Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02022R1159-20220706

    Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1159 tal-11 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1159/2022-07-06

    02022R1159 — MT — 06.07.2022 — 000.002


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1159

    tal-11 ta’ Marzu 2022

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 179 6.7.2022, p. 11)


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 220, 25.8.2022, p.  3 (2022/1159)




    ▼B

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1159

    tal-11 ta’ Marzu 2022

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Prinċipji tad-divulgazzjoni

    L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-prinċipji li ġejjin:

    (a) 

    id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-istess livell ta’ verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tad-ditta tal-investiment.

    (b) 

    Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu ċari. Dawn għandhom jiġu ppreżentati f’forma li tinftiehem mill-utenti tal-informazzjoni u kkomunikati permezz ta’ mezz aċċessibbli. Messaġġi importanti għandhom jiġu enfasizzati u jkunu faċli biex jinstabu. Kwistjonijiet kumplessi għandhom jiġu spjegati f’lingwaġġ sempliċi. L-informazzjoni relatata għandha tiġi ppreżentata flimkien.

    (c) 

    Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu sinifikanti u konsistenti matul iż-żmien biex l-utenti tal-informazzjoni jkunu jistgħu jqabblu l-informazzjoni minn perjodu ta’ divulgazzjoni għal ieħor.

    (d) 

    Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet kwalitattivi u kull informazzjoni supplimentari oħra li tista’ tkun meħtieġa sabiex l-utenti ta’ dik l-informazzjoni jifhmuhom, filwaqt li tittieħed nota b’mod partikolari ta’ kull bidla sinifikanti f’kull divulgazzjoni partikolari meta mqabbla mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti.

    Artikolu 2

    Speċifikazzjonijiet ġenerali

    1.  
    Meta jiddivulgaw l-informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-valuri numeriċi jiġu ppreżentati bħala fatti. Id-data kwantitattiva divulgata bħala perċentwal għandha tiġi espressa għal kull unità bi preċiżjoni minima ekwivalenti għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.
    2.  

    Meta jiddivulgaw informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li d-data tkun assoċjata mal-informazzjoni li ġejja:

    (a) 

    id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni u l-perjodu ta’ referenza;

    (b) 

    l-isem u l-identifikatur tad-ditta tal-investiment li tiddivulga (Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI) fejn disponibbli);

    (c) 

    fejn rilevanti, l-istandard tal-kontabilità; kif ukoll

    (d) 

    fejn rilevanti, l-ambitu tal-konsolidazzjoni.

    Artikolu 3

    Divulgazzjoni tal-proporzjon tad-drittijiet tal-vot

    Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 billi jużaw il-mudell IF IP1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Divulgazzjoni tal-imġiba tal-votazzjoni

    Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ġej:

    (a) 

    l-informazzjoni dwar l-imġiba tal-votazzjoni bl-użu tat-tabella IF IP2.01 u l-mudell IF IP2.02 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (b) 

    l-informazzjoni dwar l-ispjegazzjoni tal-voti bl-użu tat-tabella IF IP2.03 u l-mudell IF IP2.04 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (c) 

    l-informazzjoni dwar il-proporzjon tal-proposti li d-ditta tal-investiment tkun approvat bl-użu tal-formola IF IP2.05 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi ssegwi l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 5

    Divulgazzjoni tal-ispjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura

    Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ġej:

    (a) 

    l-informazzjoni dwar il-lista ta’ ditti konsulenti bi prokura użata mid-ditta tal-investiment bl-użu tat-tabella IF IP3.01 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (b) 

    l-informazzjoni dwar ir-rabtiet mad-ditti konsulenti bi prokura bl-użu tat-tabella IF IP3.02 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Divulgazzjoni ta’ linji gwida tal-votazzjoni

    Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 billi jużaw il-mudell IF IP4 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    DIVULGAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ INVESTIMENT MID-DITTI TAL-INVESTIMENT



    DIVULGAZZJONI MID-DITTI TAL-INVESTIMENT

    Numru tal-mudell

    Kodiċi tal-mudell

    Isem tal-mudell

    Referenza leġiżlattiva

     

     

    POLITIKA TA’ INVESTIMENT

     

    1

    IF IP1

    PROPORZJON TA’ DRITTIJIET TAL-VOT

    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (a)

    2

    IF IP2

    IMĠIBA TA’ VOTAZZJONI

    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (b)

    3

    IF IP3

    DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA

    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (c)

    4

    IF IP4

    LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI

    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (d)



    IF IP1 — MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAD-DRITTIJIET TAL-VOT



    Pajjiż

    Settur ekonomiku

    Isem tal-kumpanija

    Identifikatur tal-kumpanija

    Proporzjon ta’ drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament kif stabbilit fl-Artikolu 52(2)

    a

    b

    c

    d

    e

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Jekk jogħġbok daħħal ringieli addizzjonali kif meħtieġ.

    ▼C1



    IF IP2 — IMĠIBA TA’ VOTAZZJONI



    IF IP2.01 — TABELLA DWAR ID-DESKRIZZJONI TAL-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI



    Ringiela

    Entrata

    Valur

    1

    Numru ta’ kumpaniji rilevanti fl-ambitu tad-divulgazzjoni

     

    2

    Għadd ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni matul is-sena li għaddiet

     

    3

    Numru ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta vvotat matul is-sena li għaddiet

     

    4

    Id-ditta tal-investiment tinforma lill-kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħa ġenerali?

     

    5

    Proporzjon ta’ voti fiżiċi użati mid-ditta

     

    6

    Proporzjon ta’ voti permezz tal-posta jew b’mod elettroniku użat mid-ditta

     

    7

    Fuq bażi konsolidata, il-grupp ta’ ditti tal-investiment għandu politika rigward il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp?

     

    8

    Jekk iva, sommarju ta’ din il-politika

     



    IF IP2.02 — MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI



    Ringiela

    Entrata

    Għadd

    Perċentwal

    1

    Riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali:

     

     

    2

    id-ditta approvat

     

     

    3

    id-ditta opponiet

     

     

    4

    fejn id-ditta astjeniet

     

     

    5

    Laqgħat ġenerali li fihom id-ditta opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda

     

     

    ▼B



    IF IP2.03 - TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI



    Ringiela

    Entrata

    Valur

    1

    Dipartimenti jew rwoli fid-ditta tal-investiment li jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni

     

    2

    Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi

     

    3

    Għadd ta’ ekwivalenti full-time użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni, esklużi r-riżorsi esterni bħal ditti konsultattivi bi prokura

     

    4

    Spjegazzjoni ta’ kull bidla materjali fir-rata tal-approvazzjoni

     

    5

    Lista ta’ dokumenti ta’ politika ta’ investiment disponibbli pubblikament li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment

     

    6

    Jekk rilevanti, iċ-ċertifikazzjoni tal-politika ta’ investiment tad-ditta

     



    IF IP2.04 - MUDELL DWAR L-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI FIR-RIŻOLUZZJONIJIET SKONT IS-SUĠĠETT



    Ringiela

    Entrata

    Voti favur

    Voti kontra

    Astensjonijiet

    Total

    1

    Riżoluzzjonijiet ivvutati skont is-suġġett matul is-sena li għaddiet:

     

     

     

     

    2

    Struttura tal-bord

     

     

     

     

    3

    Remunerazzjoni eżekuttiva

     

     

     

     

    4

    Awdituri

     

     

     

     

    5

    Kwistjonijiet ambjentali, soċjali, etiċi

     

     

     

     

    6

    Tranżazzjonijiet kapitali

     

     

     

     

    7

    Riżoluzzjonijiet esterni

     

     

     

     

    8

    Oħrajn

     

     

     

     



    IF IP2.05 - MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAL-PROPOSTI APPROVATI



    Ringiela

    Entrata

    Valur

    1

    Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali li huma approvati mid-ditta

     

    2

    Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-azzjonisti li huma approvati mid-ditta

     



    IF IP3 - DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA



    IF IP3.01 — TABELLA FUQ IL-LISTA TA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA



    Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

    Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

    Tip ta’ kuntratt

    Investimenti assoċjati mad-ditta konsultattiva bi prokura

    Suġġetti ta’ riżoluzzjonijiet li fihom id-ditta bi prokura tat rakkomandazzjonijiet għall-votazzjoni fis-sena li għaddiet

    a

    b

    c

    d

    e

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Jekk jogħġbok daħħal ringieli addizzjonali kif meħtieġ.



    IF IP3.02 — TABELLA FUQ IR-RABTIET MA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA



    Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

    Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

    Impriżi rilevanti li magħhom id-ditta konsultattiva bi prokura għandha xi rabtiet

    Tip ta’ rabta

    Jekk rilevanti, il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess mad-ditta konsultattiva bi prokura

    a

    b

    c

    d

    e

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     



    IF IP4 - TABELLA DWAR IL-LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI



    Il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-Art. 52(2): sommarju ġenerali qasir u, jekk meħtieġ, links għal dokumenti mhux kunfidenzjali

    a

     




    ANNESS II

    STRUZZJONIJIET DWAR ID-DIVULGAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ INVESTIMENT MID-DITTI TAL-INVESTIMENT

    1.1.    PARTI I: ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI

    1.1    Struttura

    Dan l-anness jipprovdi struzzjonijiet għall-formoli ta’ divulgazzjoni u t-tabelli inklużi fl-Anness I fir-rigward ta’:

    — 
    proporzjon ta’ drittijiet tal-vot;
    — 
    imġiba tal-votazzjoni;
    — 
    ditti konsultattivi bi prokura;
    — 
    linji gwida dwar il-votazzjoni.

    1.2    Konsolidazzjoni Prudenzjali

    L-ambitu tal-konsolidazzjoni ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment huwa deskritt f’aktar dettall fl-abbozz tal-RTS dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 ( 1 ). Il-gruppi ta’ ditti tal-investiment għandhom jużaw dan l-ambitu prudenzjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, u mhux l-ambitu tal-konsolidazzjoni kontabilistika.

    1.2.    PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MA’ MUDELLI U TABELLI

    Ir-rekwiżit tad-divulgazzjoni tal-politika ta’ investiment għandu jiġi ssodisfat bl-użu kemm tal-mudelli kif ukoll tat-tabelli. Il-mudelli fihom informazzjoni kwantitattiva filwaqt li t-tabelli fihom informazzjoni kwalitattiva.

    1.   IF IP1 – PROPORZJON TA’ DRITTIJIET TAL-VOT

    1.1.    Rimarki ġenerali

    Il-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni tal-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament, imqassma skont l-Istat Membru u s-settur, filwaqt li jitqiesu biss il-kumpaniji rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 52(2). Fil-mudell relatat, kull kumpanija hija marbuta ma’ pajjiż u settur ekonomiku rilevanti skont il-lista li tinżel ipprovduta fil-mudell, fejn il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tad-drittijiet tal-vot kollha marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpanija.

    Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma indirettament mis-sussidjarji tagħhom jew impriżi oħra, meta d-ditti tal-investiment jeżerċitaw influwenza jew kontroll sinifikanti fuq is-sussidjarji jew impriżi oħra, jew fejn jeżistu rabtiet mill-qrib.

    1.2.    Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



    Kolonna

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    a

    Pajjiż

    Artikolu 52(1), punt (a), Regolament (UE) 2019/2033.

    Il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot għandu jinqasam skont l-Istat Membru, abbażi tar-residenza tal-kumpanija li fiha jsir investiment.

    b

    Settur ekonomiku

    Artikolu 52(1), punt (a), Regolament (UE) 2019/2033.

    Il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot għandu jinqasam skont is-settur. Għandha tintuża l-lista ta’ setturi ekonomiċi pprovduta fil-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (European Skills, Competences, Qualifications and Occupations framework, ESCO), li tikkonsisti f’27 settur. Dawn is-setturi huma mmappjati fil-kodiċijiet NACE, kif ippreżentati fit-tabella (1) fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

    c

    Isem tal-kumpanija

    Isem tal-kumpanija li fiha jinżammu l-ishma.

    d

    Identifikatur tal-kumpanija

    Identifikatur tal-kumpanija li fiha jinżammu l-ishma, Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI). Id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw f’dan il-qasam il-kodiċi LEI fil-każijiet kollha fejn dan ikun disponibbli.

    e

    Proporzjon ta’ drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament kif stabbilit fl-Artikolu 52(2)

    L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

    Perċentwal ta’ bejn 5 % (eskluż) u 100 %.

    Il-kumpaniji rilevanti għall-fini ta’ dan il-mudell għandhom ikunu dawk li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat. Għandhom jiġu kkunsidrati biss l-ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot. Id-divulgazzjoni hija meħtieġa meta l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tad-drittijiet tal-vot kollha marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpanija. Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta d-drittijiet tal-vot, anke jekk ikun sospiż l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet tal-vot. L-ishma fl-ambitu ta’ din id-divulgazzjoni jistgħu jinżammu direttament jew indirettament. L-“ishma miżmuma direttament” huma ishma miżmuma f’isem id-ditta tal-investiment stess li huma parti mill-fondi tagħha stess. L-“ishma miżmuma indirettament” huma ishma miżmuma minn sussidjarja tad-ditta tal-investiment, jew minn kull impriża oħra li fuqha d-ditta tal-investiment teżerċita influwenza sinifikanti jew permezz ta’ ftehim formali jew permezz ta’ kull relazzjoni kummerċjali oħra. Dawn jinkludu wkoll ishma taħt il-ġestjoni tad-ditta tal-investiment f’isem il-klijenti, sakemm id-drittijiet tal-vot ma jinżammux mill-azzjonisti permezz ta’ arranġament kuntrattwali li jipprojbixxi lid-ditta tal-investiment milli tivvota f’isimhom.

    (1)   

    Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

    2.   IF IP2 — IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI

    2.1.    Rimarki ġenerali

    Il-punt (b) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni ta’ tliet elementi:

    (a) 

    deskrizzjoni sħiħa tal-imġiba tal-votazzjoni fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 52(2);

    (b) 

    spjegazzjoni tal-voti;

    (c) 

    il-proporzjon ta’ proposti li d-ditta tal-investiment tkun approvat.

    2.2.    Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

    IF IP2.01 – TABELLA DWAR ID-DESKRIZZJONI TAL-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI



    Ringiela

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    1

    Numru ta’ kumpaniji rilevanti fl-ambitu tad-divulgazzjoni

    L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

    Numru sħiħ pożittiv.

    Għadd ta’ kumpaniji rilevanti li fihom jinżammu l-ishma (ara l-kolonna d fl-IF IP1).

    2

    Għadd ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni matul is-sena li għaddiet

    L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

    Numru sħiħ pożittiv.

    Għadd ta’ laqgħat ġenerali li saru matul is-sena li għaddiet għall-kumpaniji fl-ambitu tad-divulgazzjoni.

    3

    Numru ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta vvotat matul is-sena li għaddiet

    L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

    Numru sħiħ pożittiv, inqas minn jew daqs ir-ringiela 2.

    Għadd ta’ laqgħat ġenerali li saru matul is-sena li għaddiet għall-kumpaniji fl-ambitu tad-divulgazzjoni, li fihom ivvotat id-ditta tal-investiment. Dan jinkludi laqgħat fejn id-ditta esprimiet biss voti ta’ astensjoni u laqgħat li fihom id-ditta vvotat bi prokura.

    4

    Id-ditta tal-investiment tinforma lill-kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħa ġenerali?

    Mistoqsija ta’ iva jew le.

    It-tweġiba hija iva jekk id-ditta tal-investiment ikollha politika li tinforma lil kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħat ġenerali, jew jekk id-ditta tkun għamlet dan fil-maġġoranza tal-każijiet matul l-aħħar sena.

    5

    Proporzjon ta’ voti fiżiċi użati mid-ditta

    Perċentwali.

    Ma għandux jinkludu voti bi prokura.

    6

    Proporzjon ta’ voti permezz tal-posta jew b’mod elettroniku użat mid-ditta

    Perċentwali.

    Jinkludi voti bi prokura.

    7

    Fuq bażi konsolidata, il-grupp ta’ ditti tal-investiment għandu politika rigward il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp?

    Mistoqsija ta’ iva jew le.

    Il-gruppi ta’ ditti tal-investiment għandhom jimlew din ir-ringiela, id-ditti tal-investiment individwali ma għandhomx.

    L-entitajiet rilevanti tal-grupp għandhom ikunu dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali skont ir-Regolament (UE) 2019/2033.

    8

    Jekk iva, sommarju ta’ din il-politika

    Test liberu.

    Jekk it-tweġiba fir-ringiela 7 hija iva, id-ditta għandha tinkludi sommarju qasir tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp.

    IF IP2.02 – MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI



    Ringiela

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    1

    Riżoluzzjonijiet tal-laqgħa ġenerali:

    Ringiela tat-titolu.

    2

    id-ditta approvat

    Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li d-ditta tal-investiment tkun approvat matul is-sena li għaddiet.

    3

    il-kumpanija opponiet

    Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li d-ditta tal-investiment tkun opponiet matul is-sena li għaddiet.

    4

    fejn id-ditta astjeniet

    Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta tal-investiment tkun astjeniet matul is-sena li għaddiet.

    5

    Laqgħat ġenerali li fihom id-ditta opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda

    Għadd u perċentwal ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta tal-investiment opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda matul l-aħħar sena.

    IF IP2.03 – TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI



    Ringiela

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    1

    Dipartimenti jew rwoli fid-ditta tal-investiment li jieħdu sehem fid-deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni

    Test liberu.

    Lista tad-dipartimenti jew tar-rwoli li jieħdu sehem fid-deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni.

    2

    Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi

    Test liberu.

    Jekk applikabbli, deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi fil-laqgħat ġenerali rilevanti.

    3

    Għadd ta’ ekwivalenti full-time użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni, esklużi r-riżorsi esterni bħal ditti konsultattivi bi prokura

    Ammont pożittiv.

    Ammont ta’ ekwivalenti full-time fid-dipartimenti jew fir-rwoli użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni. Dan għandu jinkludi biss riżorsi interni fid-ditta tal-investiment.

    4

    Spjegazzjoni ta’ kull bidla materjali fir-rata tal-approvazzjoni

    Test liberu.

    Għandha tingħata spjegazzjoni qasira jekk ir-rata ta’ approvazzjoni tkun żdiedet jew naqset materjalment meta mqabbla mal-aħħar divulgazzjoni, pereżempju wara bidla fil-politika, fl-istrateġija jew fil-prospettiva tad-ditta tal-investiment bħala azzjonista.

    5

    Lista ta’ dokumenti ta’ politika ta’ investiment disponibbli pubblikament li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment

    Test liberu.

    Lista ta’ dokumenti, preferibbilment bħala hypertext links, li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment li taġixxi bħala azzjonista.

    6

    Jekk rilevanti, iċ-ċertifikazzjoni tal-politika ta’ investiment tad-ditta

    Test liberu.

    Jekk id-ditta tal-investiment tkun kisbet ċertifikazzjoni għall-politika tal-investiment tagħha, l-isem u d-data tal-għoti ta’ din iċ-ċertifikazzjoni. Jista’ jkun hemm diversi ċertifikazzjonijiet bħal dawn.

    IF IP2.04 – MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI F’RIŻOLUZZJONIJIET SKONT IS-SUĠĠETT



    Ringiela

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    1

    Riżoluzzjonijiet ivvutati skont is-suġġett matul is-sena li għaddiet:

    Numri sħaħ pożittivi.

    Għadd ta’ riżoluzzjonijiet ivvutati mid-ditta jew mill-prokuri tagħha matul is-sena li għaddiet fil-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni. L-ammont totali huwa maqsum skont l-istatus tal-approvazzjoni: approvat, oġġezzjonat, astjenut.

    2

    Struttura tal-bord

    Numri sħaħ pożittivi.

    Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar l-istruttura tal-bord, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

    3

    Rimunerazzjoni eżekuttiva

    Numri sħaħ pożittivi.

    Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni eżekuttiva, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

    4

    Awdituri

    Numri sħaħ pożittivi.

    Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar l-awdituri (pereż. ħatra, remunerazzjoni), imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

    5

    Kwistjonijiet ambjenti, soċjali u etiċi

    Numri sħaħ pożittivi.

    Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet ambjenti, soċjali u etiċi imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

    6

    Tranżazzjonijiet kapitali

    Numri sħaħ pożittivi.

    Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar tranżazzjonijiet kapitali (pereż. fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet) imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

    7

    Riżoluzzjonijiet esterni

    Numri sħaħ pożittivi.

    Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar il-proposti ta’ riżoluzzjonijiet esterni mqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. Dawn ir-riżoluzzjonijiet esterni huma proposti minn azzjonist lill-oħrajn, b’mod ġenerali sabiex jikkonvinċuhom jivvutaw kontra proposta tal-bord.

    8

    Oħrajn

    Numri sħaħ pożittivi.

    Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar suġġetti oħra minbarra dawk ta’ hawn fuq, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni.

    IF IP2.05 – MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TA’ PROPOSTI APPROVATI



    Ringiela

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    1

    Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali li huma approvati mid-ditta

    Artikolu 52(1), punt (b), Regolament (UE) 2019/2033.

    Perċentwali.

    2

    Perċentwali ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-azzjonisti li huma approvati mid-ditta

    Artikolu 52(1), punt (b), Regolament (UE) 2019/2033.

    Perċentwali.

    3.   IF IP3 — DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA

    3.1.    Rimarki ġenerali

    Il-punt (c) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni ta’ spjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsultattivi bi prokura. Dan il-mudell jinkludi informazzjoni dwar id-ditti konsultattivi bi prokura kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati. ( 2 ). Dawn id-ditti konsultattivi bi prokura jistgħu jipprovdu rakkomandazzjonijiet ta’ riċerka, pariri jew votazzjoni, jew jeżegwixxu biss struzzjonijiet dwar il-votazzjoni.

    3.2.    Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi

    IF IP3.01 – TABELLA DWAR IL-LISTA TA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA



    Kolonna

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    a

    Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

    Ditti konsultattivi bi prokura kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati.

    Test liberu.

    b

    Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

    Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura, LEI fejn applikabbli.

    c

    Tip ta’ kuntratt

    Dan il-qasam huwa limitat għal żewġ għażliet, bejn ditti konsultattivi bi prokura li jagħtu rakkomandazzjonijiet ta’ votazzjoni u ditti li ma jagħmlux dan. Fil-każ tal-aħħar, id-ditti konsultattivi bi prokura jeżegwixxu biss voti f’isem ditta tal-investiment.

    d

    Investimenti assoċjati mad-ditta konsultattiva bi prokura

    Test liberu.

    Lista ta’ impriżi/investimenti li huma relatati mas-servizzi ta’ kull ditta konsultattiva bi prokura.

    e

    Suġġetti ta’ riżoluzzjonijiet li fihom id-ditta konsultattiva bi prokura tat rakkomandazzjonijiet ta’ votazzjoni fis-sena li għaddiet

    Test liberu, preferibbilment bl-użu tal-kategoriji mogħtija fl-IF IP2.04: struttura tal-bord, remunerazzjoni eżekuttiva, awdituri, kwistjonijiet ambjenti/soċjali/etiċi, tranżazzjonijiet kapitali, riżoluzzjonijiet esterni, jew suġġetti oħra li għandhom jiġu speċifikati.

    IF IP3.02 – TABELLA DWAR IR-RABTIET MA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA



    Kolonna

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    a

    Isem id-ditta konsultattiva bi prokura

    Test liberu.

    b

    Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura

    Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura, preferibbilment LEI.

    c

    Impriżi rilevanti li magħhom id-ditta konsultattiva bi prokura għandha xi rabtiet

    Impriżi rilevanti li magħhom ditti konsultattivi bi prokura għandhom xi rabtiet, b’deskrizzjoni ta’ dawn ir-rabtiet. L-impriżi rilevanti għandhom ikunu kumpaniji nnegozjati pubblikament, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu.

    d

    Tip ta’ rabtiet

    Rabtiet possibbli kif stipulat fl-IAS 24.9. Jekk japplikaw diversi, l-aktar sinifikanti għandhom jintgħażlu u jiġu speċifikati fin-narrattiva li jakkumpanjawhom:

    — l-istess grupp;

    — kumpanija assoċjata jew impriża konġunta tal-entità l-oħra;

    — kumpanija assoċjata jew impriża konġunta ta’ entità terza;

    — persuna relatata għandha kontroll jew kontroll konġunt;

    — persuna relatata għandha influwenza sinifikanti;

    — membru kruċjali tal-maniġment.

    e

    Jekk rilevanti, il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess mad-ditta konsultattiva bi prokura

    Test liberu.

    Jekk applikabbli, deskrizzjoni qasira tal-politika segwita mid-ditta tal-investiment sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn rabtiet bejn ditti bi prokura u impriżi jew gruppi li fihom id-ditti tal-investiment ikollhom ishma.

    4.   IF IP4 – LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI

    4.1.    Rimarki ġenerali

    Il-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni tal-linji gwida tal-votazzjoni rigward il-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-paragrafu 2 tal-istess artikolu. It-tabella relatata tintuża biex jiġu żvelati l-linji gwida kollha tal-votazzjoni fl-ambitu rilevanti, mhux biss il-linji gwida tal-votazzjoni bi prokura. Il-linji gwida tal-votazzjoni jistgħu jkunu estensivi u jistgħu jiġu deċiżi fuq bażi ta’ każ b’każ għal ċerti punti f’aġenda ta’ laqgħa ġenerali. Dawn il-linji gwida jistgħu jvarjaw skont iż-żona ġeografika, is-settur ekonomiku jew is-suġġett tar-riżoluzzjonijiet.

    4.2.    Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi



    Kolonna

    Referenzi legali u struzzjonijiet

    a

    Il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-Artikolu 52(2)

    Punt (d) tal-Artikolu 52(1) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

    Test liberu.

    Sommarju ġenerali qasir u, jekk disponibbli, links għal dokumenti mhux kunfidenzjali, preferibbilment fil-forma ta’ hypertext links.



    ( 1 ) https://www.eba.europa.eu/sites/default/documents/files/document_library/Publications/Draft%20Technical%20Standards/2020/RTS/961461/Final%20draft%20RTS%20on%20prudential%20requirements%20for%20Investment%20Firms%20%28EBA-RTS-2020-11%29.pdf

    ( 2 ) Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

    Top