EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020R2153-20201221

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/2153 tal-14 ta’ Ottubru 2020 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 fir-rigward tal-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-fajls tal-każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/2153/2020-12-21

02020R2153 — MT — 21.12.2020 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2153

►C1  tal-14 ta’ Ottubru 2020 ◄

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 fir-rigward tal-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-fajls tal-każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(ĠU L 431 21.12.2020, p. 1)


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 433, 22.12.2020, p.  80 (2020/2153 tas-7)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2153

►C1  tal-14 ta’ Ottubru 2020 ◄

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 fir-rigward tal-kategoriji ta’ data personali operazzjonali u l-kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi tal-fajls tal-każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew



Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) 2017/1939, it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.




ANNESS




“ANNESS

Kategoriji ta’ suġġetti tad-data u kategoriji ta’ data personali operazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3)

A.    Kategoriji ta’ suġġetti tad-data li d-data personali operazzjonali tagħhom tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi:

(a) 

persuni suspettati jew akkużati fil-proċedimenti kriminali tal-UPPE;

(b) 

persuni kkundannati wara l-proċedimenti kriminali tal-UPPE;

(c) 

persuni fiżiċi li rrappurtaw jew li huma vittmi ta’ reati li jaqgħu fil-kompetenza tal-UPPE;

(d) 

kuntatti jew assoċjati ta’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) jew (b).

B.    Kategoriji ta’ data personali operazzjonali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data msemmija fil-punti (a) u (b) tat-taqsima A li tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi:

(a) 

il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

(b) 

id-data u l-post tat-twelid;

(c) 

in-nazzjonalità;

(d) 

is-sess;

(e) 

il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-post fejn tinsab il-persuna konċernata;

(f) 

in-numri tas-sigurtà soċjali, il-kodiċijiet tal-ID, il-liċenzji tas-sewqan, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni, id-data tal-passaport, in-numru tad-dwana u ta’ identifikazzjoni tat-taxxa;

(g) 

id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati allegati, id-data meta twettqu u l-kategorija kriminali tar-reati;

(h) 

informazzjoni dwar persuni ġuridiċi relatati ma’ individwi identifikati jew identifikabbli li huma suġġetti għal investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

(i) 

is-sħubija suspettata f’organizzazzjoni kriminali;

(j) 

id-dettalji ta’ kontijiet miżmuma ma’ banek u ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra;

(k) 

in-numri tat-telefon, in-numri tas-SIM card, l-indirizzi tal-email, l-indirizzi tal-IP u l-kont u l-ismijiet tal-utenti użati fuq pjattaformi online;

(l) 

id-data tar-reġistrazzjoni tal-vetturi;

(m) 

l-assi identifikabbli li huma proprjetà tal-persuna jew li huma użati mill-persuna, bħall-kriptoassi u l-proprjetà immobbli.

C.    Kategoriji ta’ data personali operazzjonali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data msemmija fil-punt (c) tat-taqsima A li tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi, limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-UPPE jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni:

(a) 

il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

(b) 

id-data u l-post tat-twelid;

(c) 

in-nazzjonalità;

(d) 

is-sess;

(e) 

il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-post fejn tinsab il-persuna konċernata;

(f) 

il-kodiċijiet tal-ID, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-data tal-passaport;

(g) 

id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati li jinvolvu lill-persuna kkonċernata jew li ġew irrappurtati minnha, id-data meta twettqu u l-kategorija kriminali tar-reati.

D.    Kategoriji ta’ data personali operazzjonali tal-kategoriji ta’ suġġetti tad-data msemmija fil-punt (d) tat-taqsima A li tista’ tiġi pproċessata fl-indiċi, limitata għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat sabiex l-UPPE jwettaq il-kompiti tiegħu ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni:

(a) 

il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija u kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

(b) 

id-data u l-post tat-twelid;

(c) 

in-nazzjonalità;

(d) 

is-sess;

(e) 

il-post ta’ residenza, il-professjoni u l-post fejn tinsab il-persuna konċernata;

(f) 

il-kodiċijiet tal-ID, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni u d-data tal-passaport.”

Top