Ce document est extrait du site web EUR-Lex
Document 02023R2462-20250101
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/2462 of 22 August 2023 supplementing Regulation (EU) 2019/1022 of the European Parliament and of the Council by specifying details of the landing obligation for certain demersal stocks in the western Mediterranean Sea
Texte consolidé: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2462 tat-22 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/2462 tat-22 ta’ Awwissu 2023 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran
02023R2462 — MT — 01.01.2025 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2462 tat-22 ta’ Awwissu 2023 (ĠU L 2462 6.11.2023, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2992 tas-26 ta’ Lulju 2024 |
L 2992 |
1 |
2.12.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2462
tat-22 ta’ Awwissu 2023
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Baħar Mediterran
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art
L-obbligu ta’ ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Punent tal-Baħar Mediterran għas-sajd demersali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM” (“GSAs”) tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (“GFCM”) kif inhuma definiti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ).
“il-Punent tal-Baħar Mediterran” tfisser is-Subżoni Ġeografiċi tal-GFCM 1, 2, 5, 6, 7, 8, 9, 10,11.1, 11.2 u 12.
Artikolu 3
Eżenzjonijiet marbuta mal-kapaċità ta’ sopravivenza
L-eżenzjoni mill-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li għalihom, l-evidenza xjentifika turi rati għoljin ta’ sopravivenza, fil-Punent tal-Baħar Mediterran, għandha tapplika:
għall-arzella tal-pellegrini (Pecten jacobaeaus) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD).
għall-vongole (Venerupis spp.) maqbuda bil-gangmi mekkanizzati (HMD).
għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo) maqbuda bis-snanar u bix-xlief (LHP, LHM, LLS, LLD, LL, LTL, LX).
għall-awwista (Homarus gammarus) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) u bil-pots u n-nases (FPO, FIX).
għall-awwisti (Palinuridae) maqbuda bix-xbieki (GNS, GN, GND, GNC, GTN, GTR, GEN) u bil-pots u n-nases (FPO, FIX).
għall-gandoffli ta’ Venere (Venus spp.) li jinqabdu bil-gangmi mekkanizzati (HMD).
għall-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ kollha (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX) minn Jannar sa Ġunju u minn Settembru sa Diċembru.
għall-iskampu (Nephrops norvegicus) li jinqabad bin-nases u bix-xbieki tat-tidwir (FPO, FIX).
Artikolu 4
Eżenzjonijiet de minimis
B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet ta’ speċijiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(4), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013:
għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.) sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet maqbuda minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.
għall-merluzz (Merluccius merluccius) u għat-trill (Mullus spp.), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet maqbuda minn bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti.
għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea), għall-awrata (Sparus aurata) u għall-gamblu abjad (Parapenaeus longirostris) sa massimu ta’ 5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet maqbuda minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ.
għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella ħamra (Pagellus bogaraveo), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea), għall-awrata (Sparus aurata) sa massimu ta’ 3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet maqbuda minn bastimenti li jużaw l-għeżula u l-pariti, u
għall-ispnotta (Dicentrarchus labrax), għall-isparlu (Diplodus annularis), għall-mogħża (Diplodus puntazzo), għas-sargu komuni (Diplodus sargus), għax-xirgien (Diplodus vulgaris), għaċ-ċerna (Epinephelus spp.), għall-ajula (Lithognathus mormyrus), għall-bażuga (Pagellus acarne), għall-paġella (Pagellus erythrinus), għall-pagru (Pagrus pagrus), għall-ħanżir tal-fond (Polyprion americanus), għal-lingwata komuni (Solea solea) u għall-awrat (Sparus aurata), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet maqbuda minn bastimenti li jużaw is-snanar u x-xlief, u
għall-gambli tal-fond (gambli blu u ħomor (Aristeus antennatus) u gambli kbar ħomor (Aristaeomorpha folicea)), sa massimu ta’ 1 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dawk l-ispeċijiet li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB, TBN, TBS, TB, OT, PT, TX).
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).