This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02020R1148-20240101
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1148 of 31 July 2020 laying down the methodological and technical specifications in accordance with Regulation (EU) 2016/792 of the European Parliament and of the Council as regards harmonised indices of consumer prices and the house price index (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1148 tal-31 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet metodoloġiċi u tekniċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi tal-prezzijiet tad-djar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1148 tal-31 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet metodoloġiċi u tekniċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi tal-prezzijiet tad-djar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1148/2024-01-01
02020R1148 — MT — 01.01.2024 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1148 tal-31 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet metodoloġiċi u tekniċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi tal-prezzijiet tad-djar (ĠU L 252 4.8.2020, p. 12) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1470 tas-17 ta’ Lulju 2023 |
L 181 |
1 |
18.7.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1148
tal-31 ta’ Lulju 2020
li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet metodoloġiċi u tekniċi f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u l-indiċi tal-prezzijiet tad-djar
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-produzzjoni tal-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) u l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur b’rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT).
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sehem ta’ nefqa” tfisser persentaġġ tat-total tan-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum, kif speċifikat fl-Anness;
“piż tas-subindiċi” tfisser il-piż għal kull kategorija tal-klassifikazzjoni Ewropea tal-konsum individwali skont l-għan (ECOICOP), kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2016/792, inkluż fl-HICP;
“univers fil-mira” tal-HICP tfisser it-tranżazzjonijiet kollha inklużi fin-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum;
“offerta tal-prodott” tfisser prodott speċifikat mill-karatteristiċi tiegħu, il-ħin u l-post tax-xiri u t-termini tal-provvista, u li għalih jiġi osservat prezz;
“prodott omoġenju” tfisser sett ta’ offerti tal-prodott li fosthom ma jkunx hemm differenzi sinifikanti fil-kwalità u li għalih jiġi kkalkulat prezz medju;
“prodott individwali” tfisser offerta tal-prodott jew prodott omoġenju;
“kampjun fil-mira” tfisser sett ta’ prodotti individwali li jappartjenu għal tranżazzjonijiet mill-univers fil-mira u li għalihom għandha tintuża d-data dwar il-prezz biex jiġi kkompilat l-HICP;
“differenza fil-kwalità” tfisser differenza bejn il-karatteristiċi, il-ħin, il-post tax-xiri jew it-termini tal-provvista ta’ żewġ prodotti individwali, meta dan ikun rilevanti mill-perspettiva tal-konsumatur;
“prodott ta’ sostituzzjoni” tfisser prodott individwali li jissostitwixxi prodott individwali ieħor fil-kampjun fil-mira;
“aġġustament tal-kwalità” tfisser proċedura ta’ żieda jew tnaqqis tal-prezz osservat ta’ prodott ta’ sostituzzjoni jew tal-prodott sostitwit bil-valur tad-differenza fil-kwalità bejniethom;
“prezz osservat” tfisser il-prezz għall-konsumatur ta’ prodott individwali, kif użat mill-Istat Membru għall-kumpilazzjoni tal-HICP;
“prezz stmat” tfisser prezz ibbażat fuq proċedura ta’ stima xierqa;
“aggregat elementari” tfisser l-iżgħar aggregat użat f’indiċi tat-tip Laspeyres;
“indiċi elementari tal-prezz” tfisser indiċi għal aggregat elementari jew indiċi għal strat f’aggregat elementari;
“tranżittività” tfisser il-proprjetà meta indiċi li jqabbel il-perjodi (a) u (b) indirettament tul il-perjodu (c) ikun identiku għal wieħed li jqabbel il-perjodi (a) u (b) direttament;
“riversibbiltà tal-ħin” tfisser il-proprjetà meta l-indiċi bejn il-perjodi (a) u (b) ikun daqs l-invers tal-istess indiċi bejn il-perjodi (b) u (a);
“rimborż” tfisser pagament parzjali jew sħiħ minn gvern jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi, ta’ xirjiet approvati mill-unitajiet domestiċi ta’ prodotti speċifikati, kif definit fil-paragrafi 4.108-4.110 tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) (ESA 2010);
“inċitament” tfisser bidla, ħafna drabi temporanja, fil-karatteristiċi ta’ prodott individwali billi tiżdied il-kwantità tal-prodott, jingħata prodott individwali ieħor mingħajr ħlas jew jiġu offruti benefiċċji oħra lill-konsumatur;
“primjums attwali” tfisser l-ammonti mħallsa għal polza tal-assigurazzjoni speċifika biex tinkiseb kopertura tal-assigurazzjoni għal perjodu taż-żmien iddikjarat;
“ħlas impliċitu għas-servizz” tfisser l-output tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni, kif definit fil-paragrafu 16.51 tal-Anness A tal-ESA 2010;
“pretensjonijiet tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja” tfisser pretensjonijiet kif definiti fil-paragrafu 4.114 tal-Anness A tal-ESA 2010;
“prodott staġunali” tfisser prodott individwali li jkun disponibbli għax-xiri jew li jinxtara b’ammonti sinifikanti biss f’parti minn sena u b’xejra rikorrenti. F’xahar partikolari, il-prodott jitqies li jkun fl-istaġun jew mhux fl-istaġun. Il-perjodi fl-istaġun jistgħu jvarjaw minn sena għall-oħra.
“prezz tipiku” tfisser prezz stmat għal prodott staġunali li mhux eċċezzjonali bħal prezz tal-bejgħ fi tmiem l-istaġun;
“metodu ta’ imputazzjoni staġunali” tfisser trattament li permezz tiegħu l-prezzijiet tal-prodotti staġunali li mhumiex fl-istaġun jiġu stmati bi stima kontrostaġunali jew staġunali kollha;
“stima kontrostaġunali” tfisser proċedura biex jinkiseb prezz stmat għal prodott staġunali ħalli:
fl-ewwel xahar mhux fl-istaġun, jintuża prezz tipiku mill-perjodu preċedenti fl-istaġun;
fix-xhur ta’ wara li mhumiex fl-istaġun, il-prezz stmat ikun daqs il-prezz tax-xahar preċedenti aġġustat bil-bidla medja fil-prezzijiet osservati fuq il-prodotti staġunali fl-istaġun kollha fl-istess grupp, klassi, sottoklassi tal-ECOICOP, jew fl-istess aggregat f’xi livell taħt is-sottoklassi;
“stima għalkollox staġunali” tfisser proċedura biex jinkiseb prezz stmat għal prodott staġunali ħalli:
fl-ewwel xahar li mhux fl-istaġun, jintuża prezz tipiku mill-perjodu preċedenti fl-istaġun;
fix-xhur ta’ wara li mhux fl-istaġun, il-prezz stmat ikun daqs il-prezz tax-xahar preċedenti aġġustat bil-bidla medja fil-prezzijiet osservati fuq il-prodotti individwali kollha fl-istess grupp, klassi, sottoklassi tal-ECOICOP, jew fl-istess aggregat f’xi livell taħt is-sottoklassi;
“metodu tal-piż staġunali” tfisser trattament ta’ prodotti staġunali li matulu l-piżijiet tal-prodotti staġunali li mhumiex fl-istaġun ikunu żero jew ikunu stabbiliti għal żero;
“tariffa” tfisser lista ta’ prezzijiet u kundizzjonijiet għal prodott li tkun differenzjata skont il-kwantitajiet mixtrija, il-ħin tal-konsum jew il-karatteristiċi tax-xerrejja;
“reviżjoni” tfisser bidla fl-indiċijiet jew fil-piżijiet ippubblikati mill-Kummissjoni (il-Eurostat). Bidla bejn l-istima rapida u l-HICP għall-istess xahar ta’ referenza ma għandhiex titqies bħala reviżjoni;
“data provviżorja” tfisser indiċijiet jew piżijiet li Stat Membru hu mistenni jiffinalizza f’xahar aktar tard;
“settur tal-gvern ġenerali” tfisser gvern ċentrali, gvern statali, gvern lokali u fondi tas-sigurtà soċjali, kif definit fil-paragrafi 2.113-2.117 tal-Anness A tal-ESA 2010;
“taxxi fuq prodotti” tfisser taxxi li huma pagabbli għal kull unità ta’ prodott jew servizz partikolari prodott jew fi tranżazzjoni, kif definit fil-paragrafi 4.16-4.20 tal-Anness A tal-ESA 2010;
“taxxi individwali fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-HICP-CT” tfisser taxxi individwali fuq prodotti relatati mal-konsum domestiku u li inklużi fil-kategoriji li ġejjin, definiti fit-Tabella 9 (“Dħul dettaljat mit-taxxa u mill-kontribuzzjonijiet soċjali skont it-tip ta’ taxxa jew kontribuzzjoni soċjali u subsettur li jinkludi l-lista ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali skont il-klassifikazzjoni nazzjonali”) fl-Anness B tal-ESA 2010:
D.211 Taxxi tat-tip tal-valur miżjud (VAT);
D.2122e Taxxi fuq servizzi speċifiċi;
D.214a Dazji tas-sisa u t-taxxi fuq il-konsum (għajr dawk inklużi fit-taxxi u d-dazji fuq l-importazzjonijiet);
D.214d Taxxi fuq ir-reġistrazzjoni tal-karozzi;
D.214e Taxxi fuq id-divertiment;
D.214 g Taxxi fuq primjums tal-assigurazzjoni;
D.214h Taxxi oħra fuq servizzi speċifiċi;
D214 l Taxxi oħra fuq prodotti li mhumiex ikklassifikati x’imkien ieħor.
KAPITOLU 2
INDIĊI ARMONIZZAT TAL-PREZZIJIET GĦALL-KONSUMATUR (HICP) U INDIĊI ARMONIZZAT TAL-PREZZIJIET GĦALL-KONSUMATUR B’RATI TAT-TAXXA KOSTANTI (HICP-CT);
Artikolu 3
Piżijiet
L-Istati Membri għandhom jieħdu s-subindiċi u l-piżijiet aggregati elementari użati fl-indiċi għas-sena t kif ġej:
Sal-31 ta’ Diċembru 2022, għandhom jintużaw id-data tal-kontijiet nazzjonali għas-sena t-2 u kull informazzjoni disponibbli u rilevanti minn stħarriġ baġitarju tal-unitajiet domestiċi u minn sorsi oħra tad-data biex jinkisbu ishma tan-nefqa tas-sottoklassi u jinqasmu fost l-aggregati elementari tas-sottoklassi. Mill-1 ta’ Jannar 2023, għandha tintuża d-data tal-kontijiet nazzjonali għas-sena t-2, li tista’ tiġi kkumplimentata b’data minn stħarriġ baġitarju riċenti tal-unitajiet domestiċi u minn sorsi oħra, biex jinkisbu ishma tan-nefqa tas-sottoklassi u jinqasmu fost l-aggregati elementari tas-sottoklassi;
L-ishma tan-nefqa għas-sena t-2 għandhom jiġu riveduti u aġġornati biex ikunu rappreżentattivi għas-sena t-1;
L-ishma tan-nefqa għall-aggregati elementari għandhom jiġu aġġustati b’bidla xierqa fil-prezz bejn is-sena t-1 u Diċembru tas-sena t-1.
Artikolu 4
Kampjunar u rappreżentanza
Artikolu 5
Trattament tal-prezzijiet
Artikolu 6
Skonti u inċitamenti
L-Istati Membri għandhom iqisu l-iskonti li:
jistgħu jiġu attribwiti għal prodott individwali; u
jistgħu jintalbu waqt ix-xiri.
Meta possibbli, għandhom jitqiesu l-iskontijiet disponibbli biss għal grupp ristrett ta’ konsumaturi.
Artikolu 7
Ħlasijiet ta’ servizzi proporzjonati għal prezzijiet tat-tranżazzjoni
Artikolu 8
Osservazzjoni tal-prezzijiet
Artikolu 9
Stima tal-prezzijiet
Artikolu 10
Sostituzzjonijiet
Artikolu 11
Aġġustament tal-kwalità
Artikolu 12
Indiċijiet elementari tal-prezz
Il-prezzijiet ta’ prodotti individwali għandhom jiġu aggregati biex jinkisbu indiċijiet elementari tal-prezz b’xi waħda minn dawn li ġejjin:
formula tal-indiċi li tiżgura tranżittività. L-indiċi tal-prezzijiet tal-perjodi preċedenti ma għandux jiġi rivedut meta jintużaw il-formuli tal-indiċi tat-tranżittività; jew
formula tal-indiċi li tiżgura r-riversibbiltà tal-ħin u tqabbel il-prezzijiet ta’ prodotti individwali fil-perjodu attwali mal-prezzijiet ta’ dawk il-prodotti fil-perjodu bażi. Il-perjodu bażi ma għandux jinbidel spiss jekk din il-bidla twassal għal ksur sinifikanti tal-prinċipju tat-tranżittività.
Artikolu 13
Integrazzjoni tas-subindiċijiet wara l-perjodu ta’ referenza tal-indiċi
Kull subindiċi li jkun integrat fl-HICP wara l-perjodu ta’ referenza tal-indiċi għandu jintrabat ma’ Diċembru ta’ sena partikolari u jintuża minn Jannar tas-sena ta’ wara.
Artikolu 14
Prodotti staġunali
Jekk jittieħed kampjun ta’ prodotti staġunali f’aggregat elementari, l-Istati Membri għandhom jużaw il-metodu tal-imputazzjoni staġunali jew il-metodu tal-piżijiet staġunali biex jikkumpilaw indiċi tal-prezzijiet għal dak l-aggregat.
Artikolu 15
Tqassim tal-istima rapida
L-Istati Membri li l-munita tagħhom hi l-euro għandhom jibagħtu stimi rapidi lill-Kummissjoni (il-Eurostat) għas-subindiċijiet kollha fl-HICP tagħhom.
Artikolu 16
Tlestija tad- data provviżorja
Meta Stat Membru jibgħat is-subindiċijiet jew il-piżijiet tagħhom bħala provviżorji, dan għandu jiffinalizzahom mat-trażmissjoni tax-xahar ta’ wara.
Artikolu 17
Reviżjonijiet minħabba żbalji
Artikolu 18
Reviżjonijiet oħra
Artikolu 19
Rilaxx tar-reviżjonijiet
Għajr għar-reviżjonijiet konformi mal-Artikolu 16, kull reviżjoni tal-punti kollha tal-HICP għandha ssir pubblika, flimkien ma’ spjegazzjoni, fuq is-sit web tal-korp nazzjonali responsabbli għall-kompilazzjoni tal-HICP.
Artikolu 20
Reviżjonijiet tal-piżijiet tas-subindiċi
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 16 u 17, il-piżijiet tas-subindiċi ma għandhomx jiġu riveduti.
Artikolu 21
Indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur b’rati tat-taxxa kostanti
Il-bidliet fir-rati tat-taxxa għandhom jiġu riflessi fl-HICP-CT:
tul ix-xahar meta r-rata l-ġdida tiġi applikata għall-prodott individwali u tiġi inkluża fil-prezz osservat; jew
fl-ewwel xahar sħiħ li għalih tiġi applikata r-rata l-ġdida. Il-bidliet fir-rata li jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar għandhom jiġu riflessi fl-HICP-CT għal dak ix-xahar. Il-bidliet fir-rata li jidħlu fis-seħħ aktar tard tul dak ix-xahar għandhom jiġu riflessi fl-HICP-CT għax-xahar ta’ wara.
KAPITOLU 3
L-INDIĊI TAL-PREZZIJIET TAD-DJAR OKKUPATI MIS-SIDIEN U L-INDIĊI TAL-PREZZIJIET TAD-DJAR
▼M1 —————
KAPITOLU 4
STANDARDS U SKADENZI GĦALL-ISKAMBJI TAD-DATA U TAL-METADATA
Artikolu 26
Standards għall-iskambji tad- data u tal-metadata
KAPITOLU 5
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 28
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 1749/96, (KE) Nru 2214/96, (KE) Nru 1687/98, (KE) Nru 2646/98, (KE) Nru 1617/1999, (KE) Nru 2166/1999, (KE) Nru 2601/2000, (KE) Nru 2602/2000, (KE) Nru 1920/2001, (KE) Nru 1921/2001, (KE) Nru 1708/2005, (KE) Nru 701/2006, (KE) Nru 330/2009, (UE) Nru 1114/2010 u (UE) Nru 93/2013 huma mħassra.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
Nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum
1. In-nefqa monetarja finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum hi definita fil-punt 20 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/792.
2. Biex tispeċifika f’aktar dettall il-kwalità tal-piżijiet, in-nefqa monetarja finali għall-konsum għandha tinkludi l-eżempji li ġejjin tan-nefqa finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum kif definit fil-punti li ġejjin fil-paragrafu 3.95 tal-Anness A tal-ESA 2010:
In-nefqa monetarja finali għall-konsum għandha tinkludi wkoll il-kwoti tal-abitazzjoni li huma parti minn D.632, li hi definita fil-paragrafu 4.109 tal-Anness A tal-ESA 2010.
3. In-nefqa monetarja finali għall-konsum għandha teskludi l-eżempji li ġejjin tan-nefqa finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum kif definit fil-punti li ġejjin fil-paragrafu 3.95 tal-Anness A tal-ESA 2010:
In-nefqa monetarja finali għall-konsum għandha teskludi wkoll l-eżempji li ġejjin li mhumiex parti min-nefqa finali tal-unitajiet domestiċi għall-konsum:
4. It-tranżazzjonijiet monetarji huma dawk it-tranżazzjonijiet meta l-unitajiet involuti jagħmlu jew jirċievu pagamenti, jew ikollhom obbligazzjonijiet jew jirċievu assi denominati f’unitajiet tal-munita. It-tranżazzjonijiet li ma jinvolvux l-iskambju ta’ flus kontanti, jew assi jew obbligazzjonijiet denominati f’unitajiet tal-munita, huma tranżazzjonijiet mhux monetarji.
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).