000 , jew, fl-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-20 ta’ Diċembru 2023.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), meta l-persuna ġuridika tkun impriża omm jew sussidjarja ta’ impriża omm li tkun meħtieġa tħejji rapporti finanzjarji konsolidati f’konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, il-fatturat annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni fil-qasam tal-kontabbiltà skont l-aktar kontijiet konsolidati disponibbli reċenti approvati mill-korp maniġerjali tal-impriża omm aħħarija.
Artikolu 50
Eżerċitar tas-setgħat superviżorji u tas-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali
Meta jkunu qed jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha inkluż, meta jkun xieraq:
il-gravità u t-tul ta’ żmien tal-ksur;
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;
l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna responsabbli għall-ksur;
kwalunkwe miżura meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.
Artikolu 51
Dritt ta’ appell
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament ikunu rraġunati kif suppost u soġġetti għad-dritt ta’ appell quddiem qorti.
Artikolu 52
Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
Meta l-pubblikazzjoni tal-identità tal-entitajiet ġuridiċi, jew l-identità jew tad-data personali tal-persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li tkun sproporzjonata wara valutazzjoni każ b’każ mwettqa fuq il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ din id-data, jew meta din il-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta’ investigazzjoni li tkun għaddejja, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu wieħed minn dawn li ġejjin:
jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva sal-mument li fih ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni jieqfu jeżistu;
jippubblikaw id-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva fuq bażi anonima b’mod li jkun f’konformità mad-dritt nazzjonali, meta din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata;
ma jippubblikawx id-deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva fil-każ li l-għażliet stabbiliti fil-punti (a) u (b) jitqiesu li ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw:
li ma tiġix ipperikolata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji; jew
il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri meqjusa bħala ta’ natura minuri.
Fil-każ ta’ deċiżjoni li tiġi ppubblikata penali amministrattiva jew miżura oħra amministrattiva fuq bażi anonima, kif imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi ddifferita għal perjodu raġonevoli meta jkun mistenni li f’dak il-perjodu r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jkunux se jibqgħu jeżistu.
Artikolu 53
Rapportar tal-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħrajn lill-ESMA
KAPITOLU 2
ESMA
Artikolu 54
Talbiet għall-informazzjoni
L-ESMA tista’ fuq talba sempliċi jew b’deċiżjoni, tirrikjedi lill-persuni li ġejjin jagħtu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament:
il-persuni li jwettqu b’mod effettiv in-negozju tar-rieżaminatur estern;
il-membri tal-korpi superviżorji, maniġerjali jew amministrattivi tar-rieżaminatur estern;
il-membri tal-maniġment superjuri tar-rieżaminatur estern;
kwalunkwe persuna involuta direttament fl-attivitajiet ta’ valutazzjoni tar-rieżaminatur estern;
ir-rappreżentanti legali u l-impjegati ta’ entitajiet li lilhom rieżaminatur estern ikun esternalizza ċerti funzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 33;
il-persuni li b’xi mod ieħor ikunu relatati jew konnessi mill-qrib u b’mod sostanzjali mal-proċess tal-immaniġġar tar-rieżaminatur estern, inklużi l-azzjonisti li jkollhom mill-inqas 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tar-rieżaminatur estern jew f’kumpanija li jkollha s-setgħa li teżerċita kontroll jew influwenza dominanti fuq ir-rieżaminatur estern;
kwalunkwe persuna li taġixxi bħala, jew li tagħmilha ta’ rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun irreġistrata bħala tali, u kwalunkwe persuna li twettaq kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (f) f’isem tali persuna.
Meta tibgħat talba sempliċi għal informazzjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
tiddikjara l-fini tat-talba;
tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tinforma lill-persuna li għaliha tkun intalbet l-informazzjoni li mhijiex obbligata tipprovdi l-informazzjoni iżda li, f’każ ta’ tweġiba volontarja għat-talba, l-informazzjoni pprovduta teħtieġ tkun korretta u ma tkunx qarrieqa; u
tindika l-multa potenzjali prevista fl-Artikolu 60, meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa.
Meta tirrikjedi l-forniment ta’ informazzjoni b’deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-ESMA għandha:
tirreferi għal dan l-Artikolu bħala l-bażi ġuridika ta’ dik it-talba;
tiddikjara l-fini tat-talba;
tispeċifika x’informazzjoni tkun meħtieġa;
tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni;
tindika l-pagamenti ta’ penali perjodiċi previsti fl-Artikolu 61 meta l-produzzjoni tal-informazzjoni mitluba ma tkunx kompluta;
tindika l-multa prevista fl-Artikolu 60 meta t-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru jkunu skorretti jew qarrieqa;
tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi appellata quddiem il-Bord tal-Appell f’konformità mal-Artikoli 58 u 59 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u li d-deċiżjoni tiġi rrieżaminata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (il-“Qorti tal-Ġustizzja”) f’konformità mal-Artikoli 60 u 61 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 55
Investigazzjonijiet ġenerali
Sabiex taqdi dmirijietha skont dan ir-Regolament, l-ESMA tista’ twettaq investigazzjonijiet meħtieġa tal-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1). Għal dak il-għan, l-uffiċjali u persuni oħrajn awtorizzati mill-ESMA għandu jkollhom is-setgħa li:
jeżaminaw kwalunkwe rekord, data, proċedura u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, irrispettivament mill-mezz li dawn ikunu maħżuna fuqu;
jieħdu jew jiksbu kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri u materjal ieħor;
isejħu u jitolbu lil kwalunkwe persuna msemmija fl-Artikolu 54(1) jew lir-rappreżentanti jew membri tal-persunal tagħhom għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u l-fini tal-ispezzjoni u sabiex jinżamm rekord tat-tweġibiet;
jintervistaw lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens tagħha li tiġi intervistata għall-finijiet tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
jitolbu rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data.
Artikolu 56
Spezzjonijiet fuq il-post
Artikolu 57
Eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 54, 55 u 56
Is-setgħat mogħtija lill-ESMA, lil kwalunkwe uffiċjal tal-ESMA jew lil kwalunkwe persuna oħra awtorizzata mill-ESMA skont l-Artikolu 54, 55 jew 56 ma għandhomx jintużaw biex jirrikjedu d-divulgazzjoni ta’ informazzjoni jew ta’ dokumenti li jkunu soġġetti għall-privileġġ legali.
Artikolu 58
Skambju ta’ informazzjoni
Artikolu 59
Miżuri superviżorji mill-ESMA
Meta, f’konformità mal-Artikolu 63(8), l-ESMA ssib li persuna tkun wettqet wieħed mit-tipi ta’ ksur elenkati fl-Artikolu 60(1), din għandha tadotta deċiżjoni li tieħu waħda jew aktar mill-azzjonijiet li ġejjin:
tirtira r-reġistrazzjoni ta’ rieżaminatur estern;
tirtira r-rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern minn pajjiż terz;
tipprojbixxi temporanjament lir-rieżaminatur estern milli jkompli jwettaq l-attivitajiet skont dan ir-Regolament madwar l-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur;
tissospendi r-reġsitrazzjoni ta’ rieżaminatur estern ta’ pajjiż terz;
tirrikjedi lill-persuna ttemm il-ksur;
timponi multi skont l-Artikolu 60;
timponi pagamenti ta’ penali perjodiċi skont l-Artikolu 61;
toħroġ avviż pubbliku.
L-ESMA għandha tirtira r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent ta’ rieżaminatur estern fi kwalunkwe miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
ir-rieżaminatur estern ikun irrinunzja b’mod espliċitu r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent jew ma jkunx għamel użu mir-reġistrazzjoni jew mir-rikonoxximent fi żmien 36 xahar wara li tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent;
ir-rieżaminatur estern ikun kiseb ir-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew bi kwalunkwe mezz irregolari ieħor;
ir-rieżaminatur estern ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom ikun ġie rreġistrat jew rikonoxxut.
Meta l-ESMA tirtira r-reġistrazzjoni jew ir-rikonoxximent tar-rieżaminatur estern, din għandha tagħti raġunijiet sħaħ fid-deċiżjoni tagħha.
L-irtirar għandu jkollu effett immedjat.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
id-durata u l-frekwenza tal-ksur;
jekk ir-reat finanzjarju ġiex ikkawżat, iffaċilitat jew inkella ġiex attribwit b’mod ieħor għall-ksur;
jekk il-ksur ikunx twettaq b’intenzjoni jew b’negliġenza;
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli għall-ksur, kif indikat mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u l-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri;
l-importanza tal-profitti miksuba, tat-telf evitat mill-persuna responsabbli għall-ksur jew tat-telf għall-partijiet terzi kkawżat mill-ksur, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;
il-livell ta’ kooperazzjoni mal-ESMA tal-persuna responsabbli għall-ksur, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;
il-ksur preċedenti ta’ dan ir-Regolament mill-persuna responsabbli għall-ksur;
il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-persuna responsabbli għall-ksur biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.
Id-divulgazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi dan li ġej:
dikjarazzjoni li tafferma d-dritt tal-persuna responsabbli għall-ksur li tappella d-deċiżjoni;
meta jkun rilevanti, dikjarazzjoni li tafferma li jkun sar appell u li tispeċifika li dan l-appell ma jkollux effett sospensiv;
dikjarazzjoni li tasserixxi li jkun possibbli għall-Bord tal-Appell tal-ESMA li jissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
Artikolu 60
Multi
L-ESMA għandha tadotta deċiżjoni li timponi multa f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta, f’konformità mal-Artikolu 63(8), issib li rieżaminatur estern jew kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fl-Artikolu 54(1) tkun wettqet, b’intenzjoni jew b’negliġenza, wieħed jew aktar mit-tipi ta’ ksur li ġejjin:
nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 24(1) jew ma’ kwalunkwe dispożizzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitoli 2 u 3;
it-tressiq ta’ dikjarazzjonijiet foloz meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern, jew l-użu ta’ kwalunkwe mezz irregolari ieħor biex tinkiseb din ir-reġistrazzjoni;
nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni b’rispons għal deċiżjoni li tirrikjedi informazzjoni skont l-Artikolu 54 jew l-għoti ta’ informazzjoni skorretta jew qarrieqa b’rispons għal talba għal informazzjoni jew għal deċiżjoni;
l-ostakolar ta’ investigazzjoni jew in-nuqqas ta’ konformità ma’ investigazzjoni skont l-Artikolu 55(1), il-punt (a), (b), (c), jew (e);
nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 56, billi ma tingħatax spjegazzjoni dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini ta’ spezzjoni, jew billi tingħata spjegazzjoni skorretta jew qarrieqa;
il-bidu tal-attività tar-rieżaminaturi esterni jew li wieħed jagħmilha ta’ rieżaminatur estern, mingħajr ma tkun saret reġistrazzjoni bħala rieżaminatur estern.
Ksur għandu jitqies li jkun twettaq intenzjonalment jekk l-ESMA ssib fatturi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.
Meta tiddetermina l-livell ta’ multa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tqis il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 59(3).
Artikolu 61
Pagamenti ta’ penali perjodiċi
L-ESMA għandha, permezz ta’ deċiżjoni, timponi pagament ta’ penali perjodiku sabiex iġġiegħel:
persuna ttemm ksur, f’konformità ma’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 59(1), il-punt (e);
persuna msemmija fl-Artikolu 54(1):
tipprovdi informazzjoni kompluta li tkun rikjesta b’deċiżjoni skont l-Artikolu 54;
tissottometti ruħha għal investigazzjoni u, b’mod partikolari, tipproduċi rekords, data u proċeduri kompluti jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ u tikkompleta u tikkoreġi informazzjoni oħra pprovduta f’investigazzjoni mnedija permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 55; jew
tissottometti ruħha għal spezzjoni fuq il-post ordnata permezz ta’ deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 56.
Artikolu 62
Divulgazzjoni, natura, infurzar u allokazzjoni tal-multi u tal-pagamenti ta’ penali perjodiċi
Għall-finijiet tal-infurzar tal-multi u tal-pagamenti ta’ penali perjodiċi, l-ESMA għandha tapplika r-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz li fih il-multa jew il-pagament ta’ penali perjodiku jkunu infurzati.
Artikolu 63
Regoli proċedurali sabiex jittieħdu miżuri superviżorji u jiġu imposti multi
Artikolu 64
Smigħ tal-persuni soġġetti għal deċiżjonijiet skont l-Artikoli 59, 60 u 61
Artikolu 65
Rieżami mill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkollha ġuriżdizzjoni mingħajr limiti biex tirrieżamina d-deċiżjonijiet li bihom l-ESMA tkun imponiet multa jew pagament ta’ penali perjodiku skont dan ir-Regolament. Hija tista’ tannulla, tnaqqas jew iżżid il-multa jew il-pagament ta’ penali perjodiku impost.
Artikolu 66
Tariffi ta’ reġistrazzjoni, ta’ rikonoxximent u dawk superviżorji
B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-rieżaminaturi esterni li l-fatturat annwali tagħhom ikun inqas minn ċertu ammont jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu li jħallsu tariffa, kif speċifikat aktar fl-att delegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3.
Meta tabbozza l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-limitu tal-fatturat annwali tar-rieżaminaturi esterni fil-livell tal-grupp li taħtu ma għandha tiġi imposta l-ebda tariffa, u għandha tispeċifika wkoll il-mod li bih il-fatturat annwali għandu jiġi kkalkolat għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dak il-limitu.
Artikolu 67
Reġistru tal-ESMA tar-rieżaminaturi esterni u tar-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz
L-ESMA għandha żżomm fuq is-sit web tagħha reġistru aċċessibbli għall-pubbliku li jelenka dan li ġej:
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23;
ir-rieżaminaturi esterni li jkunu temporanjament ipprojbiti milli jkomplu jwettqu l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-Artikolu 59;
ir-rieżaminaturi esterni li kellhom ir-reġistrazzjoni tagħhom irtirata f’konformità mal-Artikolu 59;
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li jistgħu jipprovdu servizzi fl-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 39;
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz rikonoxxuti f’konformità mal-Artikolu 42;
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23 li japprovaw servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 43;
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li r-reġistrazzjoni tagħhom ġiet irtirata u li m’għadhomx jużaw id-drittijiet skont l-Artikolu 39 meta l-Kummissjoni tirtira d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 40(1) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz;
ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz li r-rikonoxximent tagħhom ġie sospiż jew irtirat;
ir-rieżaminaturi esterni rreġistrati f’konformità mal-Artikolu 23 li m’għadhomx jistgħu japprovaw is-servizzi pprovduti minn rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 43.
TITOLU VI
ATTI DELEGATI
Artikolu 68
Eżerċizzju tad-delega
TITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 69
Dispożizzjoni tranżitorji li jikkonċernaw rieżaminaturi esterni
Artikolu 70
Dispożizzjonijiet tranżitorji li jikkonċernaw rieżaminaturi esterni minn pajjiżi terzi
Ir-rieżaminaturi esterni ta’ pajjiż terz imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom:
jagħmlu l-aħjar sforzi biex jikkonformaw mal-Artikoli 24 sa 38 bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(2) u l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 26(3), 27(2), 28(3), 29(4), 30(3), 31(4) u 33(7);
ikollhom rappreżentant legali stabbilit fl-Unjoni li għandu jikkonforma mal-Artikolu 42(3).
Artikolu 71
Rieżami
Sal-21 ta’ Diċembru 2028 u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-ESMA u mal-Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli stabbilita mir-Regolament (UE) 2020/852, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, sa fejn ikun possibbli, mill-inqas dan li ġej:
l-adozzjoni tal-istandard Ewropew għall-Bonds Ekoloġiċi u s-sehem mis-suq tiegħu, kemm fl-Unjoni kif ukoll fuq livell globali, b’mod partikolari mill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju;
l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq it-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, fuq in-nuqqas tal-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), u fuq ir-ridirezzjonar tal-flussi tal-kapital privat lejn investimenti sostenibbli;
il-funzjonament, u s-superviżjoni mill-ESMA, tas-suq għar-rieżaminaturi esterni;
l-adegwatezza, u l-impatt fuq ir-rieżaminaturi esterni u fuq il-baġit tal-ESMA, tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 66(3);
il-kredibbiltà, u kwalunkwe każ ta’ abbuż, tal-pretensjonijiet ambjentali fis-suq tal-bonds ekoloġiċi;
il-funzjonament tas-suq tal-bonds marbuta mas-sostenibbiltà, inklużi l-kredibbiltà u l-kwalità tal-pretensjonijiet rilevanti;
il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-kriterji ta’ pajjiż terz għad-determinazzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tat-tassonomija, dment li jkun hemm salvagwardji speċifiċi fis-seħħ sabiex jiġu żgurati objettivi ekwivalenti, għall-finijiet tal-awtorizzazzjoni tal-allokazzjoni tal-użu tar-rikavati ta’ Bond Ekoloġiku Ewropew f’konformità ma’ tali kriterji ta’ pajjiż terz;
l-impatt prattiku tal-Artikolu 5 fuq l-użu tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, il-kwalità ambjentali tal-użu tar-rikavat tagħhom, u r-raġunijiet għaliex il-flessibbiltà prevista f’dak l-Artikolu ma tipprevjenix it-tranżizzjoni lejn il-finanzjament ta’ attivitajiet ambjentalment sostenibbli;
l-implimentazzjoni tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament, inkluż l-użu tal-mudelli msemmija f’dak it-Titolu mill-emittenti ta’ bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli jew ta’ bonds marbuta mas-sostenibbiltà, kemm jekk dawn il-bonds jiġu kkummerċjalizzati fiż-Żona Ekonomika Ewropea kif ukoll jekk le, analiżi tal-adozzjoni ta’ dawk il-mudelli, l-evoluzzjoni tas-suq u l-konsistenza ta’ dawk il-mudelli mad-dritt rilevanti tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament (UE) 2019/2088.
Artikolu 72
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
SKEDA INFORMATTIVA DWAR IL-BOND EKOLOĠIKU EWROPEW
Dan id-dokument u l-kontenut tiegħu mhumiex soġġetti għal kwalunkwe approvazzjoni jew endorsjar mill-ESMA jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.
1. Informazzjoni ġenerali — [Data tal-pubblikazzjoni tal-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej] — [L-isem legali tal-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) tal-fornitur] — [L-indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif jikkuntattjaw lill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-isem tal-bond assenjat mill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, in-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tal-bond(s)] — [Meta jkun disponibbli, id-data jew il-perjodu ppjanat tal-ħruġ] — [l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rieżaminatur estern] — [Meta jkun applikabbli, l-isem tal-awtorità kompetenti li approvat il-prospett(i) tal-bonds] |
2. Informazzjoni importanti — [Id-dikjarazzjoni li ġejja: “[Dan il-bond juża] [Dawn il-bonds jużaw] id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).”] — [Meta r-rikavati mill-bonds ikunu maħsuba biex jiġu allokati f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, id-dikjarazzjoni li ġejja: “[Dan il-Bond Ekoloġiku Ewropew jagħmel] [Dawn il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jagħmlu] użu mill-flessibbiltà li tippermetti nonallinjament parzjali mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (‘il-kriterji ta’ skrinjar tekniku’), kif deskritt aktar fit-Taqsima 4 ta’ din l-iskeda informattiva.”] |
3. Strateġija ambjentali u raġuni fundamentali [Dikjarazzjoni dwar jekk l-emittent għandux l-intenzjoni li jikseb rieżami estern tal-informazzjoni sottomessa taħt din it-Taqsima permezz ta’ rieżami tar-rapport tal-impatt.] Deskrizzjoni ġenerali — [Informazzjoni dwar il-mod li bih il-bond(s) huwa mistenni jikkontribwixxi/huma mistennija jikkontribwixxu għall-istrateġija ambjentali usa’ tal-emittent, inklużi l-għanijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 segwiti mill-bond(s).] Rabta mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-assi, il-fatturat, u l-CapEx (nefqa kapitali) u l-OpEx (nefqa operatorja) — [Sal-punt disponibbli għall-emittent fil-mument tal-ħruġ, u meta l-emittent ikun soġġett għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, deskrizzjoni ta’ kif u sa liema punt (eż., espressi bħala bidla perċentwali stmata sena b’sena) ir-rikavati mill-bonds huma mistennija jikkontribwixxu għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-emittent għall-assi, il-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija.] Rabta mal-pjanijiet ta’ tranżizzjoni — [Meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew, meta jkun applikabbli, l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew meta l-emittent jippubblika volontarjament il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni: — — il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds huma maħsuba li jikkontribwixxu għall-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet. L-informazzjoni tista’ tingħata fil-livell ta’ attività ekonomika jew fil-livell ta’ proġett bi proġett; u — link għas-sit web fejn jiġu ppubblikati dawk il-pjanijiet.] Titolizzazzjoni [Meta jkun applikabbli fil-każ ta’ titolizzazzjoni, deskrizzjoni tal-mod li bih ikun hemm konformità mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 u l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 19(2) ta’ dak ir-Regolament.] |
4. Allokazzjoni maħsuba tar-rikavat mill-bonds [L-informazzjoni elenkata hawn taħt għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell tal-attività ekonomika, u idealment fil-livell tal-proġett jew tal-grupp ta’ proġetti. Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi jew għadd kbir ta’ proġetti kwalifikanti sottostanti u kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-ammont ta’ dettall li jsir disponibbli. Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livell tal-programm.] Allokazzjoni maħsuba għal attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija — [Jekk l-emittent hux qed jalloka r-rikavati skont l-approċċ gradwali jew ta’ portafoll, u jekk il-bond(s) [huwiex/humiex] bond(s) ta’ titolizzazzjoni.] — [Il-proporzjon minimu ta’ rikavati mill-bonds li huwa meħtieġ skont il-pjanijiet tal-emittent li għandu jintuża għal attivitajiet li huma ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, skont il-metodoloġija fir-rapport tal-allokazzjoni (il-proporzjon għandu jkun mill-inqas 85 %)]: [XX] % tar-rikavati mill-bonds.] — [Meta jkun disponibbli, indikazzjoni tas-sehem tar-rikavati mill-bonds li għandhom jintużaw għall-finanzjament (fis-sena tal-ħruġ jew wara s-sena tal-ħruġ) u għar-rifinanzjament.] — [Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds ikunu ppjanati li jiġu allokati għall-eżenzjoni mit-taxxa kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, stima tal-volum mistenni tat-telf tad-dħul assoċjat mal-eżenzjoni mit-taxxa eliġibbli.] — [Meta jkun disponibbli, l-objettiv(i) ambjentali fil-mira, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852.] — [Għal kull waħda mill-attivitajiet ekonomiċi li għalihom huwa maħsub li jiġi allokat ir-rikavat, l-informazzjoni dwar it-tipi, is-setturi u l-kodiċijiet rispettivi tan-NACE tagħhom f’konformità mal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).] Allokazzjoni maħsuba għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi allinjati mat-tassonomija — [Meta r-rikavati mill-bonds ikunu maħsuba biex jiġu allokati għal attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja, liema tip ta’ attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja hija maħsuba għall-finanzjament u, meta jkun disponibbli, l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati maħsuba biex jiġu allokati għal kull tip ta’ attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja.] — [Meta jkun applikabbli, l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati maħsuba biex jiġu allokati għal attivitajiet allinjati mat-tassonomija relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili f’konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852.] Allokazzjoni maħsuba għal attivitajiet ekonomiċi mhux allinjati mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku — [Meta r-rikavati mill-bonds ikunu maħsuba li jiġu allokati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2631, dikjarazzjoni li r-rikavati [netti] mill-bond huma maħsuba li jiġu allokati parzjalment għal attivitajiet ekonomiċi li mhumiex allinjati mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku. L-emittent għandu jiddeskrivi dan in-nonallinjament, l-attivitajiet ikkonċernati u, meta jkun disponibbli, il-perċentwal stmat tar-rikavati maħsuba biex jiffinanzjaw tali attivitajiet bħala total u fuq bażi ta’ kull attività, inkluż tqassim li jiddeskrivi liema punt(i) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 qed jintuża/qed jintużaw. Barra minn hekk, spjegazzjoni għaliex il-kriterji ta’ skrinjar tekniku ma jistgħux jiġu applikati u spjegazzjoni tal-mod li bih l-emittent biħsiebu jiżgura li dawk l-attivitajiet jikkonformaw mal-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2023/2631 u l-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/852.] Proċess u skeda ta’ żmien għall-allokazzjoni [Iż-żmien stmat wara l-ħruġ tal-bonds sal-allokazzjoni sħiħa tar-rikavati mill-bonds.] [Deskrizzjoni tal-proċessi li bihom l-emittent se jiddetermina kif il-proġetti jallinjaw mal-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artkolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852 (‘kriterji tat-tassonomija’).] Kostijiet tal-ħruġ [Stima tal-ammont tal-kostijiet kumulattivi tal-ħruġ li jitnaqqsu mir-rikavati, kif permess skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631, flimkien ma’ spjegazzjoni.] |
5. L-impatt ambjentali tar-rikavati mill-bonds [Meta jkun disponibbli, stima tal-impatti ambjentali antiċipati tar-rikavati mill-bond(s). Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, dan għandu jiġi ġġustifikat.] |
6. Tagħrif dwar ir-rapportar [Link għas-sit web tal-emittent kif meħtieġ mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631.] [Meta jkun applikabbli, link għar-rapporti rilevanti tal-emittent, bħar-rapport konsolidat dwar il-ġestjoni jew ir-rapport konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva 2013/34/UE.] Id-data li fiha jibda l-ewwel perjodu ta’ rapportar, jekk tkun differenti mid-data tal-ħruġ, kif stabbilit fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631. — [Indikazzjoni ta’ jekk ir-rapporti dwar l-allokazzjoni humiex ser jinkludu informazzjoni għal kull proġett dwar l-ammonti allokati u l-impatti ambjentali pożittivi mistennija] |
7. Pjan CapEx — [Meta jkun applikabbli, deskrizzjoni dettaljata tal-Pjan CapEx imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2023/2631 inkluż il-parametri ewlenin użati mill-emittent biex jiddetermina l-allinjament tal-assi jew l-attivitajiet rilevanti mar-rekwiżiti tat-tassonomija sa tmiem il-perijodu previst f’dak l-Artikolu.] |
8. Informazzjoni oħra relevanti |
(1)
Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(3)
Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(4)
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). |
[Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni, ir-referenzi f’dan id-dokument għall-emittent għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-oriġinatur u, meta jkun xieraq, sostitwiti b’referenzi għall-oriġinatur]
ANNESS II
RAPPORT ANNWALI DWAR L-ALLOKAZZJONI TAL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ
[meta r-rapport tal-allokazzjoni jiġi rieżaminat, it-titolu għandu jirrifletti dan]
Dan id-dokument u l-kontenut tiegħu mhumiex soġġetti għal kwalunkwe approvazzjoni jew endorsjar mill-ESMA jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.
1. Informazzjoni ġenerali — [Data tal-ħruġ tal-bond(s) jew segmenti tal-bond(s)] — [Data tal-pubblikazzjoni tar-rapport dwar l-allokazzjoni] — [L-ewwel u l-aħħar data tal-perjodu li għalih jirreferi r-rapport annwali tal-allokazzjoni: [data – data]] — [L-isem legali tal-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) tal-emittent] — [L-indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif jikkuntattjaw lill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-isem tal-bond assenjat mill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, in-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tal-bond(s) u tas-segmenti tiegħu/tagħhom] — [Meta r-rapport tal-allokazzjoni kien soġġett għal rieżami ta’ wara l-ħruġ, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rieżaminatur estern] — [Meta jkun applikabbli, l-isem tal-awtorità kompetenti li approvat il-prospett(i) tal-bonds] |
2. Informazzjoni importanti [Id-dikjarazzjoni li ġejja: “[Dan il-bond juża] [Dawn il-bonds jużaw] id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).”] [Meta r-rikavati mill-bonds [ikunu maħsuba biex jiġu] [ġew] allokati f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, id-dikjarazzjoni li ġejja: “[Dan il-Bond Ekoloġiku Ewropew jagħmel] [Dawn il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jagħmlu] użu mill-flessibbiltà li tippermetti nonallinjament parzjali mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku stabbiliti fl-atti delegati dottati skont l-Artikolu 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (‘il-kriterji ta’ skrinjar tekniku’), kif deskritt aktar fit-Taqsima 4 ta’ dan ir-rapport tal-allokazzjoni.”] |
3. Strateġija ambjentali u raġuni fundamentali Deskrizzjoni ġenerali [L-għanijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 fil-mira tal-bond(s)] Rabta mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-assi, il-fatturat, il-CapEx u l-OpEx [Meta l-emittent ikun soġġett għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, deskrizzjoni ta’ kif, sa liema punt (eż., espress bħala bidla perċentwali sena wara sena), u f’liema perjodi finanzjarji, ir-rikavati mill-bonds jikkontribwixxu għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-emittent tal-assi, il-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija, filwaqt li jitqiesu l-ammonti fit-tabella “Totali” fit-Tabella A, meta jkun applikabbli.] Rabta mal-pjan ta’ tranżizzjoni [meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew, meta jkun applikabbli, l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew meta l-emittent jippubblika volontarjament il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni; — il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds jikkontribwixxu għall-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet. L-informazzjoni tista’ tingħata fil-livell ta’ attività ekonomika jew fil-livell ta’ proġett bi proġett; u — link għas-sit web fejn jiġu ppubblikati dawk il-pjanijiet.] Titolizzazzjoni [Meta jkun applikabbli fil-każ ta’ titolizzazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631.] |
4. Allokazzjoni tar-rikavati mill-bonds [L-informazzjoni elenkata hawn taħt għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell tal-attività ekonomika, u idealment fil-livell tal-proġett jew tal-grupp ta’ proġetti. Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi jew għadd kbir ta’ proġetti kwalifikanti sottostanti u kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-ammont ta’ dettall li jsir disponibbli. Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livell tal-programm.] Allokazzjoni għal attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija — [Jekk l-emittent hux qed jalloka r-rikavati skont l-approċċ gradwali jew l-approċċ ta’ portafoll, u jekk il-bond(s) [huwiex/humiex] bond(s) ta’ titolizzazzjoni.] — [Meta jkun applikabbli skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) 2023/2631, dikjarazzjoni li l-kompożizzjoni tal-portafoll tal-assi finanzjarji u/jew tal-assi fissi ma nbidlitx, meta mqabbla mas-sena koperta mir-rapport tal-allokazzjoni preċedenti.] — [L-emittent għandu jikkompleta t-Tabella A jew it-Tabella B hawn taħt, skont jekk jintużax l-approċċ gradwali jew l-approċċ tal-portafoll għall-allokazzjoni tar-rikavati. It-totali korrispondenti għandhom jiġu kkompletati wkoll.] — [Konferma tal-konformità mal-Artikolu 3, punt (c), tar-Regolament (UE) 2020/852 (salvagwardji minimi).] — [Meta l-emittent ikun sovran, u r-rikavati mill-bonds ġew allokati għall-eżenzjoni mit-taxxa kif stabbilit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, stima tal-volum tat-telf tad-dħul assoċjat mal-eżenzjoni mit-taxxa eliġibbli.] Allokazzjoni għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi allinjati mat-tassonomija — [Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għal attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja, liema tip ta’ attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja hija ffinanzjata u l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati allokati għal kull tip ta’ attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja.] — [Meta jkun applikabbli, l-ammont u l-proporzjon ta’ assi relatati ma’ attivitajiet allinjati mat-tassonomija relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili f’konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852.] Allokazzjoni għal attivitajiet ekonomiċi mhux allinjati mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku — [Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2631, dikjarazzjoni li r-rikavati [netti] mill-bond huma allokati parzjalment għal attivitajiet ekonomiċi li mhumiex allinjati mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku. L-emittent għandu jiddeskrivi dan in-nonallinjament, l-attivitajiet ikkonċernati u l-perċentwal tar-rikavati li ġew allokati għal tali attivitajiet bħala total u fuq bażi ta’ kull attività, inkluż tqassim li jiddeskrivi liema punt(i) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 qed jintuża/qed jintużaw. Barra minn hekk, spjegazzjoni għaliex il-kriterji ta’ skrinjar tekniku ma jistgħux jiġu applikati u spjegazzjoni tal-mod li bih l-emittent żgura li dawk l-attivitajiet jikkonformaw mal-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2023/2631 u l-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/852.] Kostijiet tal-ħruġ — [Stima tal-ammont tal-kostijiet kumulattivi tal-ħruġ li jitnaqqsu mir-rikavati, kif permess skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631, flimkien ma’ spjegazzjoni.] |
5. L-impatt ambjentali tar-rikavati mill-bonds [L-ebda informazzjoni mhi meħtieġa taħt din l-intestatura għal dan ir-rapport] |
6. Tagħrif dwar ir-rapportar — [Link għas-sit web tal-emittent kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631] — [Meta jkun applikabbli, link għar-rapporti rilevanti tal-emittent, bħar-rapport konsolidat dwar il-ġestjoni jew ir-rapport konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva 2013/34/UE.] |
7. Pjan CapEx — [Meta jkun applikabbli, il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan CapEx imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2023/2631 u d-data stmata tat-tlestija tal-proġetti li hemm fih.] — [Meta kien hemm kwalunkwe dewmien jew devjazzjoni li għandha impatt sinifikanti fuq l-implimentazzjoni tal-pjan CapEx, l-emittent għandu jipprovdi r-raġunijiet għal dan, f’konformità mal-Artikolu 11(2) ta’ dak ir-Regolament.] — [Meta jkun applikabbli, il-pjan imsemmi fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-Regolament.] |
8. Informazzjoni oħra relevanti |
(1)
Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(3)
Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19). |
[Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni, ir-referenzi għall-emittent f’dan id-dokument għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-oriġinatur u, meta jkun xieraq, sostitwiti b’referenzi għall-oriġinatur]
Tabella A: Allinjament tat-tassonomija tal-informazzjoni dwar ir-rikavati għall-bonds li jagħmlu użu mill-approċċ gradwali għall-allokazzjoni ta’ rikavati mill-bonds
[L-informazzjoni elenkata hawn taħt għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell tal-attività ekonomika u idealment fil-livell tal-proġett jew tal-grupp ta’ proġetti. Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi jew għadd kbir ta’ proġetti kwalifikanti sottostanti u kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-ammont ta’ dettall li jsir disponibbli. Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 4(3), l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livell tal-programm.]
L-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt tkopri l-perjodu mill-ħruġ tal-bond ikkonċernat sad-data tar-rapportar.
1. L-isem, il-post u d-deskrizzjoni tal-proġett (jew grupp ta’ proġetti jew attività ekonomika) |
1.1. (għal kull proġett/grupp ta’ proġetti/attività ekonomika, kif applikabbli) [Isem] |
1.2. [Post] |
1.3. [Deskrizzjoni bażika] |
2. Ammont ta’ rikavati allokati mill-bond(s) |
2.1. [ir-rikavati mill-bonds allokati għal dan il-proġett/grupp ta’ proġetti/attività ekonomika mid-data tal-ħruġ] |
2.2. [ir-rikavati mill-bonds allokati għal dan il-proġett/grupp ta’ proġetti/attività ekonomika fil-perjodu ta’ rapportar.] |
2.3. Is-sehem tal-proġett li huwa ffinanzjat mill-bond(s) |
3. Is-sehem tar-rikavati mill-bonds użati għall-finanzjament (fis-sena tal-ħruġ jew wara s-sena tal-ħruġ) u għar-rifinanzjament (aktar bikri) |
3.1. [is-sehem tal-ammont fir-ringiela 2.1 użat għall-finanzjament u r-rifinanzjament] |
3.2. [is-sehem tal-ammont fir-ringiela 2.2 użat għall-finanzjament u r-rifinanzjament] |
4. Tip u settur ta’ attivitajiet ekonomiċi ffinanzjati mill-bond(s) |
4.1. [Għal kull waħda mill-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-proġett iffinanzjat mill-bond(s): it-tipi/is-setturi] |
4.2. [Għal kull waħda mill-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-proġett iffinanzjat mill-bond(s): meta jkun applikabbli, il-kodiċijiet rispettivi tan-NACE tagħhom f’konformità mal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)] |
5. L-ammont ta’ rikavati allokati mill-bond(s) li huma allinjati mat-tassonomija |
5.1. [mir-rikavati totali mill-bonds allokati għall-proġett, l-ammont li huwa allokat għal attività li hija allinjata mat-tassonomija mid-data tal-ħruġ] |
5.2. [is-sehem perċentwali tal-ammont mogħti fir-ringiela 2.1] |
5.3. [mir-rikavati mill-bonds allokati għall-proġett fil-perjodu tar-rapportar, l-ammont li huwa allokat għal attività li hija allinjata mat-tassonomija fil-perjodu tar-rapportar] |
5.4. [is-sehem perċentwali tal-ammont mogħti fir-ringiela 2.2] |
6. Objettivi ambjentali u kriterji ta’ skrinjar tekniku |
6.1. [L-objettiv(i) ambjentali fil-mira, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852] |
6.2. [Indikazzjoni ta’ liema atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jintużaw biex jiġu ddeterminati l-kriterji ta’ skrinjar tekniku, u d-dati tal-applikazzjoni tagħhom] |
6.3. [Informazzjoni dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati għall-kalkolu tal-metriċi tal-impatt ewlenin skont l-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, u għal kwalunkwe metrika tal-impatt addizzjonali.] |
7. In-natura tal-assi u l-infiq ambjentalment sostenibbli |
7.1. [mill-ammont allokat fil-perjodu ta’ rapportar fir-ringiela 5.3, l-ammont tan-nefqa kapitali] |
7.2. [mill-ammont allokat fil-perjodu ta’ rapportar fir-ringiela 5.3, l-ammont tan-nefqa operatorja] |
7.3. [tal-ammont allokat fil-perjodu ta’ rapportar fir-ringiela 5.3, l-ammont tal-assi fissi] |
7.4. [tal-ammont allokat fil-perjodu ta’ rapportar fir-ringiela 5.3, l-ammont tal-assi finanzjarji] |
8. Informazzjoni oħra relevanti |
8.1. [Informazzjoni rilevanti oħra, bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali rilevanti, kif ukoll links għal siti web b’informazzjoni rilevanti u links għal dokumenti pubbliċi rilevanti b’informazzjoni aktar dettaljata, bħas-sit web tal-kumpannija li jiddeskrivi l-proġett jew rapport minn konsulenza ambjentali] |
(1)
Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1). |
Totali:
Mill-ħruġ |
[perjodu ta’ rapportar] |
Ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati mill-ħruġ: [X] Li minnhom, l-ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati għal attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija minn meta nħarġu: [X] |
Ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati fil-perjodu ta’ rapportar: [X] Li minnhom, l-ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati għal attivitajiet ekonomiċi allinjati mat-tassonomija fil-perjodu ta’ rapportar: [X] Li minnhom: — Ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati għan-nefqa kapitali allinjata mat-tassonima fil-perjodu ta’ rapportar: [X] — Ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati għan-nefqa kapitali allinjata mat-tassonomija fil-perjodu ta’ rapportar: [X] — Ammont totali ta’ rikavati mill-bonds allokati għal [nefqiet oħrajn] allinjati mat-tassonomija fil-perjodu ta’ rapportar: [X] |
Tabella B: Allinjament tat-tassonomija tal-informazzjoni dwar ir-rikavati għall-bonds li jagħmlu użu mill-approċċ ta’ portafoll għall-allokazzjoni tar-rikavati mill-bonds
[L-informazzjoni elenkata hawn taħt għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell tal-attività ekonomika, u idealment fil-livell tal-proġett jew tal-grupp ta’ proġetti. Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi jew għadd kbir ta’ proġetti kwalifikanti sottostanti u kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-ammont ta’ dettall li jsir disponibbli. Xi informazzjoni jew l-informazzjoni kollha meħtieġa tista’ tingħata barra mill-format tat-tabella.]
L-informazzjoni fit-tabella ta’ hawn taħt tkopri l-perjodu ta’ rapportar.
Bonds Ekoloġiċi Ewropej Pendenti |
Portafoll ta’ assi ambjentalment sostenibbli |
[Ħarsa ġenerali tal-bonds ekoloġiċi Ewropej pendenti kollha, li tindika l-valur individwali u kkombinat tagħhom.] |
[Ħarsa ġenerali tal-assi finanzjarji eliġibbli u tal-assi kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2023/2631 fuq il-karta bilanċjali tal-emittent, li tindika: 1. [Isem, post, u deskrizzjoni bażika tal-proġett] 2. [Meta jkun disponibbli, indikazzjoni tar-rikavati li huma maħsuba biex jiġu allokati għal dan il-proġett mill-bond] 3. [Meta jkun disponibbli, indikazzjoni tas-sehem tal-ammont fil-punt 2 li għandu jintuża għall-finanzjament u r-rifinanzjament] 4. [Għal kull waħda mill-attivitajiet ekonomiċi relatati mal-proġett iffinanzjat mill-bond: it-tipi/is-setturi u, meta jkun applikabbli, il-kodiċijiet rispettivi tan-NACE tagħhom f’konformità mal-klassifikazzjoni tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006] 5. [Meta jkun disponibbli, l-ammont tar-rikavati għal dak il-proġett iffinanzjat mill-bond li huma allokati għal attività li hija allinjata mat-tassonomija] [sehem perċentwali tal-ammont mogħti fil-punt 2] 6. [L-objettiv(i) ambjentali fil-mira, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852] [Indikazzjoni ta’ liema atti delegati adottati f’konformità mal-Artikolu 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 jintużaw biex jiġu ddeterminati l-kriterji ta’ skrinjar tekniku, u d-dati tal-applikazzjoni tagħhom] [Informazzjoni dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati għall-kalkolu tal-metriċi tal-impatt ewlenin f’konformità mal-atti delegati adottati skont l-Artikoli 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) u 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852, u għal kwalunkwe metrika tal-impatt addizzjonali.] 7. [Meta jkun disponibbli, it-tqassim tal-ammont imsemmi fil-punt 5 skont jekk ir-rikavati humiex allokati għal assi fissi jew assi finanzjarji.] 8. [Meta jkun applikabbli, żidiet jew tneħħijiet mill-portafoll tal-proġett f’każ li jiżdiedu Bonds Ekoloġiċi Ewropej ġodda mal-portafoll jew li l-Bonds Ekoloġiċi Ewropej (li jimmaturaw) jitneħħew mill-portafoll]. 9. [Meta jkun disponibbli, indika l-ammont u/jew l-għadd ta’ proġetti ġodda meta mqabbel mal-ammont ta’ ħruġ ġdid ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej fis-sena kalendarja tal-ħruġ.] 10. [Informazzjoni rilevanti oħra, bħall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni ambjentali (KPIs) rilevanti, kif ukoll links għal siti web b’informazzjoni rilevanti u links għal dokumenti pubbliċi rilevanti b’informazzjoni aktar dettaljata. |
Valur totali tal-portafoll ta’ Bonds Ekoloġiċi Ewropej pendenti: |
Valur totali tal-portafoll ta’ assi ambjentalment sostenibbli: Valur totali tal-portafoll ta’ assi ambjentalment sostenibbli relatati ma’ attività li hija allinjata mat-tassonomija: |
ANNESS III
RAPPORT DWAR L-IMPATT TAL-BONDS EKOLOĠIĊI EWROPEJ
[Meta r-rapport tal-impatt jiġi rivedut, it-titolu għandu jirrifletti dan.]
Dan id-dokument u l-kontenut tiegħu mhumiex soġġetti għal kwalunkwe approvazzjoni jew endorsjar mill-ESMA jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.
1. Informazzjoni ġenerali — [Data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-impatt] — [Meta jkun applikabbli, id-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-impatt rivedut] — [Data tal-ħruġ tal-bond(s) jew segmenti tal-bond(s)] — [L-isem legali tal-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) tal-fornitur] — [L-indirizz tas-sit web li jipprovdi lill-investituri informazzjoni dwar kif jikkuntattjaw lill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-isem tal-bond assenjat mill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, in-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tal-bond(s) u tas-segmenti tiegħu/tagħhom] — [Meta r-rapport tal-impatt ġie vvalutat minn rieżaminatur estern, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rieżaminatur estern] — [Meta jkun applikabbli, l-isem tal-awtorità kompetenti li approvat il-prospett(i) tal-bonds] |
2. Informazzjoni importanti — [Id-dikjarazzjoni li ġejja: “[Dan il-bond juża] [Dawn il-bonds jużaw] id-deżinjazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” f’konformità mar-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).”] — [Meta r-rikavati mill-bonds ġew allokati f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament, id-dikjarazzjoni li ġejja: “[Dan il-Bond Ekoloġiku Ewropew jagħmel] [Dawn il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej jagħmlu] użu mill-flessibbiltà li tippermetti nonallinjament parzjali mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku tat-tassonomija stabbiliti fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 10(3), 11(3), 12(2), 13(2), 14(2) jew 15(2) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (‘il-kriterji ta’ skrinjar teknku’), kif deskritt aktar fit-Taqsima 4 ta’ dan ir-rapport tal-impatt.”] |
3. Strateġija ambjentali u raġuni fundamentali Deskrizzjoni ġenerali — [Informazzjoni dwar il-mod kif il-bond(s) ikkontribwixxa (ikkontribwixxew) għall-istrateġija ambjentali usa’ tal-emittent.] — [Meta jkun applikabbli, spjegazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fl-istrateġija ambjentali usa’ tal-emittent mill-pubblikazzjoni tal-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoliġiċi Ewropej] — [l-objettivi ambjentali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 fil-mira tal-bond(s).]; Indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) tan-nefqa kapitali u tan-nefqa operatorja — [Meta l-emittent ikun soġġett għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852, deskrizzjoni ta’ kif, sa liema punt (eż., espress bħala bidla perċentwali sena wara sena) u f’liema perjodi finanzjarji r-rikavati mill-bonds ikkontribwew għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni tal-emittent tal-assi, il-fatturat, in-nefqa kapitali u n-nefqa operatorja allinjati mat-tassonomija.] Rabta mal-pjan ta’ tranżizzjoni — [Meta l-emittent ikun soġġett għal obbligu li jippubblika l-pjanijiet skont l-Artikolu 19a(2), il-punt (a)(iii), jew, meta jkun applikabbli, l-Artikolu 29a(2), il-punt (a)(iii), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew meta l-emittent jippubblika volontarjament il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni; — — il-mod li bih ir-rikavati mill-bonds ikkontribwew għall-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ dawk il-pjanijiet. L-informazzjoni tista’ tingħata fil-livell ta’ attività ekonomika aggregata jew fil-livell ta’ proġett bi proġett; u — link għas-sit web fejn jiġu ppubblikati dawk il-pjanijiet.] |
4. Allokazzjoni ta’ rikavati minn bonds [L-informazzjoni elenkata hawn taħt għandha tiġi pprovduta mill-inqas fil-livell tal-attività ekonomika, u idealment fil-livell tal-proġett jew tal-grupp ta’ proġetti. Ftehimiet ta’ kunfidenzjalità, kunsiderazzjonijiet kompetittivi jew għadd kbir ta’ proġetti kwalifikanti sottostanti u kunsiderazzjonijiet simili jistgħu jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-ammont ta’ dettall li jsir disponibbli. Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati għan-nefqa kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2023/2631, l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livell tal-programm.] Allokazzjoni għal attivitajiet ekonomiċi speċifiċi allinjati mat-tassonomija [Il-proporzjon ta’ rikavati mill-bonds li ġie allokat għal attivitajiet li huma ambjentalment sostenibbli skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2020/852, skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2023/2631] [XX] % tar-rikavati mill-bonds.] [Meta r-rikavati mill-bonds ġew allokati għal attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja, l-ispeċifikazzjoni tal-attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja u l-ammont u l-proporzjon tar-rikavati allokati għal kull tip ta’ attività ekonomika abilitanti jew tranżitorja.] [Meta jkun applikabbli, l-ammont u l-proporzjon ta’ assi relatati ma’ attivitajiet allinjati mat-tassonomija relatati mal-enerġija nukleari u mal-gass fossili f’konformità mal-Artikoli 10(2) u 11(3) tar-Regolament (UE) 2020/852.] Allokazzjoni għal attivitajiet ekonomiċi mhux allinjati mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku [Meta r-rikavati mill-bonds ġew allokati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2631, dikjarazzjoni li r-rikavati [netti] mill-bond ġew allokati parzjalment għal attivitajiet ekonomiċi li mhumiex allinjati mal-kriterji ta’ skrinjar tekniku. L-emittent għandu jiddeskrivi dan in-nonallinjament, l-attivitajiet ikkonċernati u l-perċentwal tar-rikavati li ġew allokati għal tali attivitajiet bħala total u fuq bażi ta’ kull attività, inkluż tqassim li jiddeskrivi liema punt(i) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631 intuża/intużaw. Barra minn hekk, spjegazzjoni għaliex il-kriterji ta’ skrinjar tekniku ma setgħux jiġu applikati u spjegazzjoni dwar il-mod li fih l-emittent kien żgura li dawk l-attivitajiet jikkonformaw mal-Artikolu 5(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2023/2631 u l-Artikolu 3, il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/852.] |
5. L-impatt ambjentali tar-rikavati mill-bonds — [Stima tal-impatti ambjentali pożittivi u negattivi f’forma aggregata.] — [Informazzjoni dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati biex jiġu evalwati l-impatti tal-proġetti, meta l-iskeda informattiva tal-bonds ekoloġiċi Ewropej tal-bond ma kinitx tinkludi din l-informazzjoni.] — [Informazzjoni dwar l-impatti ambjentali pożittivi u negattivi tal-proġetti u, meta jkun disponibbli, il-metriċi relatati. Meta din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-livell tal-proġett, dan irid jiġi spjegat.] — [Meta l-emittent ikun jixtieq jinkludiha, l-informazzjoni dwar jekk u kif il-proġett ikkontribwixxa għall-aspetti l-oħra ta’ sostenibbiltà tal-bond, inklużi l-aspetti soċjali tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, bħal pereżempju billi pprovda impjiegi ġodda, taħriġ mill-ġdid u infrastruttura lokali lill-komunitajiet affettwati mit-tranżizzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi lejn is-sostenibbiltà.] — [Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2631, l-emittent għandu jirrapporta din l-informazzjoni b’mod separat għal dawk il-proġetti u l-attivitajiet.] |
6. Tagħrif dwar ir-rapportar — [Link għas-sit web tal-emittent kif imsemmi fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2023/2631.] — [Meta jkun applikabbli, link għar-rapporti rilevanti tal-emittent, bħar-rapport konsolidat dwar il-ġestjoni jew ir-rapport konsolidat dwar is-sostenibbiltà skont id-Direttiva 2013/34/UE.] |
7. Pjan CapEx [Meta jkun applikabbli, il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjan CapEx imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2023/2631.] |
8. Informazzjoni oħra relevanti |
(1)
Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(3)
Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19). |
[Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni, ir-referenzi għall-emittent f’dan id-dokument għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-oriġinatur u, meta jkun xieraq, sostitwiti b’referenzi għall-oriġinatur]
ANNESS IV
KONTENUT TAR-RIEŻAMIJIET TA’ QABEL IL-ĦRUĠ U TA’ WARA L-ĦRUĠ JEW RIEŻAMIJIET TAR-RAPPORTI TAL-IMPATT
Dan id-dokument u l-kontenut tiegħu mhumiex soġġetti għal kwalunkwe approvazzjoni jew endorsjar mill-ESMA jew kwalunkwe awtorità kompetenti oħra.
It-titolu “Rieżami ta’ qabel il-ħruġ”, “Rieżami ta’ wara l-ħruġ” jew “Rieżami tar-rapport tal-impatt” għandu jidher b’mod prominenti fin-naħa ta’ fuq tal-ewwel paġna tad-dokument. |
1. Informazzjoni ġenerali — [Data tal-pubblikazzjoni tar-rieżami] — [Data tal-ħruġ tal-bond(s) jew segmenti tal-bond(s)] — [Data tal-pubblikazzjoni tal-iskeda informattiva relatata tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej, u meta jkun applikabbli, tar-rapport tal-allokazzjoni relatat, jew ir-rapport tal-impatt] — [L-isem legali tal-emittent] — [Meta jkun disponibbli, l-identifikatur tal-entità ġuridika (LEI) tal-fornitur] — [Meta jkun disponibbli, l-isem tal-bond assenjat mill-emittent] — [Meta jkun disponibbli, in-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tal-bond(s) u tas-segmenti tiegħu/tagħhom] — [l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rieżaminatur estern, inkluż l-indirizz tas-sit web tiegħu] — [L-isem u t-titlu tal-impjieg tal-analista ewlieni f’attività ta’ valutazzjoni partikolari] — [L-isem u l-pożizzjoni tal-persuna primarjament responsabbli għall-approvazzjoni tar-rieżami] — [Meta jkun rilevanti, id-data li fiha r-rieżami ġie aġġornat l-aħħar u spjegazzjoni li tagħti fid-dettall ir-raġuni għall-aġġornament] — [Meta jkun applikabbli, servizzi oħra pprovduti mir-rieżaminatur estern għall-entità vvalutata flimkien ma’ deskrizzjoni ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess reali jew potenzjali] |
2. Stqarrijiet introduttorji [Għar-rieżamijiet ta’ qabel il-ħruġ: Dikjarazzjoni li rieżaminatur estern ikun ivvaluta l-iskeda informattiva dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej kompluta stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)] [Għar-rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ: Dikjarazzjoni li rieżaminatur estern ikun ivvaluta r-rapport komplut dwar l-allokazzjoni stabbilit fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2023/2631] [Għar-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt: Dikjarazzjoni li r-rieżaminatur estern ikun ivvaluta r-rapport komplut tal-impatt tal-Bonds Ekoloġiċi Ewropej stabbilit fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2023/2631]; [Dikjarazzjoni li dan ir-rieżami jirrappreżenta opinjoni indipendenti tar-rieżaminatur estern, u li għandu jiġi fdat biss sa ċertu punt] |
3. Dikjarazzjonijiet dwar l-allinjament tal-użu tar-rikavati mar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) [Din it-taqsima għandha tiġi kkompletata biss fil-każ ta’ rieżami ta’ qabel il-ħruġ jew ta’ rieżami ta’ wara l-ħruġ.] [Dikjarazzjoni dwar l-allinjament tal-użu tar-rikavati tal-Bond Ekoloġiku Ewropew (jew tal-Bonds) mar-Regolament (UE) 2020/852 abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-emittent lir-rieżaminatur estern: — meta l-opinjoni espressa mir-rieżaminatur indipendenti tkun pożittiva, dikjarazzjoni li l-bond(s) jissodisfa(w) – jew huwa mistenni li jissodisfa/huma mistennija li jissodisfaw, meta jkun rilevanti – ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2023/2631 fir-rigward tal-użu tar-rikavati; — meta l-opinjoni espressa mir-rieżaminatur indipendenti tkun negattiva, dikjarazzjoni li l-bond(s) ma jissodisfax/jissodisfawx – jew mhux mistenni li jissodisfa/mhux mistennija li jissodisfaw, meta jkun rilevanti – ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2023/2631 fir-rigward tal-użu tar-rikavati, u li d-denominazzjoni “Bond Ekoloġiku Ewropew” jew “EuGB” tista’ tintuża biss jekk il-bond jiġi sottomess għal rieżami ġdid u jikseb opinjoni pożittiva] |
4. Sorsi, metodoloġiji ta’ valutazzjoni, u suppożizzjonijiet ewlenin — [Informazzjoni dwar is-sorsi li kien hemm fiduċja fihom għat-tħejjija tar-rieżami, inklużi links għad-data tal-kejl u l-metodoloġija applikata, meta disponibbli] — [Spjegazzjoni tal-metodoloġiji ta’ valutazzjoni u s-suppożizzjonijiet ewlenin] — [Spjegazzjoni tas-suppożizzjonijiet u r-rekwiżiti tat-tassonomija użati, tal-limiti u l-inċertezzi li jiċċirkondaw il-metodoloġiji użati u dikjarazzjoni ċara dwar jekk ir-rieżaminatur estern iqisx li l-kwalità tal-informazzjoni pprovduta mill-emittent jew parti terza relatata hija suffiċjenti biex jitwettaq ir-rieżami u sa liema punt ir-rieżaminatur estern ipprova jivverifika l-informazzjoni pprovduta b’dan il-mod] |
5. Valutazzjoni u opinjoni [F’kull każ abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-emittent lir-rieżaminatur estern - għandha tiġi speċifikata, meta jkun xieraq] [Għar-rieżamijiet ta’ qabel il-ħruġ: — valutazzjoni dettaljata dwar jekk l-iskeda informattiva kompletata tallinjax ruħha mal-Artikoli 4 sa 8 tar-Regolament (UE) 2023/2631; — L-opinjoni tar-rieżaminatur estern dwar il-valutazzjoni msemmija hawn fuq; — Meta r-rikavati mill-bonds ikunu maħsuba li jiġu allokati f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/22631, il-valutazzjoni u l-opinjoni għandhom jiġu pprovduti fit-taqsima ddedikata.] [Għar-rieżamijiet ta’ wara l-ħruġ: — Valutazzjoni dettaljata dwar jekk l-emittent allokax ir-rikavati tal-bond f’allinjament mal-Artikoli 4 sa 8 tar-Regolament (UE) 2023/2631; — Valutazzjoni ta’ jekk l-emittent ikkonformax mal-użu maħsub tar-rikavati stabbilit fl-iskeda informattiva tal-Bond Ekoloġiku Ewropew; — L-opinjoni tar-rieżaminatur estern dwar iż-żewġ valutazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż; — Għal assi jew attivitajiet li huma soġġetti għal Pjan CapEx, valutazzjoni mat-tlestija tiegħu ta’ jekk dawk l-assi jew attivitajiet jissodisfawx ir-rekwiżiti tat-tassonomija; — Meta r-rikavati mill-bonds jiġu allokati skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2023/2631, il-valutazzjoni u l-opinjoni għandhom jiġu pprovduti fit-taqsima ddedikata. Il-valutazzjoni għandha tindika jekk kull wieħed mir-rekwiżiti rilevanti ta’ dak l-Artikolu ġiex issodisfat.] [Għar-rieżamijiet tar-rapporti tal-impatt: — Valutazzjoni ta’ jekk il-ħruġ tal-bond huwiex allinjat mal-istrateġija ambjentali usa’ u l-loġika tal-emittent; — Valutazzjoni tal-impatt ambjentali indikat tar-rikavati mill-bonds; — L-opinjoni tar-rieżaminatur estern dwar il-valutazzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni inċiż.] |
6. Kull informazzjoni oħra [Kull informazzjoni oħra li r-rieżaminatur jista’ jqis rilevanti għar-rieżami tiegħu ta’ qabel jew ta’ wara l-ħruġ] |
(1)
Ir-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej u d-divulgazzjonijiet fakultattivi għall-bonds ikkummerċjalizzati bħala ambjentalment sostenibbli u għall-bonds marbuta mas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2631, 30.11.2023, http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2631/oj).
(2)
Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13). |
[Fil-każ ta’ bond ta’ titolizzazzjoni, ir-referenzi għall-emittent f’dan id-dokument għandhom jiġu interpretati li jirreferu għall-oriġinatur u, meta jkun xieraq, sostitwiti b’referenzi għall-oriġinatur.]
( 1 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).
( 3 ) Ir-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385/58).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).