This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02021R1230-20240408
Regulation (EU) 2021/1230 of the European Parliament and of the Council of 14 July 2021 on cross-border payments in the Union (codification) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament (UE) 2021/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) 2021/1230 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02021R1230 — MT — 08.04.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2021/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Lulju 2021 dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni (kodifikazzjoni) (ĠU L 274 30.7.2021, p. 20) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2024/886 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-13 ta’ Marzu 2024 |
L 886 |
1 |
19.3.2024 |
REGOLAMENT (UE) 2021/1230 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Lulju 2021
dwar il-ħlas transkonfinali fl-Unjoni
(kodifikazzjoni)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 5 japplikaw għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali li jkunu denominati fl-euro jew f’munita nazzjonali ta’ Stat Membru għajr l-euro u li jkunu jinvolvu servizz ta’ kambju tal-munita.
Artikolu 2
Definizzjonijet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“pagament transkonfinali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn benefiċjarju, fejn il-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-pagatur u l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fi Stati Membri differenti;
“pagament nazzjonali” tfisser tranżazzjoni ta’ ħlas ipproċessata elettronikament mibdija mill-pagatur, jew minn jew permezz ta’ benefiċjarju, fejn il-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u l-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jinsabu fl-istess Stat Membru;
“pagatur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li għandha kont tal-pagament u tippermetti ordni ta’ ħlas minn dak il-kont tal-ħlas, jew, fejn ma jkun hemm l-ebda kont tal-ħlas, persuna fiżika jew ġuridika li tordna l-ħlas;
“benefiċjarju” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tkun ir-riċevitur intenzjonat ta’ fondi li kienu s-suġġett ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;
“fornitur tas-servizz tal-ħlas” tfisser kwalunkwe kategoriji ta’ persuni ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 32 ta’ dik id-Direttiva, iżda teskludi dawk l-istituzzjonijiet elenkati fil-punti (2) sa (23) tal-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jibbenefikaw minn deroga ta’ Stat Membru eżerċitata skont l-Artikolu 2(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
“utent ta’ servizz ta’ pagament” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li tuża servizz ta’ pagament fil-kapaċità ta’ pagatur jew benefiċjarju, jew tat-tnejn;
“tranżazzjoni ta’ ħlas” tfisser att, mibdi minn pagatur jew permezz ta’ benefiċjarju, jikkonsisti minn tqegħid, trasferiment jew ġbid ta’ fondi, irrispettivament minn kwalunkwe obbligi sottostanti bejn il-pagatur u l-benefiċjarju;
“ordni tal-ħlas” tfisser kwalunkwe istruzzjoni minn pagatur jew benefiċjarju lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tiegħu, li titlob l-esekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ta’ ħlas;
“imposta” tfisser kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizz ta’ pagament minn fornitur ta’ servizz ta’ pagament li jkun marbut direttament jew indirettament ma’ tranżazzjoni ta’ pagament, kwalunkwe ammont impost fuq utent ta’ servizzi ta’ pagament minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew parti li tipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita f’konformità mal-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għal servizz ta’ kambju tal-munita, jew taħlita tat-tnejn;
“fondi” tfisser karti tal-flus u muniti, flus skritturali u flus elettroniċi kif definiti fl-Artikolu 2, punt (2), tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal finijiet oħra li m’humiex il-kummerċ, in-negozju jew il-professjoni tagħha;
“mikro-intrapriża” tfisser intrapriża, li fil-waqt tal-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz ta’ pagament tkun intrapriża kif definit fl-Artikoli 1 u l-Artikolu 2(1) u (3) tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni 2003/361/KE ( 3 );
“tariffa ta’ skambju” tfisser tariffa mħallsa bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur u tal-benefiċjarju għal kull tranżazzjoni ta’ debitu dirett;
“debitu dirett” tfisser servizz ta’ pagament biex jiġi ddebitat il-kont tal-ħlas tal-pagatur, fejn tranżazzjoni ta’ ħlas tkun mibdija minn benefiċjarju abbażi tal-kunsens mogħti mill-pagatur lill-benefiċjarju, lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-benefiċjarju jew lill-fornitur tas-servizz tal-ħlas tal-pagatur stess;
“skema ta’ debitu dirett” tfisser ġabra ta’ regoli, prattika u standards komuni maqbula bejn il-fornituri tas-servizz tal-ħlas biex ikunu esegwiti tranżazzjonijiet ta’ debitu dirett.
Artikolu 3
Imposti għal tranżazzjonijiet ta’ ħlasijiet transkonfinali u ħlasijiet nazzjonali korrispondenti
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, it-terminu “trasferiment ta’ kreditu istantanju” jfisser trasferiment ta’ kreditu istantanju kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1a), tar-Regolament (UE) Nru 260/2012, li jkun f’euro u transfruntier.
Artikolu 4
L-imposti fuq il-kambju tal-munita b’rabta mat-tranżazzjonijiet permezz ta’ kard
Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, parti li tipprovdi servizz ta’ kambju tal-munita fil-punt ta’ bejgħ jew f’ATM għandha tipprovdi lill-pagatur l-informazzjoni li ġejja qabel tinbeda t-tranżazzjoni ta’ pagament:
l-ammont li għandu jitħallas lill-benefiċjarju fil-munita użata mill-benefiċjarju;
l-ammont li għandu jitħallas mill-pagatur fil-munita tal-kont tal-pagatur.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, tali messaġġ għandu jintbagħat darba f’kull xahar li fih il-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur jirċievi mingħand il-pagatur ordni ta’ ħlas denominata fl-istess munita.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament għandu joffri lill-utenti tas-servizz ta’ pagament il-possibbiltà li jagħżlu li ma jirċevux il-messaġġi elettroniċi msemmija fil-paragrafu 5.
Il-fornitur tas-servizz ta’ pagament u l-utent tas-servizz ta’ pagament jistgħu jaqblu li l-paragrafu 5 u dan il-paragrafu ma japplikawx kompletament jew parzjalment meta l-utent tas-servizz ta’ pagament ma jkunx konsumatur.
Artikolu 5
Imposti fuq il-kambju tal-munita relatati mat-trasferimenti tal-kreditu
Artikolu 6
Miżuri għall-faċilitazzjoni tal-awtomazzjoni tal-ħlasijiet
Barra minn dan, fejn applikabbli, il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jindika l-IBAN tal-utent tas-servizz tal-ħlas u l-BIC tal-fornitur tas-servizz tal-ħlas fuq id-dikjarazzjonijiet tal-kont, jew f’anness mehmuż magħhom.
Il-fornitur tas-servizz tal-ħlas għandu jipprovdi lill-utent tas-servizz tal-ħlas, l-informazzjoni mitluba skont dan il-paragrafu, mingħajr ħlas.
Artikolu 7
Obbligi ta’ rappurtar tal-bilanċ tal-ħlasijiet
Artikolu 8
Awtoritajiet kompetenti
L-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dan ir-Regolament.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bdil li jikkonċerna l-awtoritajiet kompetenti li dwarhom ġiet notifikata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.
L-Istati Membri għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti biex jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament b’mod effettiv u biex jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità.
Artikolu 9
Proċeduri għall-ilmenti għal ksur allegat ta’ dan ir-Regolament
Artikolu 10
Proċeduri għal ilmenti u rimedji bonarji
Artikolu 11
Koperazzjoni transkonfinali
L-awtoritajiet kompetenti u l-korpi responsabbli għall- proċeduri ta’ rimedju bonarju tal-Istati Membri differenti, imsemmija fl-Artikoli 8 u 10, għandhom jikkooperaw b’mod attiv u immedjatment sabiex isolvu t-tilwim transkonfinali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm koperazzjoni.
Artikolu 12
Penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, r- regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bi kwalunkwe emenda li taffettwa r-regoli u l-miżuri li dwarhom ġiet notifikata skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 924/2009.
Artikolu 13
Applikazzjoni għall-muniti l-oħrajn li mhumiex l-euro
Stat Membru li ma għandux l-euro bħala l-munita tiegħu u li jiddeċiedi li jestendi l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tiegħu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu kif meħtieġ.
Dik in-notifikazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni estiża ta’ dan ir-Regolament għall-munita nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat għandha tidħol fis-seħħ 14-il jum wara dik il-pubblikazzjoni.
Artikolu 14
Rieżami
Sad-19 ta’ April 2022, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-BĊE u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt ta’ dan ir-Regolament, li għandu jinkludi, b’mod partikolari:
evalwazzjoni tal-mod kif il-fornituri tas-servizzi ta’ pagament japplikaw l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;
evalwazzjoni tal-iżvilupp tal-volumi u l-imposti għall-pagamenti nazzjonali u transkonfinali fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri u fl-euro sa mid-data tal- adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), jiġifieri mid-19 ta’ Marzu 2019;
evalwazzjoni tal-impatt tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament dwar l-iżvilupp tal-imposti fuq il-kambju tal-munita u imposti oħra relatati ma’ servizzi ta’ pagament, kemm għal min iħallas kif ukoll għall-benefiċjarji;
evalwazzjoni tal-istima tal-impatt tal-emendar tal-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament biex jiġu koperti l-muniti tal-Istati Membri kollha;
evalwazzjoni ta’ kif il-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita japplikaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 u jekk dawk ir-regoli tejbux it-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju;
evalwazzjoni ta’ jekk il-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita ħabbtux wiċċhom ma’ diffikultajiet, u sa liema punt, b’rabta mal-applikazzjoni fil-prattika tal-Artikoli 4 u 5 ta’ dan ir-Regolament u l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw l-Artikolu 45(1), l-Artikolu 52, punt (3), u l-Artikolu 59(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
analiżi kost-benefiċċji tal-kanali u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni li jintużaw mill-fornituri tas-servizzi ta’ kambju tal-munita jew li huma disponibbli għalihom u li jistgħu jkomplu jtejbu t-trasparenza tal-imposti fuq il-kambju tal-munita, inkluża evalwazzjoni ta’ jekk hemmx ċerti kanali li l-fornituri tas-servizzi ta’ pagament għandhom ikunu meħtieġa joffru biex tintbagħat l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4; dik l-analiżi għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-fattibbiltà teknika li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) u (3) ta’ dan ir-Regolament tiġi żvelata simultanjament, qabel tinbeda kull tranżazzjoni, fir-rigward tal-possibbiltajiet kollha ta’ kambju tal-munita disponibbli fil-punt ta’ bejgħ jew f’ATM;
analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni tal-possibbiltà għall-pagaturi li jimblukkaw l-għażla tal-kambju tal-munita offruta minn parti għajr il-fornitur tas-servizz tal-pagament tal-pagatur f’ATM jew fil-punt ta’ bejgħ u li jbiddlu l-preferenzi tagħhom f’dak ir-rigward;
analiżi kost-benefiċċji tal-introduzzjoni ta’ rekwiżit għall-fornitur tas-servizz ta’ pagament tal-pagatur, li japplika, meta jipprovdi servizzi ta’ kambju tal-munita b’rabta ma’ tranżazzjoni ta’ pagament individwali, ir-rata tal-kambju tal-munita li tkun applikabbli fil-mument li tinbeda t-tranżazzjoni meta jsir l-ikklerjar u s-saldu tat-tranżazzjoni.
Artikolu 15
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament mħassar għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Regolament imħassar flimkien mal-lista tal-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11) |
|
Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22) |
(Ir-referenzi magħmula mill-Artikolu 17 għall-Artikoli 2, 3, 4, 5, 7 u 8 biss) |
Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 36) |
|
ANNESS II
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 924/2009 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1), (2) u (3) |
Artikolu 1(1), (2) u (3) |
Artikolu 1(4) |
– |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1a) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3(4) |
Artikolu 3a |
Artikolu 4 |
Artikolu 3b |
Artikolu 5 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
– |
Artikolu 7 |
– |
Artikolu 9, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 8, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 9, it-tieni paragrafu |
Artikolu 8, it-tieni paragrafu |
Artikolu 9, it-tielet paragrafu |
– |
Artikolu 9, ir-raba’ paragrafu |
Artikolu 8, it-tielet paragrafu |
Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu |
– |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 11 |
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
Artikolu 11 |
Artikolu 13 |
Artikolu 12 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 13 |
Artikolu 14(2) |
– |
Artikolu 14(3) |
– |
Artikolu 15 |
Artikolu 14 |
Artikolu 16 |
Artikolu 15 |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
– |
Anness I |
– |
Anness II |
( 1 ) Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
( 2 ) Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7).
( 3 ) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).
( 5 ) Regolament (UE) 2019/518 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 fir-rigward ta’ ċerti imposti fuq ħlas transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 36).