Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02021R0954-20220630

    Consolidated text: Regolament (UE) 2021/954 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19 (Test b’revelanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/954/2022-06-30

    02021R0954 — MT — 30.06.2022 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) 2021/954 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Ġunju 2021

    dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19

    (Test b’revelanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 211 15.6.2021, p. 24)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (UE) 2022/1035 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta’ Ġunju 2022

      L 173

    46

    30.6.2022




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) 2021/954 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta' Ġunju 2021

    dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta' ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) fir-rigward ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorji tal-Istati Membri waqt il-pandemija tal-COVID-19

    (Test b’revelanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) 2021/953 għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex koperti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, iżda li joqogħdu jew li jirrisjedu legalment fit-territorju tagħhom u li huma intitolati li jivvjaġġaw lejn Stati Membri oħrajn f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    Artikolu 2

    Dment li l-Irlanda tkun innotifikat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li taċċetta ċ-ċertifikati COVID-19 imsemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2021/953 maħruġin mill-Istati Membri lil persuni koperti minn dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw, skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2021/953, ċertifikati COVID-19 maħruġin mill-Irlanda fil-format li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-qafas ta ’ fiduċja taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/953 lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma intitolati li jivvjaġġaw liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

    ▼M1

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2021 sakemm jibqa’ japplika r-Regolament (UE) 2021/953.

    ▼B

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Top