This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02020R0689-20230820
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/689 of 17 December 2019 supplementing Regulation (EU) 2016/429 of the European Parliament and of the Council as regards rules for surveillance, eradication programmes, and disease-free status for certain listed and emerging diseases (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02020R0689 — MT — 20.08.2023 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174 3.6.2020, p. 211) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/881 tat-23 ta’ Marzu 2021 |
L 194 |
10 |
2.6.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1570 tat-23 ta’ Mejju 2023 |
L 192 |
9 |
31.7.2023 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/689
tas-17 ta’ Diċembru 2019
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
PARTI I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Il-Kapitolu 1 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għas-sorveljanza tal-mard imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u l-mard emerġenti kif definit fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
it-tfassil tas-sorveljanza, inklużi l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-metodi dijanjostiċi;
il-konferma tal-mard u d-definizzjoni tal-każ;
il-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni.
Il-Kapitolu 2 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali terrestri msemmi fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard, it-territorju, il-popolazzjonijiet tal-annimali, il-miri u l-perjodu ta’ applikazzjoni;
l-obbligi tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett u ta’ konferma.
Il-Kapitolu 3 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi msemmi fil-punt (b) u (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard, it-territorju, il-popolazzjonijiet tal-annimali, il-miri u l-perjodu ta’ applikazzjoni;
l-obbligi tal-operaturi u tal-awtoritajiet kompetenti;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett u ta’ konferma.
Il-Kapitolu 4 tal-Parti II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward ta’ ċertu mard ta’ annimali terrestri u akkwatiċi msemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
il-kriterji għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri u taż-żoni;
il-kriterji għall-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura;
il-kriterji għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard;
is-sospensjoni, l-irtirar u r-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.
Il-Parti III ta’ dan ir-Regolament tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali b’rabta ma’ dawn li ġejjin:
l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istati Membri, taż-żoni u tal-kompartimenti li huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-mard skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
l-approvazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni tal-Istati Membri, taż-żoni u tal-kompartimenti li għandhom programm ta’ eradikazzjoni jew ta’ sorveljanza approvat skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“marda tal-kategorija E”: tfisser marda elenkata li għaliha hija meħtieġa sorveljanza fi ħdan Unjoni, kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“popolazzjoni tal-annimali fil-mira” tfisser il-popolazzjoni tal-annimali tal-ispeċijiet elenkati definita skont l-ispeċijiet u, kif xieraq, skont il-kategoriji, rilevanti għall-attivitajiet ta’ sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni jew l-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ marda speċifika;
“popolazzjoni tal-annimali addizzjonali” tfisser il-popolazzjoni ta’ annimali miżmuma jew selvaġġi ta’ speċijiet elenkati soġġetti għal miżuri fakultattivi ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard li huma neċessarji sabiex jinkiseb jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ popolazzjoni tal-annimali fil-mira;
“marda tal-kategorija A”: tfisser marda elenkata li normalment ma sseħħx fl-Unjoni, u li għaliha jridu jittieħdu miżuri ta’ eradikazzjoni immedjati hekk kif tiġi skoperta, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“marda tal-kategorija B”: tfisser marda elenkata li għandha tiġi kkontrollata fl-Istati Membri kollha bl-għan li din tiġi eradikata madwar l-Unjoni, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“marda tal-kategorija C”: tfisser marda elenkata li hija ta’ rilevanza għal xi wħud mill-Istati Membri u li għaliha huma meħtieġa miżuri sabiex iwaqqfuha milli tinfirex għal partijiet tal-Unjoni li huma uffiċjalment ħielsa mill-marda jew li għandhom programmi ta’ eradikazzjoni għall-marda elenkata kkonċernata, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“annimal bovin” jew “annimal tal-ispeċi bovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneri Bison, Bos (inklużi s-subġeneri Bos, Bibos, Novibos, Poephagus) u Bubalus (inkluż is-subġeneru Anoa) u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“annimal ovin” jew “annimal tal-ispeċi ovina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Ovis u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“annimal kaprin” jew “annimal tal-ispeċi kaprina”tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati li jappartjenu għall-ġeneru Capra u l-frieħ tal-inkroċjar tar-razez ta’ dawk l-ispeċijiet;
“ċirklu ambulanti” tfisser eżibizzjoni jew fiera li tinkludi l-annimali jew il-wirjiet tal-annimali u li hija maħsuba biex tivvjaġġa minn Stat Membru għall-ieħor;
“wirjiet tal-annimali” tfisser kwalunkwe att li jieħdu sehem fih l-annimali miżmuma għall-iskop ta’ eżibizzjoni jew fiera, u li tista’ tkun parti minn ċirklu;
“annimal porċin” jew “annimal tal-ispeċi porċina” tfisser annimal tal-ispeċi ta’ ungulati tal-familja tas-Suidae elenkati fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/429;
“mezz tat-trasport” tfisser veikoli tat-triq jew veikoli ferrovjarji, bastimenti u inġenji tal-ajru;
“kelb” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Canis lupus;
“qattus” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Felis silvestris;
“nemes” tfisser annimal miżmum tal-ispeċi Mustela putorius furo;
“żona staġjonalment ħielsa mill-BTV” tfisser it-territorju sħiħ ta’ Stat Membru jew żona tiegħu fejn l-awtorità kompetenti stabbilixxiet stat temporanju ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (is-serotipi 1-24) (“infezzjoni bil-BTV”) skont l-Artikolu 40(3) fuq il-bażi ta’ perjodu ħieles minn vetturi u d-dimostrazzjoni ta’ assenza tal-marda fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati;
“stabbiliment protett mill-vetturi” tfisser parti ta’ stabbiliment jew il-faċilitajiet kollha ta’ dan li huma protetti minn attakki ta’ Culicoides permezz ta’ mezzi fiżiċi u ta’ ġestjoni xierqa, bi stat ta’ stabbiliment protett mill-vetturi li jingħata mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44;
“dgħajsa barrada” tfisser bastiment użat mill-industrija tal-akkwakultura li għandu bir jew tank għall-ħażna u t-trasport ta’ ħut ħaj fl-ilma;
“mistrieħ sanitarju” tfisser, għall-finijiet ta’ ġestjoni tal-mard, operazzjoni li fiha stabbiliment jitbattal mill-annimali tal-akkwakultura mill-ispeċijiet elenkati, u fejn fattibbli, mill-ilma;
“perjodu ta’ eliġibbiltà” tfisser il-perjodu ta’ żmien qabel ma l-awtorità kompetenti tissottometti l-applikazzjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard jew, fejn rilevanti, qabel ma d-dikjarazzjoni provviżorja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 83(1) tiġi ppubblikata elettronikament;
“speċijiet mhux elenkati”, tfisser speċijiet ta’ annimali jew grupp ta’ speċijiet ta’ annimali mhux elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 għal marda partikolari;
“qatgħa” tfisser il-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq kollha tal-istess stat ta’ saħħa li huma miżmuma fl-istess bini jew fl-istess spazju magħluq u li jikkostitwixxu unità epidemjoloġika waħda; pollam miżmum f’bini jinkludi l-għasafar kollha li jaqsmu l-istess spazju tal-ajru;
“tilqim DIVA (differenzazzjoni ta’ annimali infettati minn annimali mlaqqma)” tfisser tilqim bl-użu ta’ vaċċini li jippermettu, flimkien mal-metodi dijanjostiċi seroloġiċi xierqa, id-detezzjoni tal-annimali infettati f’popolazzjoni mlaqqma;
“annimali mlaqqma DIVA” tfisser annimali li ġew imlaqqma fil-qafas ta’ tilqim DIVA;
“stabbiliment approvat tal-prodotti ġerminali” tfisser ċentru tal-ġbir tas-semen, grupp għall-ġbir tal-embrijuni, grupp għall-produzzjoni tal-embrijuni, stabbiliment tal-ipproċessar ta’ prodotti ġerminali jew ċentru tal-ħżin tal-prodotti ġerminali, approvat f’konformità mal-Artikolu 97(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
“semen” tfisser l-eġakulat ta’ annimal jew ta’ annimali, fl-istat mhux mibdul jew ippreparat jew dilwit;
“ooċiti” tfisser l-istadji aplojde tal-ootidoġenesi, inklużi ooċiti sekondarji u ova;
“embrijun” tfisser l-istadju inizjali tal-iżvilupp ta’ annimal waqt li jkun jista’ jiġi ttrasferit lejn omm riċevitur;
“perjodu ħieles minn vetturi” tfisser f’erja ddefinita l-perjodu ta’ inattività tal-Culicoides iddeterminat skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;
“naħal tal-għasel” tfisser annimali tal-ispeċi Apis mellifera;
“pollam tat-tnissil” tfisser pollam li għandhom 72 siegħa jew aktar, li jkunu maħsuba għall-produzzjoni tal-bajd għat-tifqis;
“sorveljanza annwali aleatorja” tfisser sorveljanza li tal-anqas tikkonsisti fi stħarriġ wieħed ta’ popolazzjoni tal-annimali fil-mira organizzat matul is-sena li għalih jintużaw il-metodi ta’ kampjunar ibbażati fuq il-probabbiltà sabiex jintgħażlu l-unitajiet li jridu jiġu eżaminati.
PARTI II
SORVELJANZA, PROGRAMMI TA’ ERADIKAZZJONI, STAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD
KAPITOLU 1
Sorveljanza
Artikolu 3
It-tfassil tas-sorveljanza
L-awtorità kompetenti għandha tfassal is-sorveljanza għal mard elenkat u emerġenti ta’ annimali terrestri u ta’ annimali oħra filwaqt li tqis:
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza bbażati fuq:
in-notifika kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
investigazzjoni veterinarja xierqa ta’ mortalitajiet miżjuda u ta’ sinjali oħra ta’ mard serju jew rati tal-produzzjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti b’kawża mhux iddeterminata;
l-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija E jew, jekk rilevanti, ta’ marda emerġenti;
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza kif previst fl-Artikolu 4;
il-kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra kif previst fl-Artikolu 7;
rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza;
fil-programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni;
bħala parti mill-programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni;
għall-wiri u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard;
bħala parti mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard;
fil-kuntest tal-approvazzjoni ta’ ċerti stabbilimenti;
għall-movimenti ta’ annimali terrestri fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul tagħhom fl-Unjoni.
L-awtorità kompetenti għandha tfassal is-sorveljanza għal mard elenkat u emerġenti ta’ annimali akkwatiċi filwaqt li tqis:
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza bbażati fuq:
in-notifika kif previst fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) 2016/429;
investigazzjoni veterinarja xierqa ta’ mortalitajiet miżjuda u ta’ sinjali oħra ta’ mard serju jew rati tal-produzzjoni mnaqqsa b’mod sinifikanti b’kawża mhux iddeterminata;
l-investigazzjoni mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ suspett ta’ marda tal-kategorija E jew, jekk rilevanti, ta’ marda emerġenti;
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza kif previst fl-Artikolu 4;
il-kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra kif previst fl-Artikolu 7;
miżuri ta’ kontroll tal-mard;
rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza;
bħala parti mill-iskema ta’ sorveljanza fuq il-bażi tar-riskji stipulata fil-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness VI, li tinvolvi klassifikazzjoni tar-riskju u żjarat regolari tas-saħħa tal-annimali kif previst fil-Kapitoli 2 u 3 tal-Parti I tal-Anness VI;
bħala parti mill-programmi ta’ eradikazzjoni previsti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Parti II tal-Anness VI;
għall-wiri u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard;
għall-wiri, f’konformità mal-programmi ta’ sorveljanza previsti fil-Kapitoli 1 sa 6 tal-Parti III tal-Anness VI, li l-istabbilimenti li mhumiex qed jieħdu sehem fil-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (ii) jew li ma kisbux l-istat ta’ ħelsien mill-mard imsemmi fil-punt (iii) mhumiex infettati;
għall-movimenti ta’ annimali akkwatiċi fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul tagħhom fl-Unjoni.
Artikolu 4
Popolazzjoni tal-annimali fil-mira
L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3 għal kull marda elenkata u, fejn rilevanti, għal kull marda emerġenti u għandha tinkludi:
l-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;
l-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati jekk:
huma soġġetti għal programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, jew għal programm obbligatorju jew fakultattiv ta’ eradikazzjoni jew għas-sorveljanza neċessarja għall-għoti jew għaż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard;
l-awtorità kompetenti tqis li dawn jikkostitwixxu riskju li jista’ jikkomprometti l-istat tas-saħħa ta’ speċijiet oħra fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment; jew
is-sorveljanza tkun neċessarja għall-valutazzjoni tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għad-dħul fl-Unjoni jew għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni.
Sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni bikrija ta’ marda emerġenti fi speċijiet li mhumiex fost dawk imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi, fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-annimali miżmuma ta’ speċijiet li mhumiex elenkati għall-fini tal-marda elenkata rilevanti jekk ikunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
dawn jitmexxew għal stabbilimenti fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment oħrajn; u
minħabba n-numru ta’ annimali jew il-frekwenza tal-movimenti, l-awtorità kompetenti tqis li l-annimali jikkostitwixxu riskju li jista’ jikkomprometti l-istat tas-saħħa ta’ annimali miżmuma oħra fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment oħrajn, jekk tfeġġ marda f’dik l-ispeċi.
Artikolu 5
Esklużjoni ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira
Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 4(1), l-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għas-sorveljanza ta’ marda għajr marda tal-kategorija A għall-kategoriji ta’ annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati li huma soġġetti, għal dik il-marda, għal:
programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni;
programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni jew is-sorveljanza neċessarja għall-għoti jew għaż-żamma ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard; jew
ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq is-sorveljanza għall-movimenti fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni.
Artikolu 6
Metodi dijanjostiċi
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-ġbir tal-kampjuni, it-tekniki, il-validazzjoni u l-interpretazzjoni tal-metodi dijanjostiċi għall-finijiet ta’ sorveljanza għandhom jikkonformaw:
mal-leġiżlazzjoni speċifika adottata skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u mad-dettalji u mal-gwida rilevanti mqiegħda għad-dispożizzjoni fuq is-siti web tal-Laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea (EURL) u tal-Kummissjoni;
meta ma jkunux koperti mil-leġiżlazzjoni, mid-dettalji u mill-gwida msemmija fil-punt (a), mal-ġbir tal-kampjuni, mat-tekniki, mal-validazzjoni u mal-interpretazzjoni tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi u Vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (“il-Manwal Terrestri” ( 1 ) kif emendat jew il-Manwal ta’ Testijiet Dijanostiċi għall-Annimali Akkwatiċi tal-OIE (“il-Manwal Akkwatiku” ( 2 ) kif emendat:
meta ma jkunux koperti mill-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu, mal-metodi stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 34(2) u tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) 2017/625.
Il-metodi dijanjostiċi għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard huma stabbiliti f’dawn li ġejjin:
It-Taqsima 1 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B.suis;
it-Taqsima 2 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis(Mycobacterium bovis, M.caprae u M. tuberculosis) (MTBC);
it-Taqsima 3 tal-Anness III għal-lewkożi enzootika bovina (EBL);
it-Taqsima 4 tal-Anness III għar-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV);
it-Taqsima 5 tal-Anness III għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV);
it-Taqsima 6 tal-Anness III għad-dijarea virali bovina (BVD);
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għas-settiċemija emorraġika virali (VHS);
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN);
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir f’reġjun polimorfiku ħafna (ISAV bi tħassir fl-HPR);
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
il-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV).
Artikolu 7
Kontribuzzjoni tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra għas-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali
Jekk rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fit-tfassil tas-sorveljanza msemmi fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament l-eżitu tal-kontrolli uffiċjali u ta’ attivitajiet uffiċjali oħra ddefiniti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/625. Dawn il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra jinkludu:
spezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;
spezzjonijiet fil-postijiet ta’ kontroll fuq il-fruntiera;
kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra fis-swieq u f’operazzjonijiet ta’ assemblaġġ;
kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra matul it-trasport ta’ annimali ħajjin;
spezzjonijiet u kampjunar relatati mas-saħħa pubblika fl-istabbilimenti;
kwalunkwe kontroll uffiċjali ieħor li matulu l-istabbilimenti, l-annimali jew il-kampjuni jiġu spezzjonati jew eżaminati.
Meta l-awtorità kompetenti tissuspetta marda elenkata jew marda emerġenti fil-kuntest tal-kontrolli uffiċjali jew ta’ attivitajiet uffiċjali oħra msemmija fil-paragrafu 1, din għandha tiżgura li l-awtoritajiet rilevanti kollha jkunu informati. Dan għandu jsir:
minnufih fil-każ ta’ marda tal-kategorija A jew ta’ marda emerġenti;
mingħajr dewmien għal mard ieħor.
Artikolu 8
Kriterji għall-konferma uffiċjali ta’ mard elenkat, għajr mard tal-kategorija A, u ċertu mard emerġenti u konferma sussegwenti ta’ tifqigħat
L-awtorità kompetenti, malli tissuspetta mard elenkat li mhuwiex marda tal-kategorija A, jew malli tissuspetta marda emerġenti, għandha tagħmel investigazzjoni sabiex tikkonferma jew telimina l-possibbiltà tal-preżenza ta’ dik il-marda meta:
hemm il-bżonn li jiġi ddeterminat l-istat tas-saħħa tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment tiegħu; jew
hemm il-bżonn li tinġabar l-informazzjoni neċessarja dwar l-okkorrenza tal-marda għal kwalunkwe skop minn fost dawn li ġejjin:
sabiex jiġu implimentati miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem;
sabiex jiġu implimentati r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti ta’ annimali jew ta’ prodotti; jew
sabiex tinżamm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fi programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni.
Artikolu 9
Definizzjonijiet tal-każ
L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ suspettat ta’ marda elenkata jew ta’ marda emerġenti meta:
l-eżamijiet kliniċi, post-mortem jew tal-laboratorju jikkonkludu li s-sinjal(i) kliniku/kliniċi, il-leżjoni(jiet) post-mortem jew is-sejbiet istoloġiċi jkunu jindikaw dik il-marda;
ir-riżultat(i) minn metodu dijanjostiku jindika(w) il-preżenza probabbli tal-marda f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew
ġiet stabbilita rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat.
L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika annimal jew grupp ta’ annimali bħala każ ikkonfermat ta’ marda elenkata jew ta’ marda emerġenti meta:
l-aġent tal-marda, esklużi r-razez tal-vaċċin, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;
antiġene jew aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda li ma jkunx konsegwenza ta’ tilqim ikun ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat; jew
riżultat pożittiv minn metodu dijanjostiku indirett li ma jkunx konsegwenza ta’ tilqim ikun inkiseb f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.
Artikolu 10
Kriterji għall-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u l-kontenut tagħhom
Marda tal-kategorija E għandha tkun soġġetta għal programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni skont l-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) 2016/429 jekk tkun tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
iġġib magħha theddida partikolari għas-saħħa tal-annimali u possibilment tal-bniedem fit-territorju sħiħ tal-Unjoni b’konsegwenzi ekonomiċi serji possibbli għall-komunità tal-biedja u għall-ekonomija usa’;
tkun suxxettibbli għal evoluzzjoni tal-profil tal-marda, b’mod partikolari fir-rigward tar-riksju għas-saħħa tal-bniedem u għas-saħħa tal-annimali;
l-annimali selvaġġi infettati jkunu jirrappreżentaw theddida partikolari għall-introduzzjoni tal-marda f’parti mit-territorju tal-Unjoni jew f’kollu kemm hu;
ikun fundamentali li tinkiseb, permezz ta’ sorveljanza, informazzjoni aġġornata b’mod regolari dwar l-evoluzzjoni taċ-ċirkolazzjoni tagħha u dwar il-karatterizzazzjoni tal-aġent tal-marda, sabiex jiġu vvalutati dawk ir-riskji u jiġu adattati l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju kif xieraq;
Artikolu 11
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sottomissjoni tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u fir-rapportar dwarhom
L-awtorità kompetenti, meta tissottometti programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għandha tinkludi f’dik is-sottomissjoni tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-marda qabel id-data tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm u data dwar l-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda;
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, l-unitajiet epidemjoloġiċi u ż-żoni tal-programm;
l-organizzazzjoni tal-awtorità kompetenti, is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-programm, il-kontrolli uffiċjali li jridu jiġu applikati matul l-implimentazzjoni tal-programm u r-rwol tal-operaturi rilevanti kollha, il-professjonisti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, il-veterinarji, il-laboratorji tas-saħħa tal-annimali u l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi l-oħra kkonċernati;
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi implimentat il-programm;
indikaturi sabiex jitkejjel il-progress tal-programm;
il-metodi dijanjostiċi użati, in-numru ta’ kampjuni ttestjati, il-frekwenza tal-ittestjar u l-mudelli tal-kampjunar;
il-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati għat-tfassil ta’ sorveljanza mmirata fuq il-bażi tar-riskju.
L-awtorità kompetenti, meta tirrapporta dwar programm ta’ sorveljanza tal-Unjoni, għandha tinkludi f’dak ir-rapport tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
id-deskrizzjoni tal-miżuri implimentati u r-riżultati miksuba bbażati fuq l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) u fil-punti (d) sa (f) tal-paragrafu 1; u
ir-riżultati tas-segwitu tal-evoluzzjoni epidemjoloġika tal-marda fil-każ ta’ każ issuspettat jew ikkonfermat.
KAPITOLU 2
Programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri
Artikolu 12
L-istrateġija ta’ kontroll tal-mard għall-eradikazzjoni ta’ mard tal-kategoriji B u C tal-annimali terrestri
L-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija B jew programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għall-marda tal-kategorija C tal-annimali terrestri, għandha tibbaża dawk il-programmi fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li, għal kull marda, tinkludi:
it-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 13(1);
id-durata tal-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikolu 15, inklużi l-miri finali u intermedji tiegħu kif previsti fl-Artikolu 14; u
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-marda stabbiliti:
fl-Artikoli 16 sa 31 għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, għall-infezzjoni bl-MTBC, bl-EBL, bl-IBR/IPV, għall-infezzjoni bl-ADV u bil-BVD;
fl-Artikoli 32 sa 36 għall-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV);
fl-Artikoli 37 sa 45 għall-infezzjoni bil-BTV.
Meta t-tali koordinazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni, jekk fattibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju effettivi, li jinkludu sorveljanza intensifikata.
Artikolu 13
Ambitu territorjali u popolazzjonijiet tal-annimali
L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ambitu tal-programm ta’ eradikazzjoni, inklużi:
it-territorju kopert; u
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u, jekk ikun hemm bżonn, il-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali.
It-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun:
it-territorju sħiħ tal-Istat Membru; jew
żona waħda jew aktar, dment li kull żona tkun tikkorrispondi għal unità(jiet) amministrattiva/i ta’ tal-anqas 2 000 km2 u tinkludi tal-anqas wieħed mir-reġjuni stabbiliti skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/429.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tiddefinixxi żoni iżgħar minn 2 000 km2 filwaqt li tqis:
superfiċje minima li ma tkunx anqas b’mod sinifikanti minn 2 000 km2; jew
l-eżistenza ta’ ostakoli naturali rilevanti għall-profil tal-marda.
Artikolu 14
Miri finali u intermedji
L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri intermedji annwali jew pluriennali kwalitattivi u kwantitattivi sabiex tirrifletti l-progress li sar fl-ilħiq tal-miri finali. Dawn il-miri intermedji għandhom jinkludu:
ir-rekwiżiti kollha speċifiċi għall-mard imsemmija fil-paragrafu 1; u
jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti addizzjonali li mhumiex inklużi fil-kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-eradikazzjoni.
Artikolu 15
Perjodu tal-applikazzjoni
Artikolu 16
Strateġija ta’ kontroll tal-mard ibbażata fuq l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti
L-awtorità kompetenti għandha tfassal l-istrateġija ta’ kontroll tal-mard ta’ programm ta’ eradikazzjoni fir-rigward tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira miżmuma fl-istabbilimenti għall-mard li ġej tal-annimali terrestri:
infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
infezzjoni bl-MTBC;
EBL;
IBR/IPV;
infezzjoni bl-ADV;
BVD.
L-istrateġiji ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq:
l-implimentazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-mard stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 31 sakemm l-istabbilimenti rilevanti kollha jilħqu stat ta’ ħelsien mill-mard;
l-għoti, is-sospensjoni u l-irtirar mill-awtorità kompetenti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti rilevanti kollha;
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju oħrajn;
l-implimentazzjoni fakultattiva tal-programmi ta’ tilqim.
Artikolu 17
Popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard
L-awtorità kompetenti għandha tapplika programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira li ġejjin:
għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, l-annimali bovini miżmuma, l-annimali ovini miżmuma u l-annimali kaprini miżmuma;
għall-infezzjoni bl-MTBC, l-annimali bovini miżmuma.
L-awtorità kompetenti għandha tapplika l-programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għall-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira li ġejjin:
għall-EBL, l-annimali bovini miżmuma;
għall-IBR/IPV, l-annimali bovini miżmuma;
għall-infezzjoni bl-ADV, l-annimali porċini miżmuma;
għall-BVD, l-annimali bovini miżmuma.
Artikolu 18
Obbligi tal-operaturi fir-rigward tal-programmi ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard
L-operaturi ta’ stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 17, għajr il-biċċeriji, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali u speċifiċi għall-mard li ġejjin sabiex jiksbu u jżommu l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti:
rekwiżiti ġenerali:
sorveljanza tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-marda rilevanti kif ordnat mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 3(1);
fil-każ tal-moviment tal-annimali mill-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira, l-iżgurar li l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti ma jkunx kompromess minħabba t-trasport jew l-introduzzjoni fl-istabbilimenti ta’ annimali tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira jew addizzjonali jew ta’ prodotti tagħhom;
it-tilqim tal-annimali miżmuma tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira kontra l-marda rilevanti;
miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata;
kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, is-separazzjoni tal-annimali skont l-istat tas-saħħa tagħhom b’miżuri fiżiċi ta’ protezzjoni u miżuri ta’ ġestjoni;
ir-rekwiżiti speċifiċi tal-marda stabbiliti fi:
il-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis
il-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;
il-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;
il-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;
il-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;
il-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD.
Artikolu 19
Deroga fir-rigward tal-għoti ta’ stat ta’ ħelsien mill-mard lill-istabbilimenti
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 18 u dment li l-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira rilevanti jikkonformaw mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li l-obbligi tal-operaturi li jiksbu u jżommu l-istat ta’ ħelsien mill-mard stabbilit fl-Artikolu 18(1) ma japplikawx għall-operaturi tal-istabbilimenti li ġejjin:
stabbilimenti konfinati;
stabbilimenti fejn l-annimali jinżammu biss għal operazzjonijiet ta’ assemblaġġ;
stabbilimenti fejn l-annimali jinżammu biss għall-fini ta’ wirjiet tal-annimali;
ċirkli ambulanti.
Artikolu 20
Obbligu tal-awtorità kompetenti li tagħti, tissospendi u tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard
L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard fil-livell tal-istabbilimenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jew għall-irtirar. Dawk il-kundizzjonijiet huma stabbiliti fi:
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;
it-Taqsimiet 3 u 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD.
L-awtorità kompetenti għandha tispeċifika:
id-dettalji tar-reġim tal-ittestjar, inklużi skont il-bżonn, ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18(1) meta l-istat ta’ ħelsien mill-mard jiġi sospiż jew irtirat; u
il-perjodu massimu ta’ żmien li matulu l-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jiġi sospiż meta jkun hemm ksur tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2.
L-awtorità kompetenti tista’ tattribwixxi l-istat tas-saħħa distint lil unitajiet epidemjoloġiċi differenti tal-istess stabbiliment dment li l-operatur tiegħu:
ikun issottometta għall-kunsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar l-unitajiet epidemjoloġiċi differenti stabbiliti fi ħdan l-istabbiliment li se jingħataw stat tas-saħħa distint qabel kwalunkwe suspett jew konferma tal-marda skont l-Artikoli 21 u 24;
ikun stabbilixxa sistema, li għaliha l-awtorità kompetenti jkollha aċċess meta titolbu, għat-traċċar tal-movimenti tal-annimali u tal-prodotti ġerminali lejn, minn u bejn l-unitajiet epidemjoloġiċi; u
ikun issepara l-unitajiet epidemjoloġiċi b’mezzi fiżiċi u tal-ġestjoni u jikkonforma ma’ kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji mitluba mill-awtorità kompetenti għal dak l-għan.
Artikolu 21
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjonijiet u tal-inkjesta epidemjoloġika msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti:
għandha tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti mill-istabbiliment sakemm ma tkunx awtorizzat l-iskarnar immedjat tagħhom f’biċċerija magħżula apposta;
meta tqis li dawn ikunu neċessarji għall-kontroll tar-riskju ta’ tixrid tal-marda, għandha:
meta teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati fl-istabbiliment;
tirrestrinġi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti fl-istabbiliment;
tirrestrinġi l-moviment ta’ prodotti mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti mill-istabbiliment jew lejn l-istabbiliment;
Artikolu 22
Estensjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
Meta tqis li din tkun neċessarja, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21 għal:
popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali rilevanti miżmuma fl-istabbiliment;
kwalunkwe stabbiliment li jkollu rabta epidemjoloġika mal-istabbiliment fejn seħħ il-każ issuspettat.
Artikolu 23
Derogi mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 21(2), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali għandhom jitmexxew biss bi trasport dirett;
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, l-annimali għandhom jinżammu f’faċilitajiet magħluqa, b’ebda kuntatt mal-annimali miżmuma ta’ stat tas-saħħa ogħla jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti.
Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha:
tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi, sa tmiem l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1);
tipprojbixxi, sa tmiem l-investigazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21(1), il-moviment ta’ annimali minn dak l-istabbiliment, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport dirett tagħhom lejn biċċerija magħżula apposta għall-iskarnar immedjat tagħhom;
fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jew bl-MTBC, iżżomm il-projbizzjoni stabbilita fil-punt (b) wara tmiem l-investigazzjoni sakemm l-annimali kollha li jitmexxew fl-istabbiliment wara d-deroga stabbilita fil-paragrafu 2 ikunu ġew skarnati.
L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-derogi previsti fil-paragrafi 1 sa 3 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi:
japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; u
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha jkunu ttieħdu.
Artikolu 24
Konferma uffiċjali ta’ ċertu mard u miżuri ta’ kontroll tal-mard
Jekk jiġi kkonfermat każ, l-awtorità kompetenti għandha:
tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment(i) infettat(i);
tadotta l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 25 sa 31 fl-istabbiliment(i) infettat(i).
Jekk il-marda tiġi kkonfermata f’annimali selvaġġi, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, jekk neċessarji, kif previst fl-Artikolu 25. Jekk hija tqis li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda, din għandha:
tordna l-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti kif previst fl-Artikoli 21 sa 25 u fl-Artikolu 30 fl-istabbilimenti li jżommu l-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-popolazzjonijiet tal-annimali addizzjonali;
twettaq jew tordna miżuri proporzjonati u neċessarji oħra ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-marda fir-rigward tal-popolazzjoni tal-annimali selvaġġi rilevanti jew fil-ħabitat tagħha.
Artikolu 25
Inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fil-każ ta’ konferma ta’ ċertu mard
Meta tiġi kkonfermata l-marda, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel inkjesta epidemjoloġika;
tagħmel investigazzjonijiet u tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 21 fl-istabbilimenti kollha epidemjoloġikament relatati; u
tadatta s-sorveljanza għall-fatturi ta’ riskju identifikati, b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta epidemjoloġika.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis possibbli dwar is-sitwazzjoni:
lill-operaturi u lill-awtoritajiet rilevanti mill-Istati Membri kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-każ ikkonfermat; u
lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li jistgħu jkunu kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment(i) infettat(i).
Artikolu 26
Il-moviment tal-annimali lejn u mill-istabbilimenti infettati
Meta l-awtorità kompetenti tqis li hija meħtieġa għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda, din għandha:
tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati u kkonfermati fl-istabbiliment fejn teknikament possibbli;
tirrestrinġi l-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fi ħdan l-istabbiliment;
tirrestrinġi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-istabbiliment;
tirrestrinġi l-moviment ta’ prodotti tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment infettat u lejn l-istabbiliment infettat;
Artikolu 27
L-ittestjar u t-tneħħija ta’ annimali minn stabbilimenti infettati
Wara l-konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti għandha tordna li fl-istabbilimenti infettati jsir l-ittestjar li ġej fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat minnha:
l-ittestjar ta’ dawk l-annimali li l-ittestjar tagħhom jitqies neċessarju sabiex titlesta l-inkjesta epidemjoloġika;
l-ittestjar għar-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard kif stabbilit fi:
it-Taqsima 4 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD; u
kwalunkwe ttestjar addizzjonali li hija tqis neċessarju sabiex tiżgura d-detezzjoni veloċi tal-annimali infettati li jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-marda.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, l-ittestjar m’għandux ikun ordnat meta l-istat ta’ ħelsien mill-mard jiġi restawrat skont:
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitoli 1 u 2 tal-Parti I tal-Anness IV għall-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-MTBC;
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti III tal-Anness IV għall-EBL;
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-IBR/IPV;
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti V tal-Anness IV għall-infezzjoni bl-ADV;
il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-BVD.
Artikolu 28
Il-ġestjoni ta’ prodotti minn stabbilimenti infettati
Fl-istabbilimenti kollha infettati bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jew bl-MTBC, l-awtorità kompetenti għandha tordna li:
il-ħalib minn każijiet ikkonfermati għandu jiġi mitmugħ biss lil annimali fl-istess stabbiliment wara li jkun ġie pproċessat sabiex tiġi żgurata l-inattivazzjoni tal-aġent tal-marda, jew inkella għandu jintrema;
id-demel, it-tiben, l-għalf jew kwalunkwe materja u sustanza oħra li ġiet f’kuntatt ma’ każ ikkonfermat jew ma’ materjal ikkontaminat għandhom jew jinġabru jew inkella jintremew mill-aktar fis possibbli jew, wara valutazzjoni tar-riskju xierqa, jinħażnu u jiġu pproċessati sabiex jitnaqqas għal livell aċċettabbli r-riskju ta’ tixrid tal-marda.
Artikolu 29
Derogi mir-restrizzjoni tal-moviment tal-annimali minn stabbilimenti infettati
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 26(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali klinikament f’saħħithom, għajr il-każijiet ikkonfermati, lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:
il-moviment ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-annimali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fir-rotta lejn dik id-destinazzjoni;
l-annimali għandhom jitmexxew biss bi trasport dirett; u
fl-istabbiliment tad-destinazzjoni, l-annimali għandhom jinżammu f’faċilitajiet magħluqa, b’ebda kuntatt mal-annimali miżmuma ta’ stat tas-saħħa ogħla jew ma’ annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti.
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 26(1), fil-każ ta’ marda tal-kategorija C, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment ta’ annimali klinikament f’saħħithom mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti, għajr il-każijiet ikkonfermati, dment li:
dawn jitmexxew, jekk ikun hemm bżonn bi trasport dirett, lejn stabbiliment li jinsab f’żona li la hija ħielsa mill-marda u lanqas koperta minn programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni; u
il-moviment ma jikkompromettix l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira jew addizzjonali fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fir-rotta lejn dik id-destinazzjoni.
Meta tagħmel użu mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment tad-destinazzjoni tal-annimali li huma soġġetti għad-deroga u għandha:
tordna l-moviment tal-annimali bi trasport dirett, fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li hija tiddetermina, mill-istabbiliment tad-destinazzjoni lejn biċċerija magħżula apposta għall-iskarnar immedjat; jew
fil-każ ta’ marda tal-kategorija C tordna l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 26 sa 30 sakemm jerġa’ jinkiseb l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbiliment.
L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-derogi previsti fil-paragrafi 1 u 2 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-derogi:
japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda; u
jipprovdu lill-awtorità kompetenti bil-garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha huma ssodisfati.
Artikolu 30
It-tindif u d-diżinfezzjoni u miżuri oħra għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-infezzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti infettati kollha u lil dawk li jirċievu annimali minn stabbilimenti infettati li jnaddfu u jiddiżinfettaw jew, fejn rilevanti, jarmu b’mod sikur:
il-partijiet kollha tal-istabbilimenti li setgħu ġew ikkontaminati wara t-tneħħija tal-każijiet ikkonfermati u ssuspettati u qabel ir-ripopolament;
kwalunkwe għalf, materjal, sustanza, tagħmir relatat mat-trobbija, tagħmir mediku u tagħmir relatat mal-produzzjoni li setgħu ġew ikkontaminati;
kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat mill-operaturi u mill-viżitaturi;
il-mezzi tat-trasport, il-kontenituri u t-tagħmir kollha wara t-trasport ta’ annimali jew ta’ prodotti minn stabbilimenti infettati;
iż-żoni tat-tagħbija għall-annimali wara kull użu.
Artikolu 31
Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tal-infezzjoni mill-ġdid
Qabel jew mat-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti għandha tordna miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proporzjonati sabiex tipprevjeni l-infezzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju rilevanti kif indikati mir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika. Dawn il-miżuri għandhom tal-anqas iqisu:
il-persistenza tal-aġent tal-marda fl-ambjent jew fl-annimali selvaġġi; u
il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment.
Artikolu 32
Strateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV
Meta tistabbilixxi programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha tibbażah fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li tinkludi:
tilqim tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li hija tqis rilevanti;
implimentazzjoni tal-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju ta’ kuntatt mal-annimali infettati;
kontroll tar-riskju ta’ tixrid u ta’ introduzzjoni tal-marda fit-territorju tal-Istat Membru tagħha.
L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-programm ta’ eradikazzjoni filwaqt li tqis li dan għandu jkun:
ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju, aġġornat kif meħtieġ, skont l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika;
sostnut minn kampanji ta’ informazzjoni pubblika li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha;
ikkoordinat, jekk ikun hemm bżonn, mal-awtoritajiet rilevanti inkarigati mis-saħħa pubblika, mill-popolazzjonijiet tal-annimali selvaġġi jew mill-kaċċa;
skalat skont approċċ ibbażat fuq ir-riskju territorjali.
Artikolu 33
Popolazzjoni tal-annimali fil-mira għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV
Artikolu 34
Obbligi tal-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bir-RABV
L-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel sorveljanza tal-infezzjoni bir-RABV għall-finijiet ta’:
detezzjoni bikrija tal-infezzjoni; u
segwitu tax-xejra fin-numru ta’ annimali infettati, li għandu jinkludi, skont approċċ ibbażat fuq ir-riskji, il-ġbir u l-ittestjar ta’ volpijiet selvaġġi u ta’ karnivori selvaġġi oħra misjuba mejta;
twettaq miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma ta’ infezzjoni bir-RABV kif stipulat fl-Artikoli 35 u 36;
tapplika, jekk ikun hemm bżonn, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tat-tixrid tar-RABV bil-movimenti ta’ klieb, qtates u inmsa.
Meta hija tqis li dawn ikunu neċessarji, l-awtorità kompetenti għandha tordna:
it-tilqim, u l-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness V tal-volpijiet selvaġġi u, jekk rilevanti, ta’ annimali oħra msemmija fl-Artikolu 33(3);
l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ klieb, ta’ qtates u ta’ inmsa;
restrizzjonijiet tal-moviment tal-annimali miżmuma rilevanti tal-ispeċijiet imsemmija fl-Artikolu 33(3) li mhumiex imlaqqma kontra l-infezzjoni bir-RABV skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness V;
il-miżuri previsti fl-Artikolu 35 meta annimal ta’ speċi elenkata jweġġa’ persuna jew annimal mingħajr raġuni li tista’ tinftiehem u f’kontradizzjoni mal-imġiba normali tiegħu jew jippreżenta tibdil mhux spjegat fl-imġiba segwit minn mewt fi żmien 10 ijiem.
Artikolu 35
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bir-RABV
Meta tkun issuspettata infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel investigazzjonijiet ulterjuri sabiex tikkonferma jew telimina l-possibbiltà ta’ preżenza tal-marda;
tordna restrizzjonijiet rilevanti fuq il-moviment jew il-qtil ta’ każijiet issuspettati sabiex tipproteġi lill-bnedmin u lill-annimali mir-riskju ta’ infezzjoni sakemm jinħarġu r-riżultati tal-investigazzjonijiet;
tordna kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tar-riskji ġġustifikata sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni ulterjuri tar-RABV lill-bnedmin jew lill-annimali.
Artikolu 36
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni bir-RABV
Meta tiġi kkonfermata l-infezzjoni bir-RABV, l-awtorità kompetenti għandha tieħu miżuri sabiex tipprevjeni trażmissjoni ulterjuri tal-marda lil annimali u lil bnedmin, li għalihom:
hija għandha tagħmel inkjesta epidemjoloġika, li għandha tinkludi l-identifikazzjoni tar-razza tal-RABV involuta, sabiex tidentifika s-sors probabbli tal-infezzjoni u r-rabtiet epidemjoloġiċi;
għandha, sakemm ma tqisx li jkunu meħtieġa aktar investigazzjonijiet, telimina infezzjoni bir-RABV f’annimali b’rabta epidemjoloġika meta:
perjodu minimu ta’ tliet xhur skada mindu seħħet ir-rabta epidemjoloġika mal-każ ikkonfermat; u
l-ebda sinjal kliniku ma nstab f’dawk l-annimali;
meta hija tqis li dan ikun neċessarju, hija għandha tieħu miżura waħda jew aktar minn fost dawk stabbiliti fl-Artikoli 34 u 35;
hija għandha tiżgura li l-karkassi tal-każijiet ikkonfermati ta’ annimali selvaġġi infettati jintremew jew jiġu pproċessati skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
Artikolu 37
Strateġija ta’ kontroll tal-mard tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
Meta tistabbilixxi programm ta’ eradikazzjoni fakultattiv għall-infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha tibbażah fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li tinkludi:
is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;
it-tilqim tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira rilevanti għall-eradikazzjoni tal-marda permezz ta’ kampanji ta’ tilqim regolari li jridu jiġu implimentati, skont kif ikun rilevanti, skont strateġija fit-tul;
restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45;
miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-minimizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-BTV permezz ta’ vetturi.
L-awtorità kompetenti għandha timplimenta l-programm ta’ eradikazzjoni filwaqt li tqis li:
hija għandha tindividwa u teradika s-serotipi 1-24 kollha li huma preżenti fit-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni;
it-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni għandu jkun:
it-territorju sħiħ tal-Istat Membru; jew
żona jew żoni li jinkludu territorju f’tal-anqas raġġ ta’ 150 km minn kull stabbiliment infettat.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista’ tadatta ż-żona/i koperta/i mill-programm ta’ eradikazzjoni skont:
is-sitwazzjoni ġeografika tal-istabbiliment(i) infettat(i) u l-fruntieri tal-unitajiet amministrattivi korrispondenti;
il-kundizzjonijiet ekoloġiċi u meteoroloġiċi;
l-abbundanza, l-attività u d-distribuzzjoni tal-vetturi preżenti fiż-żona/i;
is-serotip tal-BTV involut;
ir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika prevista fl-Artikolu 42;
ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ sorveljanza.
Artikolu 38
Popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira u addizzjonali għall-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
Artikolu 39
Obbligi tal-operaturi fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
L-operaturi tal-istabbilimenti, għajr il-biċċeriji, fejn jinżammu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 38(1) għandhom:
jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;
jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza entomoloġika;
jaraw li l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jitlaqqmu skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;
jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;
jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ moviment skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;
jimplimentaw kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, il-protezzjoni tal-annimali miżmuma minn attakki minn vetturi skont l-istat tas-saħħa tal-annimali.
L-operaturi tal-biċċeriji, fejn jinżammu u jiġu skarnati l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira msemmija fl-Artikolu 38(1) għandhom:
jikkonformaw mar-rekwiżiti ordnati mill-awtorità kompetenti fir-rigward tas-sorveljanza tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira;
jimplimentaw miżuri ta’ kontroll tal-mard f’każ li l-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata skont l-ordnijiet tal-awtorità kompetenti;
jimplimentaw kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti li tista’ tinkludi, jekk rilevanti, il-protezzjoni tal-annimali miżmuma minn attakki minn vetturi skont l-istat tas-saħħa tal-annimali.
Artikolu 40
Obbligi tal-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
L-awtorità kompetenti għandha, fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2):
timmappja t-territorju kopert f’sett ta’ unitajiet ġeografiċi skont il-punt 1 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;
tagħmel sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV f’kull unità ġeografika, skont kif ikun rilevanti fir-rigward tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V;
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 41 u 42 fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma tal-marda;
tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti tal-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma u, jekk ikun hemm bżonn, ta’ popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħrajn, ilaqqmu l-annimali tagħhom. u
japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 43 u 45 għall-movimenti ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.
Meta hija tqis li dan ikun neċessarju u, jekk ikun possibbli, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi żona staġjonalment ħielsa mill-BTV kif previst fil-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness V. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri l-oħra:
informazzjoni li turi l-issodisfar tal-kriterji speċifiċi għad-determinazzjoni tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV;
id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodu;
informazzjoni li turi l-waqfien tat-trażmissjoni tal-BTV fiż-żona; u
id-delimitazzjoni taż-żona li tikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 13.
Artikolu 41
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ infezzjoni bil-BTV
Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
tirrestrinġi l-moviment tal-annimali u tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu sakemm dan ma jkunx awtorizzat għall-fini ta’ skarnar immedjat;
tordna l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji rilevanti, fejn dawn ikunu neċessarji u teknikament fattibbli, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għal attakki minn vetturi.
Artikolu 42
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ konferma ta’ infezzjoni bil-BTV
Fil-każ ta’ konferma tal-infezzjoni bil-BTV, l-awtorità kompetenti għandha:
tikkonferma t-tifqigħa u, jekk ikun meħtieġ, tistabbilixxi jew testendi ż-żona taħt il-programm ta’ eradikazzjoni;
tagħmel inkjesta epidemjoloġika, jekk ikun hemm bżonn;
tirrestrinġi l-moviment tal-annimali tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu sakemm dan ma jkunx awtorizzat għall-fini tal-iskarnar immedjat;
tirrestrinġi l-moviment tal-prodotti ġerminali ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira mill-istabbiliment fejn jinżammu;
tordna l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji rilevanti, meta hija tqis li dawn ikunu neċessarji u teknikament fattibbli, għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tal-esponiment tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għal attakki minn vetturi;
tapplika l-miżuri ta’ kontroll tal-mard previsti fl-Artikolu 41 għall-istabbilimenti kollha li jkollhom rabta epidemjoloġika mal-każ ikkonfermat, inklużi dawk li jżommu l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’esponiment simili għall-vetturi infettivi bħal dak tal-każ ikkonfermat.
Minbarra l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda, l-awtorità kompetenti, meta tqis li dawn huma neċessarji, għandha:
tordna lill-operaturi tal-istabbilimenti tal-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma u, jekk ikun hemm bżonn, ta’ popolazzjonijiet tal-annimali fil-mira oħrajn, ilaqqmu l-annimali tagħhom kontra l-infezzjoni bis-serotip(i) rilevanti tal-BTV kif previst fil-punt (d) tal-Artikolu 40(1);
tinvestiga u tissorvelja l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-inħawi tal-istabbiliment fejn jinżamm il-każ ikkonfermat.
Artikolu 43
Moviment tal-annimali miżmuma u tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira lejn l-Istati Membri jew iż-żoni koperti mill-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll l-introduzzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk:
tkun ivvalutat ir-riskju li tirrappreżenta l-introduzzjoni għall-istat tas-saħħa tal-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji possibbli li tista’ tadotta fil-post ta’ destinazzjoni;
tipprojbixxi l-moviment ta’ dawn l-annimali lejn Stat Membru ieħor:
għal perjodu ta’ 60 jum wara l-introduzzjoni; jew
sakemm jitwettaq test negattiv tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) għas-serotipi 1-24 tal-BTV fuq il-kampjuni miġbura mhux qabel 14-il jum wara l-introduzzjoni;
tadatta, jekk ikun hemm bżonn, is-sorveljanza skont il-punt 6 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness V; u
l-annimali jikkonformaw ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 5 sa 8 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza wkoll l-introduzzjoni tal-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fit-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV jekk:
tkun ivvalutat ir-riskju li tirrappreżenta l-introduzzjoni għall-istat tas-saħħa tal-post ta’ destinazzjoni fir-rigward tal-infezzjoni bil-BTV, b’kunsiderazzjoni tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji possibbli li tista’ tadotta fil-post ta’ destinazzjoni;
tipprojbixxi l-moviment ta’ dawn il-prodotti ġerminali lejn Stat Membru ieħor; u
il-prodotti ġerminali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V.
Meta l-awtorità kompetenti li tirċievi l-annimali jew il-prodotti ġerminali tuża d-derogi previsti fil-paragrafi u 2 jew 4, din għandha:
tinforma lill-Kummissjoni dwar dan mill-aktar fis possibbli;
taċċetta annimali jew prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li jikkonformaw mar-rekwiżiti għad-deroga rilevanti indipendentement mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini tal-annimal jew tal-prodotti ġerminali.
Artikolu 44
Stabbiliment protett mill-vetturi
Artikolu 45
Moviment ta’ annimali ġo Stati Membri jew żoni koperti minn programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV
L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza biss il-moviment ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira minn ġot-territorju kopert minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) jekk:
l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punti 1 sa 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness V; jew
il-mezz tat-trasport li fuqu jitgħabbew l-annimali jkun ġie protett minn attakki minn vetturi u l-vjaġġ ma jkunx inkludi l-ħatt tal-annimali għal perjodu itwal minn jum wieħed, jew l-annimali jinħattu għal perjodu itwal minn jum wieħed fi stabbiliment protett mill-vetturi jew matul il-perjodu ħieles minn vetturi.
KAPITOLU 3
Programmi ta’ eradikazzjoni għal mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
Artikolu 46
L-istrateġija ta’ kontroll tal-mard għall-eradikazzjoni ta’ mard tal-kategoriji B u C tal-annimali akkwatiċi
L-awtorità kompetenti, meta tistabbilixxi programm obbligatorju ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija B jew programm fakultattiv ta’ eradikazzjoni għal marda tal-kategorija C tal-annimali akkwatiċi, għandha tibbaża dawk il-programmi fuq strateġija ta’ kontroll tal-mard li, għal kull marda, tinkludi:
it-tip ta’ rekwiżiti ta’ sorveljanza neċessarji sabiex jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-għoti u għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard b’kunsiderazzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 3(2);
it-territorju u l-popolazzjoni tal-annimali koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni kif previst fl-Artikoli 47 u 51;
id-durata tal-programm ta’ eradikazzjoni prevista fl-Artikolu 49, inklużi l-miri finali u intermedji tiegħu kif previsti fl-Artikolu 48;
il-miżuri preventivi u ta’ kontroll speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65.
Meta t-tali koordinazzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni, jekk fattibbli, miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju effettivi li jinkludu sorveljanza intensifikata.
Artikolu 47
Ambitu territorjali u popolazzjoni tal-annimali
L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina l-ambitu tal-programm ta’ eradikazzjoni, inklużi:
it-territorju kopert; u
il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u, jekk ikun hemm bżonn, il-popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali.
It-territorju kopert mill-programm ta’ eradikazzjoni msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jista’ jkun:
it-territorju sħiħ tal-Istat Membru;
żona waħda jew aktar; jew
il-post ġeografiku tal-istabbilimenti li minnhom huwa magħmul il-kompartiment jew il-kompartimenti.
Artikolu 48
Miri finali u intermedji
L-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni miri intermedji annwali jew pluriennali kwalitattivi u kwantitattivi sabiex tirrifletti l-progress li sar fl-ilħiq tal-miri finali. Dawn il-miri intermedji għandhom jinkludu:
ir-rekwiżiti speċifiċi kollha għall-marda msemmija fil-paragrafu 1 u l-miri previsti fil-paragrafu 2; u
jekk ikun hemm bżonn, rekwiżiti addizzjonali li mhumiex inklużi fir-rekwiżiti għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-valutazzjoni tal-progress lejn l-eradikazzjoni.
Artikolu 49
Perjodu tal-applikazzjoni
Il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-annimali akkwatiċi elenkat huwa stabbilit fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fit-Taqsimiet 2 u 3 ta’:
il-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;
il-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
il-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
il-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
il-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
il-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.
Artikolu 50
Rekwiżiti minimi għal programm ta’ eradikazzjoni
L-awtorità kompetenti għandha tibbaża l-programm ta’ eradikazzjoni għal marda speċifika tal-kategorija B jew C fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment fuq:
id-determinazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment billi tiżgura l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali mill-ispeċijiet elenkati;
l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fl-istabbilimenti kollha fejn jiġu identifikati l-każijiet issuspettati u kkonfermati;
l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ bijosigurtà u ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji oħra għat-tnaqqis tar-riskju li l-ispeċijiet elenkati fi stabbiliment jiġu infettati;
f’ċerti każijiet, it-tilqim, bħala parti mill-programm ta’ eradikazzjoni.
Artikolu 51
Popolazzjoni tal-annimali li għandha tiġi inkluża fil-programmi ta’ eradikazzjoni għall-mard tal-kategoriji B u C
Fejn teknikament fattibbli, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi fil-programm ta’ eradikazzjoni popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali meta t-tali annimali:
ikunu jirrappreżentaw riskju għall-istat tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 1;
ikunu inklużi minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fil-programm ta’ eradikazzjoni u meta l-inklużjoni tagħhom tkun neċessarja sabiex tinkiseb kopertura epidemjoloġika sodisfaċenti tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment.
Artikolu 52
Miżuri li għandhom jittieħdu fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti koperti mill-programmi ta’ eradikazzjoni
Sabiex tissorvelja l-progress tal-programmi ta’ eradikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali mill-ispeċijiet elenkati skont:
l-istat tas-saħħa ta’ kull stabbiliment magħruf fiż-żmien li fih jibda l-programm ta’ eradikazzjoni;
il-konformità mal-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fl-istabbiliment;
il-konformità mill-operatur mal-obbligu ta’ notifika lill-awtorità kompetenti dwar kwalunkwe suspett jew detezzjoni tal-marda;
l-issodisfar tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati jekk il-marda tkun issuspettata jew ikkonfermata;
ir-reġimi ta’ tilqim li jistgħu japplikaw għall-annimali mill-ispeċijiet elenkati miżmuma fl-istabbiliment;
kwalunkwe miżura addizzjonali meqjusa neċessarja mill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti għandha:
tibda, iżżomm jew tirtira l-programm ta’ eradikazzjoni skont il-konformità jew in-nuqqas ta’ konformità tal-istabbilimenti mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1;
tinforma lill-operaturi tal-istabbilimenti rilevanti dwar l-evoluzzjoni tal-istat tas-saħħa u l-miżuri neċessarji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard.
Artikolu 53
Deroga mill-klassifikazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kkonfinati
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 52(1), l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tikklassifikax l-istat tas-saħħa tal-istabbilimenti kkonfinati, jekk il-popolazzjoni tal-annimali miżmuma f’dawn l-istabbilimenti kkonfinati tkun soġġetta għal miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni tar-riskji u miżuri xierqa ta’ kontroll tal-mard sabiex jiġi żgurat li din ma tkunx tikkostitwixxi riskju ta’ tixrid tal-marda.
Artikolu 54
Tilqim
L-awtorità kompetenti tista’ tinkludi fil-programmi ta’ eradikazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha:
it-tilqim tal-ispeċijiet elenkati;
it-tilqim ta’ popolazzjoni tal-annimali addizzjonali tal-annimali miżmuma;
it-tilqim ta’ popolazzjoni tal-annimali addizzjonali tal-annimali selvaġġi.
Artikolu 55
Miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
Sakemm joħroġ l-eżitu tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali fl-istabbiliment;
fejn teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-unitajiet fl-istabbiliment fejn jinżammu l-annimali ssuspettati;
tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-istabbiliment sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-fini ta’ skarnar jew ipproċessar immedjat fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew għall-konsum dirett mill-bniedem fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan;
tipprojbixxi l-moviment ta’ tagħmir, ta’ għalf u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-istabbiliment sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti.
Artikolu 56
Estensjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ ċertu mard
Meta tqis li din tkun neċessarja, l-awtorità kompetenti għandha testendi l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55 għal:
kwalunkwe stabbiliment li minħabba kundizzjonijiet idrodinamiċi jkollu riskju akbar li tinfirex għandu l-marda mill-istabbiliment issuspettat;
kwalunkwe stabbiliment li jkollu rabta epidemjoloġika mal-istabbiliment issuspettat.
Artikolu 57
Deroga mill-miżuri ta’ kontroll tal-mard fil-każ ta’ suspett ta’ marda
Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-Artikolu 55(2), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali tal-akkwakultura lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha dment li jiġu rrispettati r-rekwiżiti li ġejjin:
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx kompromess mill-moviment;
fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali tal-akkwakultura bi stat tas-saħħa ogħla fir-rigward tal-marda rilevanti; u
l-annimali jinżammu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għal perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti.
Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jekk rilevanti, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1), sa tmiem l-investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1);
tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni sa tmiem l-investigazzjoni, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard għal skarnar jew ipproċessar immedjat jew għall-konsum uman dirett, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan.
L-awtorità kompetenti tista’ tuża d-deroga prevista fil-paragrafu 1 biss jekk l-operaturi tal-istabbilimenti ta’ oriġini u ta’ destinazzjoni u t-trasportaturi tal-annimali li huma soġġetti għad-deroga:
japplikaw il-miżuri xierqa ta’ bijosigurtà u miżuri oħrajn ta’ mitigazzjoni tar-riskji li huma neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda;
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-miżuri ta’ bijosigurtà u l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji l-oħra kollha huma ssodisfati; u
jipprovdu lill-awtorità kompetenti b’garanziji li l-prodotti sekondonarji tal-annimali kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 mill-annimali akkwatiċi msemmija fil-paragrafu 1(c) ta’ dan l-Artikolu jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 ta’ dak ir-Regolament.
Artikolu 58
Konferma uffiċjali ta’ ċertu mard u ta’ miżuri ta’ kontroll tal-mard
Jekk jiġi kkonfermat każ, l-awtorità kompetenti għandha:
tiddikjara l-istabbiliment(i) bħala infettat(i);
terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment(i) infettat(i);
tistabbilixxi żona ristretta li tkun ta’ daqs xieraq;
tadotta l-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 59 sa 65 fl-istabbiliment(i) infettat(i).
Ir-rekwiżiti minimi li għandhom japplikaw fir-rigward tal-istabbiliment(i) taż-żona ristretta huma stipulati fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
il-punt 1(a) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.
Permezz ta’ deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix żona ristretta:
meta stabbiliment infettat ma jiskarikax effluwent mhux ittrattat fl-ilmijiet tal-madwar; u
meta l-miżuri ta’ bijosigurtà li jkunu jeżistu fl-istabbiliment ikunu ta’ standard li jiżgura li l-infezzjoni tkun kontenuta bis-sħiħ fih.
L-awtorità kompetenti tista’ tieħu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji relatati mal-attivitajiet li ġejjin fiż-żona ristretta:
il-moviment ta’ dgħajjes barrada minn ġoż-żona ristretta;
l-attivitajiet tas-sajd;
attivitajiet oħra li jistgħu jġibu riskju ta’ tixrid tal-marda.
Jekk il-marda tkun ikkonfermata fl-annimali akkwatiċi selvaġġi, l-awtorità kompetenti tista’:
tiżviluppa u timplimenta l-miżuri ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll tal-mard li jkunu neċessarji għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda għal annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati jew għal popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali;
tapplika sorveljanza intensifikata tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi selvaġġi u fl-istabbilimenti li jkollhom rabta epidemjoloġika diretta mal-każ ikkonfermat;
tieħu miżuri sabiex teradika l-marda mill-popolazzjoni tal-annimali akkwatiċi selvaġġi rilevanti, fejn fattibbli.
Artikolu 59
Inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi fil-każ ta’ konferma ta’ ċertu mard
Meta tiġi kkonfermata l-marda, l-awtorità kompetenti għandha:
tagħmel inkjesta epidemjoloġika;
tagħmel investigazzjonijiet u tapplika l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 55(2) fl-istabbilimenti kollha epidemjoloġikament relatati;
tadatta s-sorveljanza għall-fatturi ta’ riskju identifikati, b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-inkjesta epidemjoloġika.
L-awtorità kompetenti għandha tinforma mill-aktar fis possibbli:
lill-operaturi u lill-awtoritajiet rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-każ ikkonfermat; u
lill-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħra li jistgħu jkunu kkonċernati mir-rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment(i) infettat(i).
Artikolu 60
Movimenti lejn u minn stabbiliment infettat u kwalunwke stabbiliment ieħor li jinsab fiż-żona ristretta
F’kull stabbiliment infettat u fi kwalunkwe stabbiliment ieħor li jinsab fiż-żona ristretta, l-awtorità kompetenti għandha:
meta teknikament possibbli, tordna l-iżolament tal-każijiet issuspettati u kkonfermati;
tipprojbixxi l-ħruġ ta’ annimali jew ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti mill-istabbiliment(i) sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti għall-iskarnar jew ipproċessar immedjat fi stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard, jew għall-konsum dirett mill-bniedem fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan;
tipprojbixxi l-introduzzjoni ta’ annimali mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti fl-istabbiliment(i) sakemm din ma tkunx awtorizzata mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif xieraq;
tipprojbixxi l-moviment ta’ tagħmir, tal-għalf u ta’ prodotti sekondarji tal-annimali mill-istabbiliment(i) sakemm dan ma jkunx awtorizzat mill-awtorità kompetenti;
Artikolu 61
Derogi mir-restrizzjoni tal-moviment tal-annimali u tal-prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn stabbilimenti infettati
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali akkwatiċi lejn stabbiliment taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha fl-istess żona ristretta dment li:
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx ipperikolat mill-moviment;
fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni, dawn ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali tal-akkwakultura bi stat tas-saħħa ogħla fir-rigward tal-marda rilevanti;
l-annimali jinżammu fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni għal perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti.
Meta tuża d-deroga stabbilita fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha:
terġa’ tikklassifika l-istat tas-saħħa tal-istabbiliment tad-destinazzjoni, jekk rilevanti, skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 52(1);
tipprojbixxi l-moviment ta’ annimali mill-istabbiliment ta’ destinazzjoni, sakemm ma tkunx awtorizzat it-trasport tagħhom lejn stabbiliment tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard għal skarnar jew ipproċessar immedjat jew għall-konsum dirett mill-bniedem, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin għal dak l-għan. Fil-każijiet kollha, il-prodotti sekondarji tal-annimali kif iddefiniti fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom jiġu pproċessati jew jintremew bħala materjal tal-Kategorija 1 jew tal-Kategorija 2 skont l-Artikoli 12 jew 13 ta’ dak ir-Regolament.
iżżomm l-istabbiliment ta’ destinazzjoni taħt is-superviżjoni uffiċjali tagħha sat-tlestija tat-tindif, tad-diżinfezzjoni u tal-mistrieħ sanitarju xieraq tal-istabbiliment.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali akkwatiċi għal stabbilimenti infettati oħrajn li ma jkunux qed jimplimentaw programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda speċifika dment li:
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;
l-istat tas-saħħa tal-annimali tal-akkwakultura fl-istabbiliment ta’ destinazzjoni jew tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn dak l-istabbiliment ma jkunx ipperikolat mill-moviment; u
il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali tal-akkwakultura u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali għal faċilitajiet ta’ skarnar u ta’ pproċessar għajr l-istabbilimenti tal-ikel akkwatiku għall-kontroll tal-mard dment li:
jitmexxew biss l-annimali li ma juru ebda sintomu tal-marda;
il-faċilità ta’ skarnar u ta’ pproċessar ma tkunx tinsab fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment li qed jimplimentaw programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda speċifika jew li ġew iddikjarati bħala ħielsa mill-marda;
l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fi triqithom lejn il-faċilità ta’ skarnar u ta’ pproċessar jew fl-inħawi tagħha ma jkunx ipperikolat mill-moviment;
il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 60(1), l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-moviment tal-annimali u ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn popolazzjonijiet addizzjonali tal-annimali mill-istabbiliment(i) infettat(i) lejn stabbilimenti oħra mingħajr restrizzjonijiet ulrerjuri dment li:
tkun saret valutazzjoni tar-riskju;
il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji jiġu implimentati, fejn ikun hemm bżonn, sabiex jiġi żgurat li l-istat tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi fl-istabbiliment tad-destinazzjoni jew fit-triq lejn dik id-destinazzjoni ma jiġix kompromess; u
il-moviment jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni stipulati fl-Artikolu 208(2) tar-Regolament (UE) 2016/429.
Artikolu 62
Tneħħija ta’ annimali infettati
Wara l-konferma tal-marda, l-awtorità kompetenti għandha f’kull stabbiliment infettat tordna, fi ħdan perjodu massimu ta’ żmien li jrid jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti, il-miżuri li ġejjin b’rabta mal-annimali akkwatiċi mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti:
tneħħija tal-annimali mejtin kollha;
tneħħija u qtil tal-annimali moribondi kollha;
tneħħija u qtil tal-annimali kollha li juru sintomi tal-marda;
skarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin, it-tneħħija mill-ilma tal-annimali li jibqgħu fl-istabbiliment(i) wara li jkunu tlestew il-miżuri fil-punti (a) sa (c).
L-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta’ raġunijiet iġġustifikati kif xieraq, tista’ tordna l-iskarnar għall-konsum mill-bniedem jew, fil-każ ta’ molluski jew ta’ krustaċji li jinbiegħu ħajjin, it-tneħħija mill-ilma ta’:
kull annimal mill-ispeċijiet elenkati għall-marda rilevanti fl-istabbiliment(i) infettat(i), mingħajr l-ittestjar ta’ dawn l-annimali;
annimali ssuspettati li jkollhom rabta epidemjoloġika ma’ każ ikkonfermat.
Artikolu 63
Tindif u diżinfezzjoni
L-awtorità kompetenti, għall-istabbilimenti infettati kollha, għandha tordnat t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-istrutturi u tal-komponenti li ġejjin qabel ir-ripopolament:
l-istabbilimenti, sa fejn dan ikun teknikament possibbli, wara t-tneħħija tal-annimali msemmija fl-Artikolu 62(1) u tal-għalf kollu li seta’ ġie kkontaminat;
kwalunkwe tagħmir relatat mat-trobbija tal-annimali inkluż, iżda mhux limitat, għat-tagħmir għall-għoti tal-għalf, għat-tqassim skont id-daqs, għat-trattament u għat-tilqim, u d-dgħajjes tax-xogħol;
kwalunkwe tagħmir relatat mal-produzzjoni inklużi, iżda mhux limitati, għal gaġeġ, għal xbieki, għal kavalletti, għal boroż u għal konzijiet;
kwalunkwe lbies protettiv jew tagħmir ta’ sikurezza użat mill-operaturi u mill-viżitaturi;
il-mezzi kollha tat-trasport inklużi tankijiet u tagħmir ieħor użat sabiex jitmexxew l-annimali infettati jew il-persunal li kien f’kuntatt mal-annimali infettati.
Artikolu 64
Mistrieħ sanitarju
Id-durata tal-mistrieħ sanitarju għandha tkun xierqa għall-patoġenu rilevanti u għat-tip ta’ sistema ta’ produzzjoni użat fl-istabbilimenti infettati. Ċerti perjodi ta’ mistrieħ sanitarju huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir f’HPR;
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
il-punt 1(c) tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.
L-awtorità kompetenti għandha tordna mistrieħ sanitarju sinkroniku tal-istabbilimenti infettati fi ħdan iż-żona ta’ protezzjoni jew fejn ma tkun ġiet stabbilita l-ebda żona ta’ protezzjoni, fi ħdan iż-żona ristretta. Il-mistrieħ sanitarju sinkroniku jista’ jkun estiż ukoll għal stabbilimenti oħra fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riskju. Id-durata tal-mistrieħ sanitarju sinkroniku u l-firxa taż-żona li fiha għandu jsir it-tali mistrieħ sanitarju huma stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VI, speċifikament fi:
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 għall-VHS u għall-IHN;
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 2 għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 4 għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 5 għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
il-punt 1 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu 6 għall-infezzjoni bid-WSSV.
Artikolu 65
Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għall-prevenzjoni tal-infezzjoni mill-ġdid
Qabel jew wara t-tneħħija tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard, l-awtorità kompetenti għandha tordna miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji proporzjonati sabiex tipprevjeni l-infezzjoni mill-ġdid tal-istabbiliment filwaqt li tqis il-fatturi ta’ riskju rilevanti kif indikati mir-riżultati tal-inkjesta epidemjoloġika. Dawn il-miżuri għandhom tal-anqas iqisu:
il-persistenza tal-aġent tal-marda fl-ambjent jew fl-annimali selvaġġi;
il-miżuri ta’ bijosigurtà li huma adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-istabbiliment.
KAPITOLU 4
Stat ta’ ħelsien mill-mard
Artikolu 66
Kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard
L-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata biss lil Stati Membri jew lil żoni tagħhom meta jkunu rrispettati l-kriterji ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
kriterji ġenerali:
l-ambitu territorjali jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 13 jew 47 skont il-każ;
is-sorveljanza għall-marda tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2 tal-Artikolu 3, skont il-każ;
l-operaturi jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-miżuri ta’ bijosigurtà kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/429;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti għall-marda fil-każ ta’ suspett jew ta’ konferma tal-marda jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti għal:
l-istabbilimenti kienu rreġistrati jew approvati, kif rilevanti għat-tip ta’ stabbiliment;
l-identifikazzjoni tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u t-traċċabilità tal-prodotti ġerminali ġew żgurati, kif rilevanti għat-tip ta’ annimal;
meta jitmexxew, l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew il-prodotti tagħhom kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment fi ħdan l-Unjoni u għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom;
kriterji speċifiċi għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fuq il-bażi tal-Artikoli 67 sa 71.
Artikolu 67
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-assenza tal-ispeċijiet elenkati
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-assenza tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda huma kif ġejjin:
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punt (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; u
l-ispeċijiet elenkati rilevanti għall-marda inkwistjoni huma neqsin mill-popolazzjonijiet tal-annimali miżmuma u selvaġġi.
L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokumentarja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1. L-evidenza dokumentarja għandha turi s-sostenibbiltà tal-istat ta’ ħelsien mill-mard filwaqt li tqis li:
il-probabbiltà tal-preżenza tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fit-territorju tal-Istat Membru jew ta’ żona tiegħu ġiet ivvalutata u nstabet li kienet negliġibbli; u
il-probabbiltà tal-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fit-territorju tal-Istat Membru jew ta’ żona tiegħu nstabet li kienet negliġibbli.
Artikolu 68
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda huma kif ġej:
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda;
il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma baqax ħaj;
intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-aġent tal-marda;
l-aġent tal-marda huwa espost għal dak il-parametru ambjentali kritiku għal perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jeqirdu.
L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja;
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika.
Artikolu 69
Stat ta’ ħelsien mill-mard tal-annimali terrestri fuq il-bażi tal-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-vetturi elenkati għall-mard elenkat tal-annimali terrestri
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-vetturi elenkati għal dik il-marda elenkata huma kif ġejjin:
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 66 ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda;
il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma ġiex trażmess;
it-trażmissjoni tal-aġent tal-marda hija dipendenti għalkollox fuq il-preżenza ta’ vetturi elenkati u mhuwiex magħruf li sseħħ xi modalità oħra ta’ trażmissjoni naturali;
il-vetturi elenkati mhumiex naturalment preżenti fl-Istati Membri jew fiż-żoni tiegħu;
huwa improbabbli li l-introduzzjoni aċċidentali jew intenzjonali tal-vetturi elenkati seħħet fl-imgħoddi jew ser isseħħ fil-ġejjieni;
intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-vetturi elenkati;
il-vetturi elenkati huma esposti għal dak il-parametru ambjentali kritiku għal perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jinqerdu.
L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja;
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika.
Jekk seħħet il-marda, l-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokuemntarja li s-sorveljanza wriet b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ prevalenza tal-marda kienet anqas minn 1 %.
Artikolu 70
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona tiegħu fuq il-bażi tad-data storika u ta’ sorveljanza huma kif ġejjin:
il-marda qatt ma ġiet irrapportata fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu jew ġiet eradikata fl-Istat Membru jew fiż-żona tiegħu u ma ġietx irrapporata għal tal-anqas 25 sena;
il-marda ġiet irrapportata fl-aħħar 25 sena, ġiet eradikata mill-Istat Membru jew miż-żona tiegħu u r-rekwiżiti speċifiċi tal-marda msemmija fl-Artikolu 72 huma rrispettati.
Stat Membru li jixtieq jikseb l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għat-territorju sħiħ tiegħu jew għal żona tiegħu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun implimenta l-miżuri li ġejjin għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas 10 snin:
sorveljanza tal-mard tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;
prevenzjoni għall-kontroll tal-introduzzjoni tal-aġent tal-marda;
projbizzjoni fuq it-tilqim kontra l-marda sakemm dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-marda msemmija fl-Artikolu 72;
sorveljanza għall-marda li tissostanzja l-fatt li l-marda mhijiex magħrufa bħala waħda stabbilita f’annimali selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru jew iż-żona.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni, għal perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tista’ tagħti stat ta’ ħelsien mill-mard lill-Istati Membri jew liż-żoni fir-rigward ta’:
l-infezzjoni bir-RABV, jekk kienet notifikabbli skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 64/432/KEE u, meta jkun hemm bżonn, il-monitoraġġ kien implimentat skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/99/KE ( 3 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-ebda każ ma ġie rrapportat fl-ispeċijiet tal-annimali elenkati għall-aħħar sentejn;
infezzjoni bil-BTV, jekk iż-żoni ristretti kollha tneħħew skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 sabiex jinkiseb stat ta’ ħelsien mill-mard għandhom japplikaw biss:
fi Stat Membru ġdid, matul perjodu massimu ta’ sentejn wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni; jew
għal perjodu massimu ta’ sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jikkategorizzaw għall-ewwel darba l-marda rilevanti bħala marda tal-kategorija B jew C.
Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 4, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux ikun soġġett għall-perjodu massimu ta’ sentejn għall-istati li ġejjin:
stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.;
stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim;
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 4, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux japplika għall-mard li ġej:
infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
infezzjoni bl-MTBC;
EBL;
IBR/IPV;
infezzjoni bl-ADV;
VHS;
IHN;
infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
infezzjoni bil-Marteilia refringens.
Artikolu 71
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru jew ta’ żona fuq il-bażi ta’ programmi ta’ eradikazzjoni huma kif ġejjin:
l-awtorità kompetenti tkun qed tagħmel programm ta’ eradikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 12 jew 46; u
l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-programm ta’ eradikazzjoni u ssottomettiet lill-Kummissjoni applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħieles mill-mard li turi li r-rekwiżiti speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikolu 72 huma rrispettati.
Artikolu 72
Rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil Stat Membru jew lil żona huma previsti fi:
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 3 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma u fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti III tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-EBL;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti V tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-BVD;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bir-RABV;
it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV;
it-Taqsima 1 tal-Parti III tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.;
it-Taqsima 1 tal-Parti IV tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV;
Artikolu 73
Kriterji għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartimenti li jżommu annimali tal-akkwakultura
L-istat ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata biss lil kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura meta jkunu rrispettati l-kriterji ġenerali u speċifiċi li ġejjin:
kriterji ġenerali:
l-ambitu territorjali jikkonforma mal-punt (c) tal-Artikolu 47(2);
is-sorveljanza għall-marda tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3(2), 4 u 6 sa 9;
l-operaturi jikkonformaw mal-obbligi fir-rigward tal-miżuri ta’ bijosigurtà kif stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/429;
il-konformità mal-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti għall-marda fil-każ ta’ suspett jew konferma;
l-istabbilimenti li minnhom huwa magħmul il-kompartiment huma approvati;
it-traċċabilità tal-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira ġiet żgurata;
meta jitmexxew, l-annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew il-prodotti tagħhom kienu jikkonformaw mar-rekwiżiti dwar is-saħħa tal-annimali għall-moviment fi ħdan l-Unjoni jew għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom;
kriterji speċifiċi għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 74 sa 77.
L-istat ta’ ħelsien mill-mard imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata lil:
kompartimenti li huma indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar; u
kompartimenti li huma dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar iżda fejn jeżistu kundizzjonijiet li joħolqu separazzjoni effettiva speċifika għall-marda bejn il-kompartiment u popolazzjonijiet ta’ annimali akkwatiċi oħra li jistgħu jkunu infettati.
Fil-każ tal-kompartimenti dipendenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha:
tivvaluta tal-anqas il-fatturi epidemjoloġiċi li ġejjin:
il-post ġeografiku ta’ kull stabbiliment fil-kompartiment u n-natura tal-provvista tal-ilma;
l-istat tas-saħħa ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn fis-sistema tal-ilma;
il-post tal-istabbilimenti msemmija fil-punt (ii) u d-distanza tagħhom mill-kompartiment dipendenti;
il-volum tal-produzzjoni tal-istabbilimenti msemmija fil-punt (ii) kif ukoll il-metodu ta’ produzzjoni tagħhom u s-sors tal-annimali tagħhom;
il-preżenza u l-abbundanza tal-annimali akkwatiċi selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati rilevanti fis-sistema tal-ilma u l-istat tas-saħħa tagħhom;
dettalji ta’ jekk l-ispeċijiet imsemmija fil-punt (v) humiex sedentarji jew migratorji;
il-possibbiltà li l-annimali akkwatiċi selvaġġi msemmija fil-punt (v) jidħlu fil-kompartiment;
il-miżuri ta’ bijosigurtà ġenerali fil-kompartiment;
il-kundizzjonijiet idroloġiċi ġenerali fis-sistema tal-ilma;
tikklassifika l-istabbilimenti kollha fil-kompartiment bħala ta’ riskju għoli, f’konformità mal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness VI;
timponi kwalunkwe miżura li tinstab li hija neċessarja għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda.
L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien kwalunkwe tibdil sussegwenti fil-fatturi epidemjoloġiċi stipulati fil-punt (a) tal-paragrafu 3 u l-miżuri meħuda għall-mitigazzjoni tal-impatt tagħhom.
Artikolu 74
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-assenza tal-ispeċijiet elenkati
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura minħabba l-assenza tal-ispeċijiet elenkati għal dik il-marda huma kif ġejjin:
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda; u
l-ispeċijiet elenkati rilevanti għall-marda inkwistjoni huma neqsin mill-popolazzjonijiet tal-annimali miżmuma u selvaġġi.
L-Istat Membru għandu jipprovdi evidenza dokumentarja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1. L-evidenza dokumentarja għandha turi s-sostenibbiltà tal-istat ta’ ħelsien mill-mard filwaqt li tqis li:
il-probabbiltà tal-preżenza tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fil-kompartiment ġiet ivvalutata u nstabet li kienet negliġibbli; u
il-probabbiltà tal-introduzzjoni tal-annimali mill-ispeċijiet elenkati fil-kompartiment instabet li kienet negliġibbli.
Artikolu 75
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura minħabba l-inkapaċità ta’ sopravivenza tal-aġent tal-marda huma kif ġej:
il-kriterji ġenerali stabbiliti fil-punti (a)(i) u (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) ġew issodisfati għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas ħames snin u ma kienx hemm detezzjoni tal-marda;
il-marda qatt ma ġiet irrapportata jew, jekk ġiet irrapportata, intwera li l-aġent tal-marda ma baqax ħaj;
intlaħaq il-valur ta’ tal-anqas parametru ambjentali kritiku wieħed li mhuwiex kompatibbli mas-sopravivenza tal-aġent tal-marda;
l-aġent tal-marda huwa espost għal dak il-parametru kritiku matul perjodu ta’ żmien li huwa suffiċjenti sabiex jeqirdu.
L-Istat Membru għandu jipprovdi l-evidenza li ġejja sabiex jissostanzja l-issodisfar tal-kriterji fil-paragrafu 1:
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, evidenza dokumentarja;
fir-rigward tal-issodisfar tal-kriterji stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1, evidenza xjentifika.
Artikolu 76
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura fuq il-bażi tad-data storika u ta’ sorveljanza huma kif ġejjin:
il-marda qatt ma ġiet irrapportata fil-kompartiment jew ġiet eradikata fil-kompartiment u ma ġietx irrapporata għal tal-anqas 25 sena;
il-marda ġiet irrapportata fl-aħħar 25 sena, ġiet eradikata mill-kompartiment u r-rekwiżiti speċifiċi tal-marda msemmija fl-Artikolu 78 huma rrispettati.
Stat Membru li jixtieq jikseb l-approvazzjoni tal-istat ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartiment fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun implimenta l-miżuri li ġejjin għal perjodu ta’ eliġibbiltà ta’ tal-anqas 10 snin:
sorveljanza tal-mard tal-annimali miżmuma tal-ispeċijiet elenkati;
prevenzjoni għall-kontroll tal-introduzzjoni tal-aġent tal-marda;
projbizzjoni fuq it-tilqim kontra l-marda sakemm dan ma jkunx konformi mar-rekwiżiti speċifiċi għall-marda msemmija fl-Artikolu 78;
sorveljanza għall-marda li tissostanzja l-fatt li l-marda mhijiex magħrufa bħala waħda stabbilita f’annimali selvaġġi mill-ispeċijiet elenkati fi ħdan il-kompartiment.
Il-kriterji previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss:
fi Stat Membru ġdid, matul perjodu massimu ta’ sentejn wara l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni; jew
għal perjodu massimu ta’ sentejn wara d-data ta’ applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jikkategorizzaw għall-ewwel darba l-marda rilevanti bħala marda tal-kategorija B jew C.
Permezz ta’ deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 3, l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq data storika u ta’ sorveljanza m’għandux japplika għall-mard li ġej:
VHS;
IHN;
infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
infezzjoni bil-Marteilia refringens.
Artikolu 77
Stat ta’ ħelsien mill-mard ibbażat fuq programmi ta’ eradikazzjoni
Il-kriterji għar-rikonoxximent tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura fuq il-bażi tal-programmi ta’ eradikazzjoni huma:
l-awtorità kompetenti tkun qed tagħmel programm ta’ eradikazzjoni approvat kif imsemmi fl-Artikolu 46; u
l-awtorità kompetenti tkun lestiet il-programm ta’ eradikazzjoni u ssottomettiet lill-Kummissjoni r-rapport finali li juri li r-rekwiżiti speċifiċi għall-marda stabbiliti fl-Artikolu 78 huma rrispettati.
Artikolu 78
Rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard
Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-mard lil kompartiment li jżomm annimali tal-akkwakultura huma pprovduti fi:
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV;
Artikolu 79
Rekwiżiti speċifiċi għal kompartimenti li huma indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar
Kompartiment indipendenti jista’ jinkludi fih:
stabbiliment individwali li jitqies bħala unità epidemjoloġika waħda, minħabba li dan mhuwiex influwenzat mill-istat tas-saħħa tal-annimali tal-ilmijiet naturali ta’ madwaru; jew
aktar minn stabbiliment wieħed fejn kull stabbiliment fil-kompartiment ikun konformi mal-kriterji stabbiliti fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu u fil-paragrafi 3 sa 6 iżda minħabba movimenti estensivi tal-annimali bejn l-istabbilimenti, jitqiesu bħala unità epidemjoloġika waħda, dment li l-istabbilimenti kollha jkunu joperaw sistema komuni ta’ bijosigurtà.
Kompartiment indipendenti għandu jkun fornit bl-ilma:
permezz ta’ impjant tat-trattament tal-ilma li jinattiva l-aġent tal-marda rilevanti; jew
direttament minn bir, minn spiera jew minn nixxiegħa.
Meta t-tali provvista tal-ilma tkun toriġina minn sors barra mill-istabbiliment, l-ilma għandu jkun fornit direttament lill-istabbiliment, u jitwassal fl-istabbiliment b’mezzi li jagħtu protezzjoni xierqa mill-infezzjoni.
Artikolu 80
Dispożizzjonijiet speċjali għall-kompartimenti li jinkludu stabbilimenti individwali li jibdew jew jerġgħu jibdew attivitajiet tal-akkwakultura u fejn l-istat tas-saħħa rigward marda speċifika jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet naturali tal-madwar
Stabbiliment ġdid li jkun se jibda attivitajiet tal-akkwakultura jitqies li huwa ħieles mill-mard meta:
ikun konformi mal-punt (a) tal-paragrafu 2 u mal-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu 79; u
jibda attivitajiet tal-akkwakultura b’annimali tal-akkwakultura minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment ħielsa mill-mard.
Stabbiliment li jerġa’ jibda attivitajiet tal-akkwakultura wara waqfa u jikkonforma mal-paragrafu 1 jitqies li huwa ħieles mill-mard mingħajr is-sorveljanza msemmija fil-punt (a)(ii) tal-Artikolu 73(1) dment li:
l-istorja tas-saħħa tal-istabbiliment hija magħrufa mill-awtorità kompetenti u ma kien hemm l-ebda konferma fl-istabbiliment ta’ marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C;
l-istabbiliment ikun imnaddaf, iddiżinfettat u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju, jekk ikun meħtieġ, qabel ir-ripopolament.
Stabbiliment li jerġa’ jibda bl-attivitajiet tiegħu wara l-konferma ta’ marda tal-kategorija B jew tal-kategorija C jitqies li jkun ħieles mill-marda kkonfermanta, dment li:
kampjun rappreżentattiv tal-annimali li ġew ripopolati fl-istabbiliment minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment ħieles mill-mard wara t-tindif, id-diżinfezzjoni u l-mistrieħ sanitarju jiġi ttestjat għall-marda relevanti mhux qabel 3 xhur u mhux wara 12-il xahar mindu jkun ġie espost għal kundizzjonijiet li jinkludu t-temperatura tal-ilma, li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda;
jintużaw il-kampjunar u t-testijiet dijanjostiċi stipulati fil-Kapitolu rilevanti tal-Parti II tal-Anness VI u l-kampjuni jittieħdu min-numru ta’ annimali li jiżguraw id-detezzjoni tal-marda rilevanti b’fiduċja ta’ 95 % jekk il-prevalenza fil-mira tkun ta’ 2 %;
ir-riżultati tal-ittestjar deskritt fil-punt (b) ikunu negattivi.
Artikolu 81
Kriterji speċifiċi dwar is-sorveljanza u l-miżuri ta’ bijosigurtà għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard
L-Istati Membri, iż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom jistgħu jżommu stat ta’ ħelsien mill-mard biss jekk, minbarra l-kriterji stipulati fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, dawn ikunu konformi ma’ dawn li ġejjin:
it-twettiq ta’ attivitajiet suffiċjenti ta’ sorveljanza sabiex tkun tista’ ssir id-detezzjoni bikrija tal-marda u jintwera l-istat ta’ ħelsien mill-mard;
il-miżuri ta’ bijosigurtà ordnati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi tar-riskji identifikati għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-marda;
ir-regoli operazzjonali kif imsemmija fil-punti (a)(v), a(vi) u a(vii) tal-Artikolu 66 jew il-punti (a)(v), a(vi) u a(vii) tal-Artikolu 73(1).
F’żoni jew kompartimenti ħielsa mill-mard fl-Istati Membri li ma jkunux iddikjarati bħala ħielsa mill-mard, jew fil-każijiet kollha fejn ma jkunux jeżistu l-kundizzjonijiet li jwasslu għall-espressjoni klinika tal-marda inkwistjoni, is-sorveljanza mmirata għandha titkompla kif imsemmi fil-punti (k) sa (q) tal-paragrafu 3.
Ir-rekwiżiti speċifiċi dwar il-mard fir-rigward tas-sorveljanza u tal-miżuri ta’ bijosigurtà huma pprovduti fi:
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 3 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jew fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti I tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti III tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-EBL;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti IV tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti V tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti VI tal-Anness IV għall-istat ta’ ħelsien mill-BVD;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bir-RABV;
it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV;
it-Taqsima 2 tal-Parti III tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp.;
it-Taqsima 2 tal-Parti IV tal-Anness V għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-VHS;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-IHN;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
it-Taqsima 4 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II tal-Anness VI għall-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV;
Artikolu 82
Sospensjoni, irtirar u restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard
Jekk il-marda ġiet ikkonfermata u, għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu ma jkunux issodisfati, l-awtorità kompetenti għandha:
tapplika mingħajr dewmien il-miżuri rilevanti ta’ kontroll tal-mard;
tagħmel sorveljanza speċifika sabiex tivvaluta l-firxa tat-tifqigħa;
tordna kwalunkwe miżura neċessarja ta’ mitigazzjoni tar-riskji.
Fejn ikun hemm bżonn, l-awtorità kompetenti, bħala miżura tranżizzjonali, tista’ tissospendi l-istat ta’ ħelsien mill-mard tal-Istat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment tiegħu minflok ma l-Kummissjoni tirtira l-istat ta’ ħelsien mill-mard. Matul is-sospensjoni, l-awtorità kompetenti għandha:
tadotta l-miżuri neċessarji kollha ta’ prevenzjoni, ta’ sorveljanza u ta’ kontroll sabiex timmaniġġja s-sitwazzjoni;
tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri adottati; u
tinforma b’mod regolari lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tar-restawr tal-istat ta’ ħelsien mill-mard, dwar l-estensjoni tas-sospensjoni tagħha jew dwar l-irtirar tagħha mill-Kummissjoni.
Artikolu 83
Derogi mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni għal ċerti stati ta’ ħelsien mill-mard u ċerti programmi ta’ eradikazzjoni għall-annimali akkwatiċi
Permezz ta’ deroga mir-rekwiżit li jiġu sottomessi programmi ta’ eradikazzjoni lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni kif previst fl-Artikolu 31(1)(b) u fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2016/429 jew mir-rekwiżiti għall-kisba ta’ approvazzjoni mill-Kummissjoni għall-istat ta’ ħelsien mill-mard, stabbiliti fl-Artikolu 36(4) u 37(4) ta’ dak ir-Regolament, għal mard tal-annimali akkwatiċi, it-tali approvazzjoni għal żoni jew għal kompartimenti li jkopru anqas minn 75 % mit-territorju ta’ Stat Membru, u fejn il-magħqad tal-ilma li jforni ż-żona jew il-kompartiment ma jkunx maqsum ma’ Stat Membru jew ma’ pajjiż terz ieħor, għandha tinkiseb f’konformità mal-proċedura li ġejja:
Stat Membru jagħmel dikjarazzjoni proviżorja ta’ ħelsien mill-mard jew ta’ stabbiliment ta’ programm ta’ eradikazzjoni għaż-żona jew għall-kompartiment, li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
din id-dikjarazzjoni proviżorja tiġi ppubblikata elettronikament mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu avżati dwar il-pubblikazzjoni;
60 jum wara l-pubblikazzjoni, id-dikjarazzjoni proviżorja għandha tidħol fis-seħħ u ż-żona jew il-kompartiment imsemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiksbu l-istat ta’ ħelsien mill-mard jew ikollhom il-programm ta’ eradikazzjoni approvat.
F’każijiet bħal dawn, il-perjodu msemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jiġi estiż b’mod awtomatiku għal 60 jum mid-data li fiha jitqajjem l-ewwel tħassib. Ma għandux ikun hemm estensjoni ulterjuri ta’ dan il-perjodu.
PARTI III
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 84
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward l-istat ta’ ħelsien mill-mard eżistenti
L-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi stat ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont dan ir-Regolament għall-istati li ġejjin:
ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis, bil-B.suis:
f’popolazzjonijiet tal-annimali bovini fejn l-istat ta’ ħelsien mill-bruċellożi jkun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;
f’popolazzjonijiet tal-annimali ovini u kaprini, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-bruċellożi (ħieles mill-B. melitensis) ikun ingħata skont id-Direttiva 91/68/KEE;
ħieles mill-infezzjoni bl-MTBC, fejn l-istat ta’ ħelsien mit-tuberkulożi jkun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;
ħieles mill-EBL, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;
ħieles mill-IBR/IPV, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IBR ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;
ħieles mill-infezzjoni bl-ADV, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-marda ta’ Aujeszky ikun ingħata skont id-Direttiva 64/432/KEE;
ħieles mill-infestazzjoni bil-Varroa spp., meta l-istat ta’ ħelsien mill-varroasis ikun ingħata skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 4 );
ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim meta l-istat għall-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim ikun ingħata skont id-Direttiva 2009/158/KE;
ħieles mill-VHS, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-VHS ikun ingħata skont id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ( 5 );
ħieles mill-IHN, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IHN ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bid-WSSV, fejn l-istat ta’ ħelsien mis-sindrome tal-ponot bojod ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE.
Il-kompartimenti fl-Istati Membri bi stat ta’ ħelsien mill-mard approvat qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom stat ta’ ħelsien mill-mard approvat skont dan ir-Regolament għall-istati li ġejjin:
ħielsa minn influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, meta l-kompartiment ikun approvat fir-rigward tal-influwenza tat-tjur skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 ( 6 );
ħieles mill-VHS, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-VHS ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-IHN, fejn l-istat ta’ ħelsien mill-IHN ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE;
ħieles mill-infezzjoni bid-WSSV, fejn l-istat ta’ ħelsien mis-sindrome tal-ponot bojod ikun ingħata skont id-Direttiva 2006/88/KE.
Artikolu 85
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali rigward il-programmi eżistenti ta’ eradikazzjoni jew ta’ sorveljanza
L-Istati Membri u ż-żoni tagħhom bi programm approvat ta’ eradikazzjoni jew bi programm approvat ta’ sorveljanza qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont dan ir-Regolament għall-mard li ġej għal perjodu ta’ sitt snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
IBR/IPV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tal-IBR/IPV ikun ġie approvat skont id-Direttiva 64/432/KEE;
infezzjoni bl-ADV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ikun ġie approvat skont id-Direttiva 64/432/KEE;
VHS, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-VHS ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
IHN, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-IHN ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
l-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
infezzjoni bid-WSSV, meta l-programm ta’ eradikazzjoni tas-sindrome tal-ponot bojod ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
Il-kompartimenti fl-Istati Membri bi programm approvat ta’ eradikazzjoni jew bi programm approvat ta’ sorveljanza qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jkollhom programm approvat ta’ eradikazzjoni skont dan ir-Regolament għall-mard li ġej għal perjodu ta’ sitt snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament:
VHS, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-VHS ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
IHN, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-IHN ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
l-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jkun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
infezzjoni bid-WSSV, meta l-programm ta’ sorveljanza jew ta’ eradikazzjoni tas-sindrome tal-ponot bojod ikun ġie approvat skont id-Direttiva 2006/88/KE;
Artikolu 86
Tħassir
L-atti li ġejjin huma mħassra mill-21 ta’ April 2021.
Ir-referenzi għal dawk l-atti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.
Artikolu 87
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-21 ta’ April 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
DEFINIZZJONI TAL-KAŻIJIET SPEĊIFIĊI TAL-MARD TAL-ANNIMALI TERRESTRI
1. Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ HPAI mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1).
2. Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ HPAI mill-awtorità kompetenti meta:
l-aġent tal-marda responsabbli għall-HPAI, esklużi r-razez tal-vaċċini, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;
aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda għall-HPAI, li mhuwiex konsegwenza tat-tilqim, ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew
ikun inkiseb riżultat pożittiv għal metodu dijanjostiku indirett, li ma jkunx konsegwenza tat-tilqim, f’kampjun minn annimal miżmum jew minn grupp ta’ annimali miżmuma li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.
3. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda responsabbli għall-HPAI għandu jkun jew
virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 jew kwalunkwe virus tal-influwenza A b’indiċi ta’ patoġeniċità intravenuża (IVPI) ta’ aktar minn 1,2 ; jew
virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 b’sekwenza ta’ aminoaċidi bażiċi multipli preżenti fis-sit tal-qsim tal-molekola emagglutinina (HA0) li tkun simili għal dik osservata għal iżolati oħra tal-HPAI.
1. Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-LPAIV mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1).
2. Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-LPAIV mill-awtorità kompetenti meta:
l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-LPAIV, esklużi r-razez tal-vaċċini, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;
aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda għall-infezzjoni bl-LPAIV, li mhuwiex konsegwenza tat-tilqim, ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew
ikun inkiseb riżultat pożittiv għal metodu dijanjostiku indirett, li ma jkunx konsegwenza tat-tilqim, f’kampjun minn annimal miżmum jew minn grupp ta’ annimali miżmuma li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.
3. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda tal-infezzjoni bl-LPAIV irid ikun kwalunkwe virus tal-influwenza A tas-subtipi H5 u H7 li ma jkunux viruses tal-HPAI.
1. Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-NDV mill-awtorità kompetenti meta dan ikun jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(1).
2. Annimal jew grupp ta’ annimali jrid jitqies bħala każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-NDV mill-awtorità kompetenti meta:
l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-NDV, esklużi r-razez tal-vaċċini, ikun ġie iżolat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali;
aċidu nuklejku speċifiku għall-aġent tal-marda għall-infezzjoni bl-NDV, li mhuwiex konsegwenza tat-tilqim, ġie identifikat f’kampjun minn annimal jew minn grupp ta’ annimali; jew
ikun inkiseb riżultat pożittiv għal metodu dijanjostiku indirett, li ma jkunx konsegwenza tat-tilqim, f’kampjun minn annimal miżmum jew minn grupp ta’ annimali miżmuma li juri sinjali kliniċi konsistenti mal-marda jew b’rabta epidemjoloġika ma’ każ issuspettat jew ikkonfermat.
3. Għall-finijiet ta’ din id-definizzjoni tal-każ, l-aġent tal-marda responsabbli għall-infezzjoni bl-NDV irid ikun kwalunkwe paramissovirus tat-tjur tat-tip 1 (APMV-1) (Avulavirus tat-tjur tat-tip 1) li jew:
ikollu indiċi ta’ patoġeniċità intraċerebrali (ICPI) ta’ 0,7 jew aktar; jew
jippreżenta amminoaċidi bażiċi multipli fit-terminus C tal-proteina F2 u fenilalanina fir-residwu 117, li huwa t-terminus N tal-proteina F1. It-terminu “amminoaċidi bażiċi multipli” jirreferi għal tal-anqas tliet residwi tal-arġinina jew tal-liżina bejn ir-residwi 113 u 116. Nuqqas ta’ wiri tax-xejra karatteristika tar-residwi tal-amminoaċidi kif deskritt hawn fuq ikun jirrikjedi li ssir karatterizzazzjoni tal-virus iżolat permezz ta’ test ICPI. F’din id-definizzjoni, ir-residwi tal-amminoaċidi huma enumerati mit-terminus N tas-sekwenza tal-amminoaċidi dedotta mis-sekwenza nukleotida tal-ġene F0 (113-116 jikkorrispondu għar-residwi –4 sa –1 mis-sit tal-qsim).
ANNESS II
PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-UNJONI
PARTI I
SORVELJANZA TAL-INFLUWENZA TAT-TJUR FIL-POLLAM U FL-GĦASAFAR SELVAĠĠI
1. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TERRITORJALI
Is-sorveljanza fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi trid tiġi implimentata fl-Istati Membri kollha.
2. PERJODU TA’ APPLIKAZZJONI
Sar-revoka.
3. APPROĊĊ ĠENERALI
Is-sistema ta’ sorveljanza trid tindirizza l-objettivi previsti fit-Taqsima 2 u trid tinbena fuq approċċ komprensiv li jinkludi komponenti differenti tal-attivitajiet ta’ sorveljanza li jikkomplimentaw lil xulxin fil-popolazzjonijiet tal-pollam u tal-għasafar selvaġġi:
1. Detezzjoni bikrija tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja (HPAI) fil-pollam.
2. Detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi li tipprovdi għal:
twissija bikrija għall-introduzzjoni possibbli tal-HPAI fil-pollam, b’mod partikolari meta l-viruses jidħlu fl-Unjoni permezz tal-movimenti tal-passa tal-għasafar selvaġġi;
informazzjoni għall-valutazzjoni tar-riskji għat-tixrid tal-virus wara s-sejbiet tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi.
3. Id-detezzjoni tal-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti.
4. Id-detezzjoni ta’ viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV) li jiċċirkolaw u li jistgħu jinfirxu faċilment bejn il-qatgħat ta’ pollam b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti tal-pollam fid-dawl tal-potenzjal ta’ mutazzjoni tagħhom għall-HPAI bl-għan li:
jiġu identifikati r-raggruppamenti tal-infezzjoni bl-LPAIV; u
jiġi ssorveljat ir-riskju ta’ tixrid tal-LPAIV mill-movimenti tal-pollam u mill-fomiti f’ċerti sistemi ta’ produzzjoni f’riskju.
5. Kontribuzzjoni għal għarfien akbar dwar l-HPAI u l-LPAIV li jirrappreżentaw riskju żoonotiku potenzjali.
1. Is-sistemi ta’ detezzjoni bikrija għall-HPAI fil-pollam iridu jkunu parti mir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali kif previst fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u jridu jkunu implimentati fis-settur tal-pollam sħiħ.
2. Is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 tal-anqas trid tinkludi d-detezzjoni bikrija u l-investigazzjoni fl-istabbilimenti li jinsabu f’żona identifikata bħala li tinsab f’riskju akbar għall-introduzzjoni u għat-tixrid tal-HPAI, ta’:
kwalunwke tibdil fil-parametri normali tal-produzzjoni u tas-saħħa bħar-rata ta’ mortalità, it-teħid tal-għalf u tal-ilma u l-produzzjoni tal-bajd; u
kwalunkwe sinjal kliniku jew leżjoni post-mortem li jissuġġerixxu HPAI.
3. L-ittestjar regolari tal-kampjuni miġbura minn pollam mejjet u marid fi stabbilimenti li jinsabu f’żona identifikata bħala waħda f’riskju akbar għall-introduzzjoni u għat-tixrid tal-HPAI jista’ jkun rilevanti wkoll meta jiġi identifikat riskju akbar fil-livell nazzjonali, tal-UE jew reġjonali minħabba tifqigħat tal-HPAI fil-pollam u/jew fl-għasafar selvaġġi.
1. Id-detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi trid tkun ibbażata fuq il-kampjunar u l-ittestjar tal-għasafar li:
instabu mejta;
instabu midruba jew morda;
ġew ikkaċċjati b’sinjali kliniċi.
Din is-sorveljanza jaf ikollha bżonn tiżdied, meta l-HPAI tkun ġiet identifikata f’għasafar selvaġġi, b’sistemi ta’ monitoraġġ li jużaw pattulji organizzati għad-detezzjoni u għall-ġbir ta’ għasafar mejtin u morda.
2. It-tfassil ta’ din is-sorveljanza jrid ikun ibbażat fuq ir-riskju, b’kunsiderazzjoni tal-anqas tal-informazzjoni rilevanti dwar l-ornitoloġija, il-viroloġija, l-epidemjoloġija u l-kwistjonijiet ambjentali.
3. Is-sorveljanza trid tapplika għal għasafar mill-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira, kif previst fit-Taqsima 8. Madankollu, l-episodji ssuspettati kollha ta’ mortalità fl-għasafar selvaġġi jridu jkunu investigati sabiex tiġi eskluża l-HPAI.
Minbarra l-ispeċijiet tal-għasafar selvaġġi fil-mira, speċijiet addizzjonali ta’ għasafar selvaġġi jistgħu jkunu inklużi wkoll meta tkun ġiet ivvalutata r-rilevanza epidemjoloġika speċifika tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru.
4. Barra minn hekk, is-sorveljanza tista’ tinkludi, f’postijiet ta’ prijorità u f’siti ewlenin b’mod partikolari f’dawk fejn l-għasafar tal-ispeċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira jkunu deħlin fl-Unjoni matul il-movimenti tal-passa tagħhom, tal-anqas mir-rotot tal-Grigal u tal-Lvant, il-kampjunar u l-ittestjar ta’:
għasafar minsuba;
għasafar f’saħħithom ikkaċċjati;
għasafar sentinelli.
5. Sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni miksuba minn investigazzjonijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-kuntest ta’ tifqigħat tal-HPAI f’għasafar miżmuma jridu jkunu inklużi fir-riżultati tas-sorveljanza tal-HPAI f’għasafar selvaġġi.
1. Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji għall-infezzjoni bl-HPAI fi stabbilimenti tal-pollam li jżommu papri, wiżż, pollam li jappartjeni għall-ispeċi ta’Anseriformes għall-provvisti ta’ għasafar tal-kaċċa jew ta’ summien li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ trid tieħu f’kunsiderazzjoni tal-anqas il-fatturi ta’ riskju li ġejjin:
is-sitwazzjoni epidemjoloġika storika u kurrenti tal-marda u l-evoluzzjoni tagħha maż-żmien fil-pollam u fl-għasafar selvaġġi;
il-qrubija tal-istabbilimenti għall-korpi tal-ilma u għal postijiet oħra fejn l-għasafar tal-passa, b’mod partikolari l-għasafar tal-ilma, jistgħu jinġabru f’numri akbar jew ikollhom il-postijiet ta’ mistrieħ tagħhom matul il-movimenti tagħhom fl-Unjoni u meta jgħaddu mill-Unjoni;
il-perjodu ta’ movimenti akbar tal-għasafar selvaġġi tal-passa tal-ispeċijiet fil-mira għal ġo l-Unjoni u mill-Unjoni;
l-istruttura tas-sistema ta’ trobbija tal-pollam inkluż is-settur usa’involut fis-sistemi ta’ produzzjoni differenti;
il-post ġeografiku tal-istabbilimenti f’żona b’densità għolja ta’ pollam;
il-prattiki ta’ bijosigurtà fl-istabbilimenti;
it-tip u l-frekwenza tal-movimenti tal-pollam, tal-prodotti u tal-vetturi li jittrasportaw il-pollam u x-xejriet tal-kummerċ; u
il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-pariri xjentifiċi relatati mar-rilevanza tat-tixrid tal-HPAI mill-għasafar selvaġġi.
2. Fuq il-bażi tal-ġustifikazzjonijiet xjentifiċi, fatturi ta’ riskju addizzjonali li mhumiex fost dawk elenkati fil-punti (a) sa (h) tal-punt 1 jistgħu jkunu inklużi u fatturi li mhumiex rilevanti għas-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru jistgħu jitħallew barra.
1. Is-sorveljanza bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni ta’ viruses tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità baxxa (LPAIV) li jiċċirkolaw u li faċilment jistgħu jinfirxu bejn il-qatgħat tal-pollam b’mod partikolari f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti tal-pollam, kif imsemmi fil-punt 4 tat-Taqsima 2, trid tkun tapplika għal stabbilimenti tal-pollam li għalihom l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat li r-raggruppamenti tal-infezzjoni bl-LPAIV ikunu seħħew ripetutament fl-imgħoddi jew jitqiesu aktar probabbli li jseħħu.
2. It-tali raggruppamenti huma kkaratterizzati mill-infezzjoni bl-LPAIV ta’ gruppi ta’ stabbilimenti relatati fiż-żmien u fil-qrubija ġeografika.
3. Il-valutazzjoni għall-għażla tal-istabbilimenti għas-sorveljanza mmirata trid tqis ir-riskju għat-trażmissjoni laterali tal-virus minħabba l-istruttura u l-kumplessità tas-sistema ta’ produzzjoni u l-konnessjonijiet funzjonali bejn l-istabbilimenti, b’mod partikolari meta joperaw f’żoni b’densità għolja ta’ stabbilimenti.
4. Minbarra l-kriterji tal-għażla għas-sorveljanza mmirata ta’ stabbilimenti msemmija fil-punt 3, il-fatturi ta’ riskju li ġejjin iridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni fil-livell tal-istabbilimenti:
l-ispeċijiet miżmuma;
iċ-ċiklu u d-durata tal-produzzjoni;
il-preżenza ta’ diversi speċijiet ta’ pollam;
il-preżenza ta’ qatgħat ta’ pollam b’etajiet li jvarjaw;
il-preżenza ta’ pollam b’ħajja twila;
il-prattika tal-prinċipju “kollha ġewwa, kollha barra”;
it-tul tal-perjodu ta’ stennija bejn il-lottijiet; u
il-prattiki ta’ bijosigurtà u l-kundizzjonijiet tal-abitazzjoni.
1. Sistemi ta’ detezzjoni bikrija għall-infezzjoni bl-HPAI msemmija fit-Taqsima 3 iridu japplikaw għall-popolazzjonijiet kollha tal-pollam.
2. Is-sorveljanza komplimentari għall-infezzjoni bl-HPAI msemmija fit-Taqsima 5 fl-ispeċijiet ta’ pollam li ġeneralment ma jurux sinjali sinifikanti meta jkunu infettati bl-HPAI trid tapplika għal:
papri għat-tnissil
wiżż għat-tnissil;
papri tas-simna;
wiżż tas-simna;
summien;
pollam ta’ speċijiet li jappartjenu għall-Anseriformes għall-provvisti tal-kaċċa li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ.
3. Minbarra l-ispeċijiet u l-kategoriji elenkati fil-punt 2, l-immirar tal-kampjunar u tal-ittestjar għall-infezzjoni bl-LPAIV imsemmija fit-Taqsima 6 jista’ jkun japplika għall-ispeċijiet ta’ pollam u għall-kategoriji ta’ produzzjoni li ġejjin:
tiġieġ tal-bajd inkluż dak imrobbi barra;
dundjani għat-tnissil;
dundjani tas-simna;
il-pollam ta’ speċijiet li jappartjenu għall-Galliformes għall-provvisti tal-kaċċa li jridu jinħelsu fl-ambjent selvaġġ.
Speċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira, b’mod partikolari għasafar tal-ilma tal-passa wrew li jinsabu f’riskju akbar li jsiru infettati bl-HPAI u li jittrażmettuha.
Il-lista ta’ “speċijiet ta’ għasafar selvaġġi fil-mira” kkompilata u aġġornata fid-dawl tal-aktar għarfien riċenti hija disponibbli fuq is-sit web tal-EURL.
1. In-numru ta’ stabbilimenti tal-pollam li jridu jiddaħħlu fil-kampjun u n-numru ta’ pollam li jrid jiġi ttestjat għal kull stabbiliment u, kif xieraq, mill-unità epidemjoloġika (eż. qatgħa tal-pollam, barrakka, eċċ.) fl-istabbiliment ikkonċernat iridu jkunu bbażati fuq metodu ta’ kampjunar statistikament validu. Dan il-metodu jista’ jkun dak użat għall-kampjunar rappreżentattiv; jiġifieri prevalenza stmata li trid tiġi identifikata skont livell predefinit ta’ fiduċja ddeterminat mill-awtorità kompetenti.
2. Frekwenza u perjodu għall-ittestjar:
il-frekwenza għall-kampjunar u għall-ittestjar tal-istabbilimenti tal-pollam trid tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-eżitu ta’ valutazzjoni tar-riskju mill-awtorità kompetenti;
il-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar irid ikun jikkoinċidi mal-produzzjoni staġjunali għal kull kategorija ta’ produzzjoni, iżda ma jistax jikkomprometti l-approċċ ta’ sorveljanza bbażat fuq ir-riskju;
meta rilevanti, il-perjodu ta’ żmien għall-kampjunar irid iqis il-perjodu ta’ riskju akbar kif imsemmi fil-punt 3 tat-Taqsima 3. Il-kampjuni jridu jkunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju b’metodi viroloġiċi, meta jittieħdu għal:
detezzjoni bikrija tal-HPAI fil-pollam imsemmija fit-Taqsima 3;
detezzjoni bikrija tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi msemmija fit-Taqsima 4;
sorveljanza komplimentari għall-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti tal-HPAI msemmija fit-Taqsima 5;
segwitu ta’ sejbiet seropożittivi msemmija fil-punt 4(b).
Għall-ittestjar viroloġiku, iridu jittieħdu f’kunsiderazzjoni il-prevalenza u l-perjodu ta’ żmien għad-detezzjoni tal-infezzjoni attiva.
3. Il-kampjuni jridu jkunu soġġetti għall-ittestjar fil-laboratorju b’metodi seroloġiċi, meta jittieħdu għal:
sorveljanza komplimentari għall-HPAI fl-ispeċijiet tal-pollam li ġeneralment ma jurux sinjali kliniċi sinifikanti tal-HPAI msemmija fit-Taqsima 5 li tissupplimenta l-ittestjar viroloġiku, skont kif ikun xieraq;
detezzjoni ta’ raggruppamenti ta’ stabbilimenti infettati bl-LPAIV imsemmija fit-Taqsima 6. Meta, għal raġunijiet tekniċi jew għal raġunijiet oħrajn iġġustifikati kif xieraq, il-kampjunar għas-seroloġija ma jkunx xieraq, irid isir ittestjar viroloġiku.
ANNESS III
METODI DIJANJOSTIĊI GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TA’ STAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD GĦAL ĊERTI MARDIET TAL-ANNIMALI TERRESTRI
1. Testijiet seroloġiċi
testijiet għall-kampjuni tad-demm
testijiet b’antiġeni ta’ Brucella bbaferjati;
test ta’ fissazzjoni tal-komplement (CFT)
assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku indirett (I-ELISA)
assaġġ tal-polarizzazzjoni tal-fluworexxenza (FPA)
assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku kompetittiv (C-ELISA)
testijiet għall-kampjuni tal-ħalib
ringtest (MRT)
I-ELISA
2. test tal-ġilda bil-Bruċellina (BST)
Għall-ittestjar kif imsemmi fit-taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1 tal-Parti I tal-Anness IV, it-test tal-ġilda bil-Bruċellina (BST) għandu jintuża biss f’annimali ovini u kaprini.
1. Testijiet tal-ġilda tat-tuberkulina
it-test tat-tuberkulina intradermali uniku (SITT)
it-test tat-tuberkulina intradermali komparattiv (CITT)
2. Assaġġ tal-gamma interferon
1. Testijiet seroloġiċi
testijiet għall-kampjuni tad-demm
test tal-immunodiffużjoni fil-ġell tal-agar (AGID)
assaġġ ta’ immunoassorbiment enzimatiku tal-imblukkar (B-ELISA)
I-ELISA
testijiet għall-kampjuni tal-ħalib
I-ELISA
|
Metodi: |
Matriċi: |
annimali bovini mhux imlaqqma |
BoHV-1 I-ELISA () |
kampjuni individwali tas-serum () |
kampjuni tal-ħalib |
||
gB B-ELISA () |
kampjuni individwali tas-serum () |
|
kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam |
||
annimali bovini mlaqqma bid-DIVA b’vaċċin bil-gE mħassar |
gE B-ELISA () |
kampjuni individwali tas-serum |
kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam |
||
(1)
I-ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-virus sħiħ BoHV-1. Jistgħu jintużaw raggruppamenti ta’ massimu ta’ 50 kampjun tal-ħalib (ħalib individwali jew fi grupp) fit-testijiet għall-għoti u jistgħu jintużaw sa 100 kampjun tal-ħalib (ħalib individwali jew fi grupp) fit-testijiet għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV.
(2)
B-ELISA għas-sejbien ta’ antikorpi kontra l-proteina gB tal-BoHV-1. Meta jissemmew it-testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-boHV-1 sħiħ fil-Parti IV tal-Anness IV, dan il-metodu jista’ jintuża wkoll.
(3)
B-ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-BoHV-1. Jistgħu jintużaw kampjuni individwali tal-ħalib fit-testijiet għall-prova taż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV. Il-kampjuni jistgħu jiġu raggruppati, filwaqt li n-numru ta’ kampjuni għal kull grupp jista’ jingħażel fuq il-bażi ta’ evidenza ddokumentata li t-test ikun, f’kull ċirkustanza ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum, sensittiv biżżejjed sabiex jindividwa kampjun pożittiv wieħed fil-grupp.
(4)
Meta l-ittestjar isir sabiex tintwera bil-provi ż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV, jistgħu jiġu raggruppati kampjuni miġbura individwalment. In-numru ta’ kampjuni għal kull grupp jista’ jiġi mmodulat fuq il-bażi ta’ evidenza ddokumentata li s-sistema tat-test tkun, f’kull ċirkustanza ta’ xogħol tal-laboratorju ta’ kuljum, sensittiva biżżejjed sabiex tindividwa kampjun pożittiv dgħajjef wieħed fil-grupp tad-daqs immodulat. |
|
Metodi: |
Matriċi: |
annimali porċini mhux imlaqqma |
ADV ELISA () |
kampjuni individwali jew sa 5 kampjuni raggruppati tas-serum (jew tal-plażma) |
kampjuni individwali jew sa 5 kampjuni raggruppati tal-karta filtru |
||
kampjuni individwali tal-meraq tal-laħam |
||
annimali porċini mlaqqma bid-DIVA b’vaċċin bil-gE mħassar |
gE ELISA () |
kampjuni individwali tas-serum |
(1)
ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV sħiħ, il-proteina gB tal-ADV jew il-proteina gD tal-ADV. Għall-kontroll tal-lottijiet ta’ kits ta’ ADV-gB u kits ta’ ADV-gD jew kits ta’ ADV sħiħ, is-serum ta’ referenza tal-Komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi fid-dilwizzjoni ta’ 1:2. Meta jissemmew it-testijiet għad-detezzjoni tal-ADV sħiħ fil-Parti V tal-Anness IV, jista’ jintuża kwalunkwe wieħed minn dawn it-testijiet.
(2)
ELISA għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-proteina gE tal-ADV. Għall-kontroll tal-lottijiet, is-serum ta’ referenza tal-komunità ADV 1, jew is-substandards, iridu jirriżultaw pożittivi fid-dilwizzjoni ta’ 1:8. |
1. Metodi diretti:
traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali PCR
detezzjoni tal-antiġenu tal-BVDV (ELISA)
2. Testijiet seroloġiċi:
I-ELISA
B-ELISA
ANNESS IV
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARDA GĦALL-GĦOTI, GĦAŻ-ŻAMMA, GĦAS-SOSPENSJONI U GĦALL-IRTIRAR TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTABBILIMENTI U R-REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARDA GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTATI MEMBRI JEW TAŻ-ŻONI
PARTI I
INFEZZJONI BIL-BRUCELLA ABORTUS, BIL-B. MELITENSIS U BIL-B. SUIS
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jekk:
matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini, ovini jew kaprini miżmuma fl-istabbiliment;
matul l-aħħar 3 snin l-ebda wieħed mill-annimali bovini, ovini jew kaprini fl-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
l-annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn 6 xhur u li jkunu preżenti fl-istabbiliment fil-mument tal-kampjunar ikunu ġew ittestjati bħala negattivi għat-test seroloġiku, f’żewġ okkażjonijiet kif ġej:
l-ewwel test irid isir fuq kampjuni meħuda mhux qabel tliet xhur mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv f’test immunoloġiku;
it-tieni test irid isir fuq kampjuni meħuda mhux qabel sitt xhur u mhux wara 12-il xahar mid-data tal-kampjunar imsemmija fil-punt (i);
l-annimali li juru sinjali kliniċi konsistenti mal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, bħall-aborti, ikunu ġew soġġetti għall-investigazzjonijiet b’riżultati negattivi;
mindu jkun beda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i), l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim u ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis matul l-aħħar tliet snin, u
ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;
ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jridu jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud:
ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li nżammu f’iżolament mindu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas; u
mindu jinbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i), il-prodotti ġerminali kollha ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini jew kaprini introdotti fi jew użati fl-istabbiliment joriġinaw minn:
stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim; jew
stabbilimenti approvati tal-prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim u ma jkunux tlaqqmu matul l-aħħar tliet snin, u:
ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;
ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud:
ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li jkunu nżammu f’iżolament mindu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment bl-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 ikunu ssodisfati; u
ir-rekwiżit stipulat fil-punt (b)(i) tat-Taqsima 2 ikun issodisfat;
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
isir ittestjar seroloġiku b’riżultati negattivi fuq kampjuni meħuda mill-
l-annimali bovini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn sitt xhur f’intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn 12-il xahar iddeterminati mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni, tas-sitwazzjoni tal-marda u tal-fatturi ta’ riskju identifikati; jew
annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar u annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur miżmuma fi stabbilimenti li jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, skont reġim ta’ ttestjar stabbilit mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi sospiż jekk:
ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2; jew
każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun issuspettat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jista’ jiġi restawrat biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (b), (d), (e) u (f) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;
il-possibbiltà ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ma tkunx tista’ tiġi eliminata skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 3;
każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun ġie kkonfermat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment; jew
dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet oħra ta’ kontroll tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis.
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), ikun jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li jkunu ttestjaw mhux negattivi jkunu tneħħew u l-annimali bovini, ovini jew kaprini li jifdal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1.
4. Permezz ta’ deroga mill-punt 3, fejn l-infezzjoni bil-bijovar 2 tal-B. suis tkun ġiet ikkonfermata f’annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed miżmum fl-istabbiliment, l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb wara li jinkiseb ittestjar negattiv fuq kampjuni meħuda skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 1.
KAPITOLU 2
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 ikunu ssodisfati;
mindu jkun beda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1, l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jew ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim u:
ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;
ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku fuq kampjun meħud
ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li jkunu miżmuma f’iżolament mindu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas; u
mindu jinbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c)(i) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1, il-prodotti ġerminali kollha ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini jew kaprini introdotti fi jew użati fl-istabbiliment joriġinaw minn:
l-istabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim jew ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim; jew
stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini, ovini jew kaprini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim, jew ħielsa mit-tilqim, u:
ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-popolazzjoni tal-annimali rilevanti;
ikunu annimali bovini sħaħ li jkollhom aktar minn 12-il xahar jew annimali ovini jew kaprini sħaħ li jkollhom aktar minn sitt xhur u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud:
fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew
fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu; jew
ikunu nisa li riċentement kellhom il-ħlas u li jkunu miżmuma f’iżolament mindu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment sakemm jittestjaw negattiv f’test seroloġiku mwettaq fuq kampjun meħud mhux qabel 30 jum mill-ħlas.
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu u fil-punti (a) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
isir ittestjar seroloġiku b’riżultati negattivi fuq il-kampjuni meħuda mill-annimali bovini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar u l-annimali ovini jew kaprini sħaħ kollha li jkollhom aktar minn sitt xhur f’intervalli xierqa ta’ mhux aktar minn 12-il xahar iddeterminati mill-awtorità kompetenti, b’kunsiderazzjoni tat-tip ta’ produzzjoni, tas-sitwazzjoni tal-marda u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi sospiż jekk:
ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2; jew
każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun issuspettat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim jista’ jiġi restawrat biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punt 1(d) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 u fil-punti (b) u (c) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis u jkun ġie ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini, ovini jew kaprini jrid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;
il-possibbiltà ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ma tkunx tista’ tiġi eliminata skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 3;
każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ikun ġie kkonfermat f’annimal bovin, ovin jew kaprin miżmum fl-istabbiliment; jew
dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet oħra ta’ kontroll tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis.
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis bit-tilqim ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), ikun jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li jkunu ttestjaw mhux negattivi jkunu tneħħew u l-annimali bovini, ovini jew kaprini li jifdal ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1.
4. Permezz ta’ deroga mill-punt 3, fejn l-infezzjoni bil-bijovar 2 tal-Brucella suis tkun ġiet ikkonfermata f’annimal bovin, ovin jew kaprin wieħed miżmum fl-istabbiliment, l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb wara li jinkiseb ittestjar negattiv fuq kampjuni meħuda skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c)(i) tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1.
KAPITOLU 3
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
għal tal-anqas l-aħħar tliet snin ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma;
ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma, li tal-anqas inkludew:
is-sottomissjoni regolari ta’ kampjuni minn każijiet ta’ abort għall-ittestjar tal-laboratorju;
l-investigazzjoni puntwali tal-każijiet ta’ abort li setgħu kienu kkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
matul l-aħħar tliet snin, tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-bovini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsin mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim;
it-tilqim ta’ annimali bovini kontra Brucella abortus, B. melitensis u B. suis ma jkunx seħħ għal tal-anqas l-aħħar tliet snin u l-ebda annimal bovin introdott fl-Istat Membru jew fiż-żona ma ġie mlaqqam matul l-aħħar tliet snin qabel l-introduzzjoni tiegħu.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (d) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
għall-ewwel sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza annwali bbażata fuq kampjun rappreżentattiv tal-istabbilimenti kollha li jżommu annimali bovini tkun twettqet u tkun ippermettiet li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina;
jekk ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali bovini miżmuma għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:
sorveljanza annwali aleatorja li trid tippermetti li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina; jew
sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, inkluż it-tixrid tal-infezzjoni minn annimali oħra li mhumiex annimali bovini miżmuma.
2. L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’popolazzjoni tal-annimali li ma tkunx dik tal-annimali bovini miżmuma dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis għall-annimali bovini miżmuma.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ tal-konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jekk:
l-istabbiliment li fih l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ġiet identifikata fl-annimali bovini miżmuma jkun ġie soġġett minnufih għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 24;
fi żmien 60 jum wara l-ewwel konferma tal-infezzjoni, l-awtorità kompetenti tkun għamlet inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, kif stipulati fl-Artikolu 25, sabiex tidentifika s-sors probabbli u d-distribuzzjoni tal-infezzjoni u stabbilixxiet konklużjonijiet dwar is-sors probabbli tal-infezzjoni u numru limitat biss mill-istabbilimenti kienu infettati u dawk l-istabbilimenti għandhom rabta epidemjoloġika mal-ewwel tifqigħa identifikata;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 21 jew fl-Artikolu 24 ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment identifikat ma’ każijiet issuspettati jew ikkonfermati wara l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-punt (b) sakemm l-istat ta’ ħelsien mill-mard tagħhom jiġi restawrat jew jerġa’ jinkiseb;
is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 ġiet adattata u wriet li l-inċident ġie solvut.
KAPITOLU 4
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
għal tal-anqas l-aħħar tliet snin ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma;
ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma, li tal-anqas inkludew:
is-sottomissjoni regolari ta’ kampjuni minn każijiet ta’ abort għall-ittestjar tal-laboratorju;
l-investigazzjoni puntwali tal-każijiet ta’ abort li setgħu kienu kkawżati minn infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis;
matul l-aħħar tliet snin, saret sorveljanza fuq il-popolazzjoni ovina u kaprina u tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis mingħajr tilqim; u
it-tilqim ta’ annimali ovini u kaprini kontra Brucella abortus, B. melitensis u B. suis ma jkunx seħħ għal tal-anqas l-aħħar tliet snin u l-ebda annimal ovin jew kaprin introdott fl-Istat Membru jew fiż-żona ma ġie mlaqqam matul l-aħħar tliet snin qabel l-introduzzjoni.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti ddefiniti fil-punti (a), (b) u (d) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
għall-ewwel sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza annwali bbażata fuq kampjun rappreżentattiv tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali ovini jew kaprini għandha tkun twettqet u tkun ippermettiet li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini;
jekk ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fl-annimali ovini u kaprini miżmuma għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:
sorveljanza annwali aleatorja li trid tippermetti li tal-anqas tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis, b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali ovini jew kaprini jew b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni tal-ovini u tal-kaprini; jew
sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskji għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis li tqis is-sistemi ta’ produzzjoni u l-fatturi ta’ riskju identifikati, inkluż it-tixrid tal-infezzjoni minn annimali oħra li mhumiex annimali ovini u kaprini miżmuma.
2. L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis f’popolazzjoni tal-annimali li ma tkunx dik tal-annimali ovini u kaprini miżmuma dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis lill-annimali ovini u kaprini miżmuma.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ tal-konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis jekk:
l-istabbiliment li fih l-infezzjoni bil-Brucella abortus, bil-B. melitensis u bil-B. suis ġiet identifikata fl-annimali ovini u kaprini miżmuma jkun ġie soġġett minnufih għall-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 24;
fi żmien 60 jum wara l-ewwel konferma tal-infezzjoni, l-awtorità kompetenti tkun għamlet inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi, kif stipulati fl-Artikolu 25, sabiex tidentifika s-sors probabbli u d-distribuzzjoni tal-infezzjoni u stabbilixxiet konklużjonijiet dwar is-sors probabbli tal-infezzjoni u numru limitat biss mill-istabbilimenti kienu infettati u dawk l-istabbilimenti għandhom rabta epidemjoloġika mal-ewwel tifqigħa identifikata;
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 21 jew fl-Artikolu 24 ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment identifikat ma’ każijiet issuspettati jew ikkonfermati wara l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti fil-punt (b) sakemm l-istat ta’ ħelsien mill-mard tagħhom jiġi restawrat jew jerġa’ jinkiseb; u
is-sorveljanza msemmija fil-punt 1 ġiet adattata u wriet li l-inċident ġie solvut.
PARTI II
INFEZZJONI BIL-KUMPLESS MYCOBACTERIUM TUBERCULOSIS
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-kumpless tal-Mycobacterium tuberculosis (Mycobacterium bovis, Mycobacterium tuberculosis, Mycobacterium caprae) (MTBC) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment;
l-annimali bovini li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u li jkunu preżenti fl-istabbiliment fil-mument tal-ittestjar jew tal-kampjunar ikunu ttestjaw negattivi għat-test immunoloġiku f’żewġ okkażjonijiet kif ġej:
l-ewwel test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel sitt xhur mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv f’test immunoloġiku;
it-tieni test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel sitt xhur u mhux wara 12-il xahar mid-data tal-ittestjar tal-annimal bovin jew tal-kampjuni msemmija fil-punt (i);
mill-bidu tal-ittestjar jew tal-kampjunar imsemmi fil-punt (b)(i), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC u:
ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC; jew
ikunu annimali bovini li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u jkunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku:
mindu nbeda l-ittestjar jew il-kampjunar imsemmi fil-punt (b)(i), il-prodotti ġerminali kollha ta’ oriġini minn bovini introdotti fi jew użati fl-istabbiliment joriġinaw minn:
stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC; jew
stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC u:
ikunu joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC; jew
jekk ikunu annimali bovini li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat, ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku:
fit-30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom fl-istabbiliment; jew
fit-30 jum wara l-introduzzjoni tagħhom dment li jkunu nżammu f’iżolament matul dan il-perjodu.
3. Permezz ta’ deroga mill-punti 1(c) u 2(b), l-awtorità kompetenti ma tistax tesiġi t-test jekk:
l-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment:
ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku mwettaq matul l-aħħar sitt xhur; u
joriġinaw minn stabbilimenti fejn l-annimali bovini ttestjaw negattivi għal reġim ta’ ttestjar kif previst fil-punt 1(c) jew 2 tat-Taqsima 2 imwettaq matul l-aħħar sitt xhur; jew
l-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment:
ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku mwettaq matul l-aħħar 12-il xahar; u
joriġinaw minn stabbilimenti fejn l-annimali bovini ttestjaw negattivi għal reġim ta’ ttestjar kif previst fil-punt 2(b) jew 2(c) tat-Taqsima 2 imwettaq matul l-aħħar 12-il xahar.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu ssodisfati;
kwalunkwe każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-MTBC f’annimal bovin miżmum f’dak l-istabbiliment jew introdott minn dak l-istabbiliment f’biċċerija jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti u jiġi investigat; u
ikun sar test immunoloġiku, b’riżultati negattivi, fuq l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat, f’intervalli ta’ mhux aktar minn 12-il xahar.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(c), l-awtorità kompetenti tista’ timmodifika r-reġim ta’ ttestjar kif ġej:
fi Stat Membru jew f’żona fejn il-perċentwal annwali, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, tal-istabbilimenti infettati bl-MTBC ma jkunx aktar minn 1 % matul l-aħħar 24 xahar, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jiġi estiż sa 24 xahar;
fi Stat Membru jew f’żona fejn il-perċentwal annwali, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, tal-istabbilimenti infettati bl-MTBC ma jkunx aktar minn 0,2 % għall-aħħar 48 xahar, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jiġi estiż sa 36 xahar;
fi Stat Membru jew f’żona fejn il-perċentwal annwali, ikkalkolat fil-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, tal-istabbilimenti infettati bl-MTBC ma jkunx aktar minn 0,1 % għall-aħħar 72 xahar, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jiġi estiż sa 48 xahar;
fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC, jekk ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-MTBC minn annimali selvaġġi għal annimali bovini jkun ġie vvalutat b’sorveljanza xierqa, l-intervall bejn it-testijiet jista’ jkun ibbażat fuq it-tip ta’ produzzjoni u l-fatturi ta’ riskju identifikati, tal-anqas b’kunsiderazzjoni tar-riskji li ġejjin:
post assoċjat ma’ infezzjoni ssuspettata jew ikkonfermata bl-MTBC fl-annimali selvaġġi;
storja ta’ infezzjoni bl-MTBC fi żmien l-aħħar 5 snin;
rabta epidemjoloġika mal-istabbilimenti fi kwalunkwe wieħed mill-punti (i) jew (ii).
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2; jew
ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bl-MTBC f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
ikunu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(c) u 1(d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1, 1(b), tat-Taqsima 2 u, kif ikun rilevanti, fil-punt 1(c) jew fil-punt 2 tat-Taqsima 2;
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bl-MTBC u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha. F’każ li l-annimali bovini ssuspettati jiġu skarnati f’dak il-kuntest, l-investigazzjonijiet iridu jinkludu l-eżaminazzjoni tal-kampjuni b’metodi dijanjostiċi diretti.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;
il-possibbiltà ta’ infezzjoni bl-MTBC ma tkunx tista’ tiġi eliminata skont il-punt 2(b) tat-Taqsima 3;
ikun ġie kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-MTBC f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment; jew
dan ikun iġġustifikat minn ħtiġijiet oħra ta’ kontroll tal-infezzjoni bl-MTBC.
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), 1(c) jew 1(d), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
ikunu tneħħew il-każijiet ikkonfermati kollha u l-annimali kollha li ttestjaw mhux negattivi f’test immunoloġiku; u
l-annimali bovini li jifdal jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tat-Taqsima 1.
4. Permezz ta’ deroga mill-punt 3(b), l-istat jista’ jerġa’ jinkiseb jekk:
l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn sitt ġimgħat u li jkunu preżenti fl-istabbiliment fil-mument tal-ittestjar ikunu ttestjaw negattivi f’żewġ testijiet immunoloġiċi kif ġej:
l-ewwel test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel xahrejn (2) mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat u tal-aħħar annimal li ttestja pożittiv f’test immunoloġiku;
it-tieni test irid isir fuq annimali bovini jew fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini mhux qabel xahrejn (2) u mhux wara 12-il xahar mid-data tal-ittestjar jew tal-kampjunar tal-annimal bovin kif imsemmi fil-punt (i); u
tal-anqas tkun tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-konklużjoni tal-inkjesta epidemjoloġika tindika li l-infezzjoni hija dovuta għall-introduzzjoni ta’ annimal infettat wieħed jew aktar fl-istabbiliment matul l-aħħar 12-il xahar qabel id-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC; jew
każ wieħed biss ikun ġie kkonfermat jew annimal bovin wieħed biss ikun ittestja pożittiv f’test immunoloġiku għall-MTBC mindu tkun seħħet id-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC, u l-istat tal-istabbiliment ma jkunx ġie rtirat matul l-aħħar tliet snin; jew
l-annimali bovini fl-istabbiliment ikunu ttestjaw negattivi f’test immunoloġiku mwettaq anqas minn 12-il xahar qabel id-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC skont il-punt 1(c) jew 2 tat-Taqsima 2.
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
matul l-aħħar tliet snin, tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti li jżommu annimali bovini, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni tal-bovini, ikunu żammew l-istat tagħhom ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC u r-rata ta’ inċidenza ta’ stabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma tkunx taqbeż iż– 0,1 %; u
ir-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali twettqu għall-aħħar tliet snin skont il-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għad-detezzjoni tal-infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini miżmuma u tal-anqas inkludew:
ir-riċerka sistematika ta’ leżjonijiet tal-infezzjoni bl-MTBC fl-annimali bovini skarnati kollha permezz ta’ sorveljanza ante-mortem u post-mortem;
l-investigazzjonijiet tal-leżjonijiet li jistgħu jkunu dovuti għal infezzjoni bl-MTBC.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-MTBC fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti fil-punt (b) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
għall-ewwel sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat trid issir sorveljanza annwali aleatorja bbażata fuq kampjunar rappreżentattiv tal-istabbilimenti kollha fejn jinżammu l-annimali bovini sabiex jintwera b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li:
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina, ikunu ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC;
ir-rata ta’ inċidenza tal-istabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma taqbiżx iż– 0,1 %;
jekk il-kundizzjonijiet fil-punt (b) kienu ssodisfati għal sentejn (2) konsekuttivi, is-sorveljanza hija bbażata fuq:
sorveljanza annwali aleatorja sabiex jintwera b’livell ta’ fiduċja ta’ tal-anqas 95 % li r-rata ta’ inċidenza tal-istabbilimenti kkonfermati bħala infettati matul is-sena ma jaqbiżx iż– 0,1 %; jew
titwettaq sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskji sabiex tiġi identifikata l-infezzjoni bl-MTBC, b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni, tal-fatturi ta’ riskju identifikati, inkluż it-tixrid tal-infezzjoni minn annimali oħra għajr l-annimali bovini miżmuma u s-sorveljanza akbar fl-istabbilimenti assoċjati ma’ tal-anqas wieħed mir-riskji speċifiċi msemmija fil-punt 2(d) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1.
2. L-istat ta’ Stat Membru jew ta’ żona ħielsa mill-infezzjoni bl-MTBC ma jkunx affettwat mill-konferma ta’ infezzjoni bl-MTBC fil-popolazzjoni tal-annimali għajr l-annimali bovini miżmuma, dment li jkunu ġew implimentati miżuri effettivi, li jiġu vvalutati b’mod perjodiku, għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-MTBC għall-annimali bovini miżmuma.
PARTI III
LEWKOŻI ENZOOTIKA BOVINA
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mil-lewkożi enzootika bovina
1. L-stat ta’ ħelsien mil-lewkożi enzootika bovina (EBL) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
matul l-aħħar 24-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ EBL fl-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment;
matul l-aħħar 12-il xahar, l-annimali bovini akbar minn 24 xahar miżmuma fl-istabbiliment ikunu ttestjaw negattivi għal test seroloġiku, tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn erba’ xhur;
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (b), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment:
ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-EBL; jew
ikunu joriġinaw minn stabbilimenti fejn ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ EBL, la klinika, la post-mortem u lanqas bħala riżultat ta’ test dijanjostiku għall-EBL, fl-24 xahar qabel id-dispaċċ tagħhom; u
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (b), il-prodotti ġerminali kollha tal-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:
stabbilimenti ħielsa mill-EBL; jew
stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-EBL jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-EBL li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-EBL jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni.
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
jitwettaq l-ittestjar seroloġiku għall-EBL, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda
f’intervalli ta’ mhux aktar minn 36 xahar mill-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar; jew
skont il-punt (b) jew (c) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, skont kif rilevanti, jekk l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa minn EBL.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;
ikun issuspettat każ ta’ EBL f’annimal bovin li jinżamm fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-EBL jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ EBL u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-EBL ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat; jew
ikun ġie kkonfermat każ ta’ EBL f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) tat-Taqsima 2.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-EBL ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
ikunu tneħħew kwalunkwe annimal bovin li jippreżenta riżultat ta’ test pożittiv għall-EBL u l-ulied kollha tiegħu iżgħar minn 24 xahar;
l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 12-il xahar ikunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku, f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn erba’ xhur, fejn l-ewwel test irid ikun sar fuq kampjuni meħuda mhux qabel erba’ xhur mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat.
4. Permezz ta’ deroga mill-punt (3)(a), l-ulied tal-ommijiet li jkunu ttestjaw pożittivi f’test seroloġiku għall-EBL jew li jkunu wrew leżjonijiet tal-EBL jistgħu jinżammu fl-istabbiliment jekk:
ikunu ġew isseparati mill-omm minnufih wara l-ħlas u jkunu ttestjaw negattivi f’test tal-PCR, f’żewġ okkażjonijiet, fejn l-ewwel kampjun irid ikun ittieħed fil-perjodu ta’ bejn 3 u 5 ġimgħat u t-tieni fi żmien 8 u 10 ġimgħat wara l-ħlas; u
dawn jibqgħu fl-istabbiliment sakemm ikollhom 24 xahar u jittestjaw negattivi f’test seroloġiku, jew jintbagħtu qabel dak it-test direttament għall-biċċerija skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 27(4).
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-EBL
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti tal-bovini jkunu ħielsa mill-EBL; u
l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar li jiġu skarnati f’dan l-Istat Membru jew din iż-żona jkunu soġġetti għal eżami post-mortem uffiċjali b’kampjuni mill-annimali kollha bit-tumuri li setgħu jkunu kkawżati mill-EBL soġġetti għall-eżami fil-laboratorju sabiex tiġi kkonfermata jew eliminata l-preżenza tal-EBL.
L-stat ta’ ħelsien mill-EBL fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
matul l-ewwel 5 snin wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-EBL, titwettaq sorveljanza bbażata fuq:
kampjunar aleatorju annwali sabiex tal-anqas jiġu identifikati, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-istabbilimenti infettati bl-EBL b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 %; jew
l-ittestjar seroloġiku tal-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar tal-anqas f’okkażjoni waħda;
wara l-ewwel ħames snin mill-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-EBL, issir sorveljanza sabiex jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni, b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.
PARTI IV
RINOTRAKEITE BOVINA INFETTIVA/VULVOVAĠINITE PUSTULARI INFETTIVA
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva
1. L-stat ta’ ħelsien mir-rinotrakeite bovina infettiva/vulvovaġinite pustulari infettiva (IBR/IPV) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ IBR/IPV fl-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment;
matul l-aħħar sentejn (2), l-ebda annimal bovin miżmum fl-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-IBR/IPV;
l-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’kunsiderazzjoni tal-vaċċinazzjonijiet DIVA preċedenti, fejn ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, l-antikorpi kontra l-BoHV-1-gE fuq:
kampjun ta’ demm, ta’ ħalib jew ta’ meraq tal-laħam meħud minn kull annimal bovin fuq perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar; jew
kampjuni ta’ demm, ta’ ħalib jew ta’ meraq tal-laħam meħuda tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn xahrejn (2) u mhux aktar minn 12-il xahar minn
fil-każ ta’ stabbiliment li fih tal-anqas 30 % tal-annimali bovini jkunu qed jipproduċu l-ħalib,
fil-każ ta’ stabbiliment li fih anqas minn 5 % tal-annimali bovini miżmuma kollha jkunu rġiel u tal-anqas 95 % tal-annimali nisa li jkollhom aktar minn 24 xahar ikunu maħsuba jew jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib, jittieħdu kampjuni tal-ħalib bl-ingrossa f’tal-anqas sitt okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn xahrejn (2) mill-annimali bovini miżmuma nisa li jkunu jipproduċu l-ħalib li jirrappreżentaw l-unitajiet epidemjoloġiċi kollha tal-istabbiliment;
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment:
joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV u, fil-każ li l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-IBR/IPV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, ikunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, ta’ antikorpi kontra BoHV-1-gE fuq kampjun meħud wara l-introduzzjoni tagħhom u qabel l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV; jew
ikunu ġew soġġetti għal kwarantina qabel l-introduzzjoni tagħhom u ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ fuq kampjun meħud mhux qabel 21 jum mill-bidu tal-kwarantina; u
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), il-prodotti ġerminali kollha tal-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:
stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV; jew
stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (c) u (d) tat-Taqsima 2, skont kif ikun rilevanti.
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV jista’ jinżamm biss fi stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;
jitwettaq l-ittestjar seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, tal-antikorpi kontra l-BoHV-1-gE b’kunsiderazzjoni tat-tilqimiet preċedenti b’vaċċinazzjoni DIVA, b’riżultati negattivi,
fuq kampjuni ta’ demm, ta’ ħalib jew ta’ meraq tal-laħam meħuda annwalment mill-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar; jew
fil-każ ta’ stabbiliment li fih tal-anqas 30 % tal-annimali bovini jkunu qed jipproduċu l-ħalib, tal-anqas darba fis-sena fuq:
fil-każ ta’ stabbiliment li fih anqas minn 5 % tal-annimali bovini miżmuma kollha jkunu rġiel u tal-anqas 95 % tal-annimali nisa li jkollhom aktar minn 24 xahar ikunu maħsuba jew jintużaw għall-produzzjoni tal-ħalib, tal-anqas darba fis-sena jittieħdu kampjuni tal-ħalib bl-ingrossa f’tal-anqas sitt okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn xahrejn (2) mill-annimali bovini miżmuma nisa li jkunu qed jipproduċu l-ħalib li jirrappreżentaw l-unitajiet epidemjoloġiċi kollha tal-istabbiliment; jew
dment li l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun inżamm għall-aħħar tliet snin konsekuttivi, ta’ kull sena fuq kampjuni tad-demm jew tal-ħalib meħuda minn numru ta’ annimali bovini li tal-anqas iridu jippermettu d-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, ta’ annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %; jew
jekk l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV, fuq kampjuni meħuda skont il-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti.
annimali bovini li ma jkunux tlaqqmu kontra l-infezzjoni bl-IBR/IPV biss jiġu introdotti fl-istabbiliment jekk dan ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona:
ħielsa mill-IBR/IPV; jew
fejn ikun hemm fis-seħħ projbizzjoni fuq it-tilqim bħala parti mill-istrateġija ta’ eradikazzjoni skont programm approvat ta’ eradikazzjoni.
l-annimali bovini kollha li jiġu introdotti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(d)(ii) tat-Taqsima 1 jew joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-IBR/IPV u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra BoHV-1 sħiħ jew, jekk neċessarji, antikorpi kontra BoHV-1-gE fuq kampjun meħud fl-istabbilimenti ta’ oriġini fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ tagħhom, f’każijiet li fihom:
l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV u l-istabbilimenti ta’ oriġini ma jkunux jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-IBR/IPV; jew
l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni u l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-IBR/IPV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;
ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bl-IBR/IPV f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-IBR/IPV jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(b) u (e) tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ IBR/IPV u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;
ikun ġie kkonfermat każ ta’ IBR/IPV f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punti (b), (c) u (d) tat-Taqsima 2.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
tneħħew il-każijiet ikkonfermati kollha;
tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar stabbiliti fil-punt 1(c) tat-Taqsima 1 ikun twettaq b’riżultati negattivi fil-kampjuni li jkunu ttieħdu mhux qabel 30 jum mit-tneħħija tal-aħħar każ ikkonfermat.
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-IBR/IPV
L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk
tilqim kontra l-IBR/IPV kien ipprojbit għall-annimali bovini miżmuma; u
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina korrispondenti, ikunu ħielsa mill-IBR/IPV.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
is-sorveljanza ssir annwalment fuq il-bażi ta’ kampjunar aleatorju li trid tippermetti tal-anqas għad-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infezzjoni tal-istabbilimenti b’BoHV-1 b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti jew ta’ annimali bovini infettati bil-BoHV-1 b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-użu tal-vaċċinazzjoni DIVA jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:
ir-riżultat tal-inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi skont l-Artikolu 25 ikun wera li numru limitat biss tal-istabbilimenti kienu involuti fit-tifqigħa;
l-użu tagħha jkun limitat għall-kontroll ta’ din it-tifqigħa skont kif tqis li jkun neċessarju l-awtorità kompetenti;
l-annimali bovini jkunu ngħataw vaċċinazzjoni DIVA taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u l-użu tal-vaċċini DIVA jkun iddokumentat għal kull annimal;
l-annimali bovini mogħtija l-vaċċinazzjoni DIVA jitmexxew direttament biss lejn biċċerija jew fi stabbiliment f’żona jew fi Stat Membru oħrajn fejn ma jkun hemm l-ebda projbizzjoni fuq it-tilqim fis-seħħ.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni bil-BoHV-1 b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal ħames snin konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-IBR/IPV f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona.
PARTI V
INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ AUJESZKY
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky (ADV) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali porċini jekk:
matul l-aħħar 12-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infezzjoni bl-ADV fl-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment;
matul l-aħħar 12-il xahar, l-ebda annimal porċin miżmum fl-istabbiliment ma jkun tlaqqam kontra l-AD;
matul l-aħħar 12-il xahar, l-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’kunsiderazzjoni tal-vaċċinazzjonijiet DIVA preċedenti, fejn ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi, b’riżultati negattivi, għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV jew, jekk ikun hemm bżonn, l-antikorpi kontra l-ADV-gE, fuq:
kampjun ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħud minn kull annimal porċin; jew
kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħuda f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ xahrejn (2) sa 3 xhur minn numru ta’ annimali li tal-anqas irid ikun jippermetti d-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, ta’ annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %.
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), l-annimali porċini kollha introdotti fl-istabbiliment:
joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u, fil-każ li l-istabbilimenti ta’ oriġini jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona li la jkunu ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u lanqas koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, ikunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV sħiħ jew, jekk ikun hemm bżonn, antikorpi kontra l-ADV-gE, wara l-introduzzjoni tagħhom u qabel l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV; jew
ikunu ġew soġġetti għal kwarantina għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel l-introduzzjoni tagħhom u jkunu ttestjaw negattivi f’test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV sħiħ f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ mhux anqas minn 30 jum bejn il-ġbir ta’ kull kampjun. Il-kampjun għall-aħħar test irid jittieħed fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ.
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt (c), il-prodotti ġerminali kollha mill-annimali porċini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:
stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV; jew
stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV jista’ jingħata lil stabbiliment jekk l-annimali porċini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV jew inkella fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni, dment li dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punt (d) tat-Taqsima 2.
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;
jitwettaq l-ittestjar seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq numru rappreżentattiv ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam meħuda mill-annimali porċini miżmuma fl-istabbiliment, sabiex tiġi vverifikata l-assenza tal-infezzjoni bl-ADV fuq il-bażi ta’ reġim ta’ ttestjar li jqis iċ-ċiklu tal-produzzjoni u r-riskju ta’ introduzzjoni tal-ADV:
tal-anqas darba fis-sena, fil-każ tal-annimali porċini miżmuma kollha li ma jkunux imlaqqma kontra l-AD, b’testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV sħiħ; jew
tal-anqas darbtejn fis-sena, b’testijiet għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV sħiħ u testijiet għad-detezzjoni ta’ antikorpi kontra l-ADV-gE, jekk ikun hemm bżonn;
dment li l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV, jitwettaq l-ittestjar seroloġiku msemmi fil-punt (b), kif meħtieġ, skont is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 4 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti;
l-annimali porċini kollha, li jiġu introdotti:
jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(d)(ii) tat-Taqsima 1; jew
joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-infezzjoni bl-ADV u kienu soġġetti għal test seroloġiku għall-antikorpi kontra l-ADV sħiħ, b’riżultat negattiv, fuq kampjun miġbur fl-istabbilimenti ta’ oriġini fi żmien 15-il jum qabel id-dispaċċ tagħhom, f’każijiet li fihom:
In-numru ta’ annimali porċini ttestjati jrid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %.
Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, għall-annimali porċini li jkollhom anqas minn erba’ xhur imwielda minn ommijiet li jkunu ngħataw vaċċinazzjoni DIVA, jista’ jintuża t-test seroloġiku għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-ADV-gE.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jrid jiġi sospiż jekk:
ma jibqax issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;
ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bl-ADV f’annimal porċin miżmum fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) jew (c), jekk rilevanti, u (d) tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati;
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ infezzjoni bl-ADV u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ta’ stabbiliment li jżomm annimali porċini jrid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;
ikun ġie kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-ADV f’annimal porċin miżmum fl-istabbiliment;
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (e) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 u fil-punt (b) jew (c), jekk rilevanti, u (d) tat-Taqsima 2.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk ikunu tneħħew l-annimali porċini kollha tal-istabbiliment.
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Aujeszky
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
it-tilqim kontra l-AD ikun ġie pprojbit għall-annimali porċini miżmuma għat-12-il xahar preċedenti;
tkun saret sorveljanza li turi li l-ebda stabbiliment fl-Istat Membru jew fiż-żona rispettivi ma kellha xi evidenza klinika, viroloġika jew seroloġika ta’ infezzjoni bl-ADV matul tal-anqas l-24 xahar preċedenti; u
f’każ li jkun magħruf li l-infezzjoni bl-ADV hija stabbilita fl-annimali porċini selvaġġi, ikunu ġew implimentati miżuri għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe trażmissjoni tal-ADV minn annimali porċini selvaġġi għal dawk miżmuma.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fir-rigward tal-annimali porċini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti ddefiniti fil-punti (a) u (c) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
titwettaq sorveljanza ta’ kull sena fuq il-bażi ta’ kampjunar aleatorju sabiex tal-anqas jiġu identifikati, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-istabbilimenti infettati bl-ADV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 %. In-numru ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam li jridu jittieħdu mill-annimali porċini miżmuma fi stabbiliment irid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 20 %.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV fil-popolazzjoni porċina ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:
ikunu tneħħew l-annimali porċini kollha fl-istabbilimenti affettwati;
l-awtorità kompetenti tkun għamlet inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi inklużi eżaminazzjoni klinika u ttestjar seroloġiku jew viroloġiku:
fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali porċini li kellhom kuntatt dirett jew indirett mal-istabbiliment infettat biex tiġi eskluża l-infezzjoni; u
fl-istabbilimenti kollha li jżommu annimali porċini li jinsabu f’raġġ ta’ żewġ kilometri minn stabbiliment infettat, sabiex jintwera li dawn l-istabbilimenti ma jkunux infettati. In-numru ta’ kampjuni ta’ demm jew ta’ meraq tal-laħam li jridu jittieħdu mill-annimali porċini miżmuma f’dawn l-istabbilimenti jrid ikun jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 10 %; jew
f’każ li tkun intużat vaċċinazzjoni DIVA, l-ittestjar seroloġiku għall-antikorpi kontra l-ADV-gE jkun sar f’żewġ okkażjonijiet f’intervall ta’ xahrejn (2) fi stabbilimenti li jżommu l-annimali porċini li jinsabu fir-raġġ imlaqqam mill-istabbiliment infettat sabiex tintwera l-assenza ta’ infezzjoni;
ir-riżultat tal-investigazzjoni skont il-punt (b) ikun wera li numru limitat biss tal-istabbilimenti kienu involuti fit-tifqigħa;
il-miżuri ta’ kontroll rilevanti kif imsemmija fl-Artikolu 24 ikunu ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment infettat bl-ADV, inkluż fejn ikun hemm bżonn it-tilqlim neċessarju bil-vaċċinazzjonijiet DIVA.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tat-Taqsima 1, l-użu tat-tilqima DIVA jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa msemmija fil-punt 2, jekk:
l-użu tagħha jkun limitat għall-kontroll ta’ din it-tifqigħa skont kif tqis li jkun neċessarju l-awtorità kompetenti;
l-annimali porċini jkunu ngħataw vaċċinazzjoni DIVA taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u l-użu tal-vaċċini DIVA jkun iddokumentat għal kull annimal;
l-annimali porċini mogħtija l-vaċċinazzjoni DIVA jitmexxew direttament biss f’biċċerija jew fi stabbiliment fi Stat Membru jew f’żona oħrajn fejn ma jkun hemm l-ebda projbizzjoni fuq il-vaċċinazzjoni fis-seħħ.
4. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni bl-ADV b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ADV f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona.
PARTI VI
DIJAREA VIRALI BOVINA
KAPITOLU 1
Stabbiliment ħieles mid-dijarea virali bovina
1. L-stat ta’ ħelsien mid-dijarea virali bovina (BVD) jista’ jingħata biss lil stabbiliment li jżomm annimali bovini jekk:
matul l-aħħar 18-il xahar ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ BVD f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment;
l-annimali bovini miżmuma fl-istabbiliment ikunu ġew soġġetti għal tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’kunsiderazzjoni tat-tilqim preċedenti possibbli:
ikunu twettqu t-testijiet għad-detezzjoni tal-antiġene jew għall-ġenoma tal-virus tal-BVD (BVDV), b’riżultati negattivi, fuq il-kampjuni tal-annimali bovini kollha.
Mill-inqas mill-għoġġiela kollha mwielda fit-12-il xahar preċedenti, il-kampjuni jridu jittieħdu wara jew fl-istess ħin bħall-identifikazzjoni uffiċjali, iżda mhux aktar tard minn 20 jum wara l-ħlas. L-ommijiet ta’ dawk l-għoġġiela b’riżultati negattivi tat-testijiet ma jkollhomx bżonn jiġu ttestjati;
ikunu twettqu t-testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BVDV, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni meħuda matul perjodu ta’ mhux anqas minn 12-il xahar f’tal-anqas tliet okkażjonijiet f’intervalli ta’ mhux anqas minn erba’ xhur mill-annimali bovini li jkunu nżammu fl-istabbiliment għal tal-anqas tliet xhur qabel l-ittestjar.
In-numru ta’ annimali ttestjati jrid jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevelanza fil-mira ta’ 50 % u tal-anqas iridu jkunu ħames annimali jew l-annimali kollha jekk jinżammu anqas minn ħames annimali.
F’każ li l-annimali bovini tal-istabbiliment jinżammu fi gruppi separati mingħajr kuntatt dirett ma’ xulxin, irid jiġi ttestjat numru rispettiv ta’ annimali ta’ kull grupp;
tkun ġiet applikata taħlita tar-reġimi ta’ ttestjar stipulati fil-punti (i) u (ii) matul perjodu ta’ mhux anqas minn 12-il xahar.
Il-kapaċità tar-reġim ta’ ttestjar ikkombinat għad-detezzjoni tal-marda trid tkun ekwivalenti għal dik tar-reġimi ta’ ttestjar imsemmija fil-punti (i) u (ii);
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt 1(b), l-annimali bovini kollha introdotti fl-istabbiliment:
ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD u li jkunu jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD; jew
ikunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD, fejn
ikunu ttestjaw negattivi f’test għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-BVDV, u
mindu jkun inbeda l-kampjunar imsemmi fil-punt 1(b) il-prodotti ġerminali kollha tal-annimali bovini introdotti fl-istabbiliment ikunu joriġinaw minn:
stabbilimenti ħielsa mill-BVD; jew
stabbilimenti approvati ta’ prodotti ġerminali.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-BVD jista’ jingħata lil stabbiliment jekk:
l-annimali bovini jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD li jinsabu fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD jew fi Stat Membru jew f’żona koperti minn programm approvat ta’ eradikazzjoni u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c), jekk rilevanti; jew
l-annimali bovini kollha jkunu joriġinaw minn stabbilimenti ħielsa mill-BVD, ma jkunux maħsuba għat-tnissil u l-istat ta’ ħelsien mill-BVD tal-istabbiliment jinżamm skont il-punt 2 tat-Taqsima 2.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (c) u (d) tal-punt 1 tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;
l-ebda annimal bovin ma jkun tlaqqam kontra l-BVD mindu l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ingħata lill-istabbiliment;
jitwettaq tal-anqas wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin b’riżultati negattivi:
kull għoġol li jkun għadu kif jitwieled jittestja negattiv għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-BVDV fuq kampjun meħud wara jew fl-istess ħin tal-identifikazzjoni uffiċjali, iżda mhux aktar tard minn 20 jum wara l-ħlas;
it-testijiet seroloġiċi għad-detezzjoni tal-antikorpi kontra l-BVDV isiru tal-anqas darba fis-sena fuq kampjuni meħuda minn annimali bovini li jkunu nżammu fl-istabbiliment għal tal-anqas tliet xhur qabel l-ittestjar.
In-numru ta’ annimali ttestjati jrid jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-annimali seropożittivi b’rata ta’ prevelanza fil-mira ta’ 50 % u tal-anqas iridu jkunu ħames annimali jew l-annimali kollha jekk jinżammu anqas minn ħames annimali.
F’każ li l-annimali bovini tal-istabbiliment jinżammu fi gruppi separati mingħajr kuntatt dirett ma’ xulxin, irid jiġi ttestjat numru rispettiv ta’ annimali ta’ kull grupp;
tiġi applikata taħlita tar-reġimi ta’ ttestjar stabbiliti fil-punti (i) u (ii).
Il-kapaċità tar-reġim ta’ ttestjar ikkombinat għad-detezzjoni tal-marda trid tkun ekwivalenti għal dik tar-reġimi ta’ ttestjar imsemmija fil-punti (i) u (ii);
jekk l-istabbiliment ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD, jitwettqu t-testijiet fuq kampjuni meħuda skont il-punt 1(b) tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 jew il-punt 3 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2, jekk rilevanti;
annimali bovini li ma jkunux tlaqqmu kontra l-BVD biss jiġu introdotti fl-istabbiliment jekk dan ikun jinsab fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-BVD.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1, l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm l-annimali bovini msemmija fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 jista’ jinżamm mingħajr l-ittestjar tal-annimali bovini skont il-punt 1(c) jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati;
ma jintużawx għat-tnissil;
ma jkollhom l-ebda kuntatt ma’ annimali li jkunu maħsuba jew li jintużaw għat-tnissil u jiġu mċaqilqa minn dan l-istabbiliment għal biċċerija,
direttament, jew;
permezz ta’ operazzjoni ta’ assemblaġġ, li titwettaq fl-istess Stat Membru jew żona, u fejn biss l-annimali li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (b) u (c) u li joriġinaw minn stabbilimenti li jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-punt (a), jiġu assemblati.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi sospiż jekk:
ma jkunx issodisfat wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2;
ikun issuspettat każ ta’ infezzjoni bil-BVD f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-BVD jista’ jiġi rrestawrat biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) u (d) tat-Taqsima 1 u fil-punt 1(b)(c) u (d) u, jekk rilevanti, fil-punt 2 tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati.
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet ulterjuri jissostanzjaw in-nuqqas ta’ BVD u jiġi ddeterminat l-istat tal-każijiet issuspettati kollha.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-BVD ta’ stabbiliment li jżomm annimali bovini irid jiġi rtirat jekk:
wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 2 ma jkunux issodisfati wara li jkun skada l-perjodu massimu ta’ żmien imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 20(3) mindu jkun ġie sospiż l-istat;
ikun ġie kkonfermat każ ta’ EBL f’annimal bovin miżmum fl-istabbiliment.
2. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ġie rtirat f’konformità mal-punt 1(a), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(c) u (d) tat-Taqsima 1 u fil-punt 1(b), (c) u (d) u, jekk rilevanti, fil-punt 2 tat-Taqsima 2 ikunu ssodisfati.
3. Jekk l-istat ta’ ħelsien mill-BVD ikun ġie rtirat skont il-punt 1(b), dan jista’ jerġa’ jinkiseb biss jekk:
ikunu tneħħew l-annimali kollha li ttestjaw pożittivi għall-BVDV;
ikun ġie ddeterminat l-istat b’rabta mal-infezzjoni bil-BVDV ta’ kull annimal bovin miżmum fl-istabbiliment;
l-għoġġiela kollha li setgħu ġew infettati in utero bil-BVDV twieldu u nżammu f’iżolament sakemm ittestjaw negattivi għall-antiġene jew għall-ġenoma tal-BVDV.
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mid-dijarea virali bovina
L-stat ta’ ħelsien mill-BVD fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
tilqim kontra l-BVD kien ipprojbit għall-annimali bovini miżmuma;
ma ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ BVD f’annimal bovin miżmum għal tal-anqas it-18-il xahar preċedenti; u
tal-anqas 99,8 % tal-istabbilimenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 99,9 % tal-popolazzjoni bovina, ikunu ħielsa mill-BVD.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-BVD fir-rigward tal-annimali bovini miżmuma ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) u (c) tat-Taqsima 1 jibqgħu jiġu ssodisfati; u
is-sorveljanza ssir annwalment u trid tippermetti tal-anqas għad-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infezzjoni tal-istabbilimenti infettati bil-BVDV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,2 % tal-istabbilimenti jew ta’ annimali bovini infettati bil-BVDV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 0,1 % tal-popolazzjoni bovina.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), l-użu tat-tilqim jista’ jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ tifqigħa, jekk:
ir-riżultati tal-inkjesta u tal-investigazzjonijiet epidemjoloġiċi skont l-Artikolu 25 ikunu wrew li numru limitat biss tal-istabbilimenti kienu involuti fit-tifqigħa;
numru limitat biss mill-annimali bovini meqjusa neċessarji mill-awtorità kompetenti sabiex tikkontrolla din it-tifqigħa jkunu mlaqqma taħt is-superviżjoni tal-awtorità kompetenti u l-użu tat-tilqim ikun iddokumentat għal kull annimal.
3. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), is-sorveljanza tista’ ssir sabiex ta’ kull sena jintwera n-nuqqas tal-BVD b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati, dment li ma tkun ġiet identifikata l-ebda tifqigħa għal ħames snin konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-BVD f’dan l-Istat Membru jew f’din iż-żona.
ANNESS V
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARD GĦALL-GĦOTI U GĦAŻ-ŻAMMA TAL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD FIL-LIVELL TAL-ISTATI MEMBRI JEW TAŻ-ŻONI
PARTI I
INFEZZJONI BIL-VIRUS TAR-RABJA
KAPITOLU 1
Rekwiżiti tekniċi għat-tilqim kontra r-rabja
1. Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-virus tar-rabja (RABV), it-tilqim kontra l-marda tar-rabja jrid jingħata biss lil annimali domestiċi li jkunu identifikati u jrid jissodisfa r-rekwiżiti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
2. Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim kontra l-marda tar-rabja tal-annimali miżmuma, għajr dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, irid ikun ibbażat fuq ir-riskju u jitwettaq bl-għan li jipproteġi lill-bniedem mill-esponiment għall-virus tar-rabja, billi jintużaw vaċċini li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (1)(a) u (1)(b) tal-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
1. Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim orali kontra l-infezzjoni bl-RABV tal-annimali selvaġġi jrid:
ikun organizzat u implimentat bħala kampanji ppjanati regolari jew ta’ emerġenza b’kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 32(2);
ikun soġġett għal distribuzzjoni adegwata tal-vaċċin f’termini taż-żmien u tal-kopertura tad-daqs taż-żona tat-tilqim, b’kunsiderazzjoni tal-bijoloġija tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira, tas-sitwazzjoni epidemjoloġika u tat-topografija taż-żona;
ikun soġġett, bl-appoġġ ta’ sistemi ta’ informazzjoni ġeografika, għall-valutazzjoni tad-distribuzzjoni ġeografika korretta tal-lixki tal-vaċċini bi frekwenza li, jekk ikun hemm bżonn, tippermetti l-adozzjoni ta’ miżuri korrettivi; u
ikun soġġett għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim, li jista’ jinkludi d-detezzjoni tal-preżenza ta’ bijomarkatur u ttestjar seroloġiku f’annimali mejta mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira għat-tilqim.
2. Għall-fini tal-programmi ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-RABV, it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-RABV tal-popolazzjonijiet ta’ klieb li jgħixu fit-triq irid:
ikun organizzat u implimentat, jekk ikun hemm bżonn, bħala miżuri ta’ kontroll u ta’ ġestjoni tal-popolazzjonijiet ta’ klieb li jgħixu fit-triq, b’kunsiderazzjoni tal-valutazzjoni tar-riskju prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 32(2);
jikkonforma mar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.
KAPITOLU 2
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-virus tar-rabja
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-RABV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk:
tkun ġiet implimentata sorveljanza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tal-anqas għall-aħħar 24 xahar; u
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-RABV matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(b), jekk jiġi kkonfermat każ ta’ infezzjoni bl-RABV, l-istat jista’ jingħata jekk l-infezzjoni tal-każ ma tkunx seħħet fl-Istat Membru jew fiż-żona; u
il-każ ikun ġie kkonfermat b’mod uffiċjali u li l-ebda rabta epidemjoloġika ma setgħet isseħħ u rriżultat f’xi każ addizzjonali, li jinkludu d-detezzjoni tal-każ f’post ta’ kontroll fuq il-fruntiera, jew fi stabbiliment ta’ kwarantina jew fil-faċilitajiet ta’ kwarantina ta’ stabbiliment ikkonfinat; jew
rabta epidemjoloġika setgħet isseħħ u l-ebda każ addizzjonali ma jkun ġie identifikat minn sorveljanza akbar u minn inkjesta u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi matul l-aħħar sitt xhur wara l-mewt tal-każ.
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-RABV ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
tiġi implimentata sorveljanza skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(1) bl-objettiv ta’ detezzjoni bikrija tal-marda; u
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-RABV fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jew inkella jkun seħħ każ u ġew irrispettati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 1.
PARTI II
INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-ILSIEN BLU (SEROTIPI 1-24)
KAPITOLU 1
Rekwiżiti minimi għas-sorveljanza
1. Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-virus tal-ilsien blu (serotipi 1-24) (infezzjoni bil-BTV) sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni ta’ introduzzjoni jew ta’ rikorrenza tal-infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV li ma kinux irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) trid tinkludi:
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1);
sorveljanza attiva kif prevista fit-Taqsima 4.
2. Id-disinn tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid jindirizza:
ir-riskju ta’ infezzjoni b’manifestazzjonijiet kliniċi limitati;
ir-riskju ta’ introduzzjoni tas-serotipi tal-BTV assoċjati maċ-ċirkolazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV fl-inħawi; u
kwalunkwe fattur ta’ riskju rilevanti identifikat ieħor għall-introduzzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV mhux irrapportati fl-aħħar sentejn (2).
3. Is-sorveljanza f’żona/i biswit kwalunkwe Stat Membru, żona jew pajjiż terz infettati trid tiżdied f’erja li tlaħħaq mal-150 km mil-limitu mal-Istat Membru, maż-żona, jew mal-pajjiż terz. Id-demarkazzjoni tal-erja tas-sorveljanza msaħħa tista’ tiġi adattata għall-karatteristiċi ekoloġiċi jew ġeografiċi rilevanti li aktarx li jiffaċilitaw jew jinterrompu t-trażmissjoni tal-BTV jew adattata minħabba l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard li tappoġġa l-għażla bejn distanza akbar jew iżgħar.
4. Is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) u fil-punt 3 irid ikollha l-kapaċità li tal-anqas tidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 5 %, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 4.
1. Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV sabiex tiżgura d-demarkazzjoni puntwali tat-tixrid tal-infezzjoni meta jkun preżenti wieħed jew aktar mis-serotipi tal-BTV u, jekk ikun hemm bżonn, sabiex tiġi ssorveljata r-rata ta’ prevalenza, trid tinkludi:
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1); u
sorveljanza attiva kif prevista fit-Taqsima 4.
2. It-tfassil tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid iqis: l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-epidemjoloġija tal-marda u l-bijoloġija tal-vettur li jkun prevalenti fit-territorju.
3. Ir-rata ta’ prevalenza fil-mira tas-sorveljanza prevista fil-punt 1 trid tkun adattata għas-sitwazzjoni epidemjoloġika, b’kunsiderazzjoni tal-fatturi ta’ riskju ewlenin bħall-popolazzjoni tal-annimali fil-mira u l-popolazzjoni tal-vetturi.
1. Is-sorveljanza tal-infezzjoni bil-BTV biex tintwera l-assenza ta’ infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 li kienu ġew identifikati preċedentement fit-territorju trid tinkludi:
rekwiżiti ġenerali ta’ sorveljanza kif stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1); u
sorveljanza attiva kif prevista fit-Taqsima 4.
2. It-tfassil tas-sorveljanza previst fil-punt 1 irid jindirizza:
ir-riskju ta’ infezzjoni b’manifestazzjonijiet kliniċi limitati;
l-informazzjoni disponibbli kollha dwar l-epidemjoloġija tal-marda u l-bijoloġija tal-vettur li jkun prevalenti fit-territorju; u
kwalunkwe riskju speċifiku ta’ persistenza tal-infezzjoni identifikata.
3. Is-sorveljanza prevista fil-punt 1(b) irid ikollha l-kapaċità li tal-anqas tidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 %.
1. L-unitajiet ġeografiċi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 40(1) iridu jkunu bbażati fuq grilja ta’ 45 km b’45 km u jistgħu jkunu adattati skont:
is-sitwazzjoni epidemjoloġika, kemm tinfirex malajr l-infezzjoni u l-forma u d-daqs taż-żoni koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni f’każ ta’ konferma tal-infezzjoni; u
iż-żoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 13(2).
2. Is-sorveljanza attiva trid tkun ibbażata fuq waħda mill-attivitajiet li ġejjin jew fuq taħlita ta’ dawn:
monitoraġġ tal-annimali sentinelli bl-użu ta’ ttestjar seroloġiku jew viroloġiku; u
stħarriġiet strutturati dwar il-prevalenza, ibbażati fuq strateġija ta’ kampjunar aleatorju jew ibbażat fuq ir-riskju bl-użu ta’ ttestjar seroloġiku jew viroloġiku.
3. Il-frekwenza tal-kampjunar trid:
tal-anqas tkun annwali, fil-perjodu tas-sena meta l-infezzjoni jew is-serokonverżjoni jkollha l-akbar probabbiltà li tiġi individwata; u
issir ta’ kull xahar matul l-istaġun tal-attività tal-vetturi meta tkun meħtieġa informazzjoni regolari minħabba r-riskju ta’ tixrid tal-infezzjoni.
4. L-annimali mdaħħla fil-kampjun:
ma jkunux mlaqqma kontra s-serotip(i) tal-BTV fil-mira tas-sorveljanza;
ma jkunux għadhom koperti minn immunità materna f’każ li ommhom tkun tlaqqmet jew ġiet infettata;
ikunu residenti għal biżżejjed żmien fl-unità ġeografika rilevanti u ma jkunux ġew protetti minn esponiment għall-vettur;
ikunu rappreżentattivi tad-distribuzzjoni ġeografika tal-popolazzjoni tal-annimali fil-mira fl-unità ġeografika rilevanti; u
ikunu seronegattivi inizjalment meta s-sorveljanza tkun ibbażata fuq l-ittestjar seroloġiku tas-sentinelli.
5. Id-daqs tal-kampjun f’kull unità ġeografika jrid jiġi kkalkolat skont ir-rata ta’ prevalenza fil-mira fuq il-bażi tal-objettivi assenjati fit-Taqsimiet 1-3.
6. Meta s-sorveljanza trid tkun adattata kif previst fil-punt (c) tal-Artikolu 43(2), din tal-anqas trid tkun tinkludi stħarriġ:
dwar l-annimali introdotti li:
irid ikun ibbażat fuq il-kampjunar u l-ittestjar tal-annimali introdotti kollha;
irid isir mill-aktar fis possibbli wara l-introduzzjoni tagħhom; jew
dwar il-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li tinsab fl-akbar riskju minħabba ċ-ċirkolazzjoni possibbli tal-virus li:
irid ikollu l-kapaċità li tal-anqas jidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-BTV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 5 %;
irid jew:
Dan l-istħarriġ ma jkunx meħtieġ jekk il-frekwenza tal-kampjunar tkun skont il-punt 3(b).
1. Is-sorveljanza entomoloġika trid tal-anqas tkun tikkonsisti fi programm annwali attiv ta’ qbid tal-vetturi permezz ta’ nases ta’ aspirazzjoni f’siti permanenti maħsuba għad-determinazzjoni tad-dinamika tal-popolazzjoni tal-vettur u, fejn rilevanti, tal-perjodu ħieles mill-vetturi.
2. Nases ta’ aspirazzjoni mgħammra b’dawl ultravjola jridu jintużaw f’konformità mal-protokolli stabbiliti minn qabel; in-nases iridu jkunu operati matul il-lejl u tal-anqas iridu joperaw:
lejl fil-ġimgħa matul ix-xahar qabel il-bidu previst u matul ix-xahar ta’ qabel it-tmiem previst tal-perjodu ħieles mill-vettur; u
lejl wieħed fix-xahar matul il-perjodu ħieles mill-vettur.
Abbażi tal-evidenza miksuba fl-ewwel tliet snin tal-operat tan-nases b’aspirazzjoni, il-frekwenza tal-operar ta’ dawk in-nases tista’ tiġi aġġustata.
3. Tal-anqas trid titqiegħed nassa b’aspirazzjoni waħda f’kull unità ġeografika msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 40(1) fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV. Proporzjon tal-kironomi miġburin fin-nases b’aspirazzjoni għandu jintbagħat f’laboratorju speċjalizzat li kapaċi jgħodd u jidentifika l-ispeċijiet jew il-kumplessi ta’ vetturi ssuspettati.
4. Meta s-sorveljanza entomoloġika tkun organizzata fil-kuntest tad-determinazzjoni ta’ perjodu ħieles minn vetturi, irid jiġi ddefinit limitu massimu ta’ speċijiet Culicoides għall-interpretazzjoni tar-riżultati. Fl-assenza ta’ evidenza soda li ssostni d-determinazzjoni tal-limitu massimu, għandu jkun hemm assenza totali ta’ eżemplari Culicoides imicola u għandhom jintużaw anqas minn ħames Culicoides nisa tqal għal kull nassa, bħala limitu massimu.
KAPITOLU 2
Moviment tal-annimali u tal-prodotti ġerminali
1. L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV u ma jkunux tlaqqmu b’vaċċin ħaj kontra l-infezzjoni bil-BTV fl-aħħar 60 jum qabel id-data tal-moviment.
2. L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u tal-anqas huwa rrispettat wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali nżammu fi Stat Membru jew f’żona staġjonalment ħielsa mill-BTV stabbiliti skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 40:
għal tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment;
għal tal-anqas 28 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettqa fuq kampjuni tal-anqas 28 jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fl-Istat Membru jew fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV; jew
għal tal-anqas 14-il jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni tal-anqas 14-il jum wara d-data tad-dħul tal-annimal fl-Istat Membru jew fiż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV;
l-annimali jkunu ġew protetti kontra attakki mill-vetturi matul it-trasport lejn il-post tad-destinazzjoni u jkunu nżammu protetti kontra attakki mill-vetturi fi stabbiliment protett mill-vetturi:
għal tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment; jew
għal tal-anqas 28 jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test seroloġiku, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni tal-anqas 28 jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi; jew
għal tal-anqas 14-il jum qabel id-data tal-moviment u jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni tal-anqas 14-il jum wara d-data tal-bidu tal-perjodu ta’ protezzjoni kontra l-attakki minn vetturi;
l-annimali jkunu tlaqqmu kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona, l-annimali jkunu fil-perjodu ta’ immunità ggarantit fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin u jissodisfaw tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu tlaqqmu aktar minn 60 jum qabel id-data tal-moviment; jew
dawn ikunu tlaqqmu b’vaċċin inattivat u ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi fuq il-kampjuni miġbura tal-anqas 14-il jum wara l-bidu tal-immunità stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin.
l-annimali jkunu ġew soġġetti b’riżultati pożittivi għal test seroloġiku sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati antikorpi speċifiċi kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV rrappurtati matul l-aħħar sentejn (2) f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona u:
it-test seroloġiku jkun sar fuq kampjuni miġbura tal-anqas 60 jum qabel id-data tal-moviment; jew
it-test seroloġiku ikun twettaq fuq kampjuni miġbura tal-anqas 30 jum qabel id-data tal-moviment u l-annimali jkunu ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq kampjuni miġbura mhux aktar minn 14-il jum qabel id-data tal-moviment.
3. L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u:
ikunu konformi mal-punt 2(b); jew
l-annimali jkunu nżammu tal-anqas għall-aħħar 60 jum qabel it-tluq jew f’erja b’raġġ ta’ tal-anqas 150 km mill-istabbiliment fejn jinżammu, jew inkella fi Stat Membru, fejn is-sorveljanza f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Kapitolu 1 tkun twettqet tal-anqas għall-aħħar 60 jum qabel it-tluq u:
dawn ikunu tlaqqmu skont il-punt 2(c) kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’erja b’raġġ ta’ tal-anqas 150 km b’ċentru fil-post fejn kienu miżmuma l-annimali; jew
dawn ikunu ġew immunizzati skont il-punt 2(d) kontra s-serotipi 1-24 kollha tal-BTV irrapportati matul l-aħħar sentejn (2) f’erja b’raġġ ta’ tal-anqas 150 km b’ċentru fil-post fejn kienu miżmuma l-annimali.
4. L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona mhux ħielsa mill-BTV, huma ddestinati għal skarnar immedjat u japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-BTV ma jkun ġie rrapportat fl-istabbiliment ta’ oriġini għal perjodu ta’ tal-anqas 30 jum qabel id-data tal-moviment;
l-annimali jiġu ttrasportati direttament mill-Istat Membru jew miż-żona ta’ oriġini sal-biċċerija tad-destinazzjoni fejn jitbiċċru fi żmien 24 siegħa mill-wasla;
l-operatur tal-istabbiliment ta’ oriġini jkun informa lill-operatur tal-biċċerija tad-destinazzjoni dwar il-moviment tal-anqas 48 siegħa qabel it-tagħbija tal-annimali.
5. L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u l-annimali jkunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(a).
6. L-annimali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona mhux ħielsa mill-BTV u:
ikunu ġew protetti minn attakki kontra vetturi minn insettiċidi jew minn repellenti għal tal-anqas 14-il jum qabel id-data tal-moviment; u
matul dak il-perjodu dawn ġew soġġetti għal test tal-PCR, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq il-kampjuni miġbura tal-anqas 14-il jum wara d-data tal-protezzjoni kontra attakki tal-vetturi.
7. L-annimali huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi dwar is-saħħa tal-annimali ddefiniti mill-awtorità kompetenti sabiex tiġi żgurata protezzjoni immunoloġika suffiċjenti qabel it-tluq.
8. L-annimali huma konformi ma’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti previsti fil-punti 2, 3, 5, 6 jew 7 biss għas-serotipi tal-BTV irrapportati għall-aħħar sentejn (2) fl-Istati Membri jew fiż-żona ta’ oriġini u mhux fl-Istat Membru jew fiż-żona ta’ destinazzjoni matul l-istess perjodu.
1. L-annimali donaturi nżammu għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel u matul il-ġbir tal-prodotti ġerminali fi Stat Membru jew f’żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV.
2. Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u tal-anqas huwa rrispettat wieħed mir-rekwiżiti stipulati fil-punt (a) għas-semen, il-punt (b) għall-embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini jew il-punt (c) għall-embrijuni għajr l-embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini u għall-ooċiti:
is-semen inkiseb minn annimali donaturi li jkunu konformi mill-inqas ma’ wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ġew protetti kontra attakki minn vetturi fi stabbiliment protett kontra vetturi għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu;
inżammu fi Stat Membru jew f’żona staġjonalment ħielsa mill-BTV għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tas-semen u matulu;
sarilhom test seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura bejn 28 u 60 jum mid-data ta’ kull ġabra tas-semen;
ġew soġġetti għal metodu dijanjostiku dirett, b’riżultati negattivi, imwettaq fuq il-kampjuni miġbura:
embrijuni derivati in vivo tal-annimali bovini nkisbu mingħand annimali donaturi li ma juru l-ebda sinjal kliniku ta’ infezzjoni bil-BTV fil-jum tal-ġbir u dawn jinġabru, jiġu pproċessati u jinħażnu skont il-Parti 2 tal-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 ( 8 );
l-embrijuni għajr l-embrijuni dderivati in vivo tal-annimali bovini u l-ooċiti nkisbu mingħand annimali donaturi li jikkonformaw ma’ tal-anqas wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:
ġew protetti kontra attakki minn vetturi fi stabbiliment protett kontra vetturi għal tal-anqas 60 jum qabel il-bidu tal-ġbir tal-embrijuni/tal-ooċiti u matulu;
sarilhom test seroloġiku, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura bejn 28 u 60 jum mid-data ta’ kull ġabra tal-embrijuni/tal-ooċiti;
sarilhom test tal-PCR, b’riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura fil-jum tal-ġbir tal-embrijuni/tal-ooċiti;
inżammu fi Stat Membru jew f’żona staġjonalment ħielsa mill-BTV għal perjodu minimu ta’ 60 jum qabel il-ġbir tal-embrijuni/tal-ooċiti.
3. Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u huma konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(a)(i), 2(a)(iii), 2(a)(iv), 2(b), 2(c)(i), 2(c)(ii) jew 2(c)(iii).
4. Il-prodotti ġerminali joriġinaw minn Stat Membru jew minn żona li la jkunu ħielsa mill-BTV u lanqas koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-BTV u jridu jkunu konformi mal-punt 2(a)(ii) jew 2(c)(iv).
KAPITOLU 3
Stabbiliment protett kontra vetturi
L-istat ta’ stabbiliment protett kontra vetturi jista’ jingħata biss lil stabbiliment jekk:
ikollu ostakoli fiżiċi addattati fil-punti tad-dħul u tal-ħruġ;
il-fetħiet iridu jkunu skrinjati kontra l-vetturi b’xibka b’gejġ xierqa li trid tkun imxappa b’mod regolari b’insettiċida approvat skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
is-sorveljanza u l-kontroll tal-vetturi għandhom jitwettqu fl-istabbiliment protett mill-vetturi u madwaru;
għandhom jittieħdu miżuri sabiex jillimitaw jew jeliminaw siti tat-tgħammir għall-vetturi fil-viċinanza tal-istabbiliment protett mill-vetturi; u
għandu jkun hemm fis-seħħ proċeduri operattivi standard, inklużi deskrizzjonijiet ta’ sistemi ta’ back-up u ta’ twissija, għall-operazzjoni tal-istabbiliment protett mill-vetturi u t-trasport tal-annimali lejn il-post tat-tagħbija.
KAPITOLU 4
Stat Membru jew żona ħielsa mill-infezzjoni bil-BTV
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona, fejn il-BTV qatt ma jkun ġie rrapportat, jekk:
tkun saret sorveljanza skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tal-anqas matul l-aħħar 24 xahar; u
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-BTV matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.
2. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona, f’każ li l-BTV diġà jkun ġie rrapportat, jekk:
tkun saret sorveljanza skont it-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tal-anqas matul l-aħħar 24 xahar; u
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bil-BTV matul l-aħħar 24 xahar fil-popolazzjoni tal-annimali fil-mira.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV jista’ jinżamm biss jekk:
ikunu rrispettati r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tat-Taqsima 1; u
l-annimali u l-prodotti ġerminali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira jitmexxew biss fi Stat Membru jew f’żona jew inkella jgħaddu minnhom meta jkunu rrispettati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 43 u 45.
2. L-intensità u l-frekwenza tas-sorveljanza msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima 1 iridu jiġu adattati kif xieraq skont:
l-istat tas-saħħa tal-Istati Membri, taż-żoni jew tal-pajjiżi terzi ġirien skont il-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1;
l-introduzzjoni ta’ annimali mill-popolazzjoni tal-annimali fil-mira li setgħet ikkompromettiet l-istat tas-saħħa tal-Istat Membru jew taż-żona, skont il-punt 6 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu 1.
3. Jekk ma tkun ġiet identifikata l-ebda ċirkolazzjoni tal-infezzjoni għal sentejn (2) konsekuttivi wara l-għoti tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-BTV ta’ Stat Membru jew ta’ żona, is-sorveljanza trid tkun ibbażata fuq:
sorveljanza annwali aleatorja tal-anqas sabiex tiġi identifikata, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni bil-BTV b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 20 %; jew
sorveljanza annwali bbażata fuq ir-riskju għad-detezzjoni tal-infezzjoni bil-BTV imwettqa b’kunsiderazzjoni tas-sistemi ta’ produzzjoni u tal-fatturi ta’ riskju identifikati.
KAPITOLU 5
Stat Membru jew żona staġjonalment ħielsa mill-BTV
1. L-istat staġjonalment ħieles mill-BTV jista’ jiġi stabbilit biss fi Stat Membru jew f’żona tiegħu jekk:
il-bidu u t-tmiem tal-perjodu ħieles minn vetturi u, għaldaqstant, tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV ikunu ntwerew fuq il-bażi tas-sorveljanza entomoloġika skont it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1; u
il-waqfien tat-trażmissjoni tal-BTV ikun intwera permezz ta’ dawn li ġejjin:
l-implimentazzjoni tas-sorveljanza skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tal-anqas għall-aħħar 12-il xahar inkluż staġun wieħed sħiħ b’attività tal-vetturi; u
l-assenza ta’ każijiet ġodda ta’ infezzjoni bi kwalunkwe wieħed mis-serotipi 1-24 tal-BTV mindu ntemm l-istaġun ta’ attività tal-vetturi.
2. Permezz ta’ deroga mill-punt 1(a), jekk il-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV ikun intwera b’suċċess għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi, kriterji addizzjonali bħat-temperatura jistgħu jieħdu post is-sorveljanza entomoloġika sabiex jissostanzjaw il-bidu u t-tmiem tal-perjodu staġjonalment ħieles mill-BTV fuq il-bażi tal-evidenza xjentifika.
3. L-Istat Membru jew iż-żona staġjonalment ħielsa mill-BTV minnufih iridu jieqfu meta jkun hemm evidenza tat-tmiem tal-perjodu ħieles minn vetturi jew taċ-ċirkolazzjoni tal-virus.
PARTI III
INFESTAZZJONI BIL-VARROA SPP.
L-stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. jista’ jingħata biss lill-popolazzjoni rilevanti tan-naħal tal-għasel ta’ Stat Membru jew ta’ żona jekk:
tkun saret valutazzjoni tar-riskju li tidentifika l-fatturi potenzjali kollha għall-okkorrenza tal-Varroa spp. u tal-preżenza potenzjali tagħha fil-passat;
ikun ġie implimentat programm ta’ sensibilizzazzjoni kurrenti għal tal-anqas sena sabiex jitħeġġeġ ir-rapportar tal-każijiet kollha li jissuġġerixxu Varroa spp.;
ma jkun hemm l-ebda każ ikkonfermat ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. la f’kolonji miżmuma u lanqas f’kolonji ta’ naħal selvaġġi tal-għasel;
għal tal-anqas sena, sorveljanza annwali tkun uriet l-assenza ta’ infestazzjonijiet bil-Varroa spp f’kampjun rappreżentattiv ta’ naħal tal-għasel miżmuma tal-Istat Membru jew taż-żona tiegħu li jippermetti tal-anqas id-detezzjoni, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, tal-infestazzjoni bil-Varroa spp. b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % tal-imġiebaħ u b’rata ta’ prevalenza fil-mira fi ħdan l-imġiebaħ ta’ 5 % tal-kaxex tan-naħal;
fil-preżenza ta’ popolazzjoni selvaġġa awtosostenibbli tal-ispeċijiet tal-ġenus Apis, ikun ilu hemm fis-seħħ għal tal-anqas sena programm ta’ sorveljanza kurrenti fil-popolazzjoni selvaġġa li ma juri l-ebda evidenza ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp.; u
matul id-durata sħiħa tas-sorveljanza msemmija fil-punt (d), l-awtorità kompetenti tagħmel l-arranġamenti xierqa għall-istħarriġ u għall-immaniġġjar ulterjuri tan-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, li jitmexxew f’dak l-Istat Membru jew f’dik iż-żona għall-prevenzjoni tal-infestazzjoni tal-popolazzjoni tagħhom min-naħal tal-għasel introdotti bi stat tas-saħħa inferjuri.
L-stat ta’ ħelsien mill-infestazzjoni bil-Varroa spp. mogħti lill-popolazzjoni rilevanti tan-naħal tal-għasel ta’ Stat Membru jew ta’ żona jista’ jinżamm biss jekk:
l-awtorità kompetenti żżomm sorveljanza li:
turi l-assenza ta’ infestazzjonijiet bil-Varroa spp. ta’ kull sena f’kampjun rappreżentattiv ta’ naħal tal-għasel miżmuma taż-żona ħielsa;
tippermetti d-detezzjoni bikrija ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp. fl-imġiebaħ u fil-kaxex tan-naħal;
tqis żoni speċifikament fil-mira bi probabbiltà akbar ta’ introduzzjoni ta’ Varroa spp. jew ta’ infestazzjoni tagħha, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju;
il-każijiet issuspettati kollha jkunu ġew investigati u ma jiġi kkonfermat l-ebda każ ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp., la fil-kolonji ta’ naħal tal-għasel miżmuma u lanqas f’dawk selvaġġi;
ma jkun hemm l-ebda popolazzjoni selvaġġa awtosostenibbli tal-ispeċijiet tal-ġenus Apis jew inkella jkun hemm programm ta’ sorveljanza kurrenti fil-popolazzjoni selvaġġa li ma juri l-ebda evidenza ta’ infestazzjoni bil-Varroa spp; u
in-naħal tal-għasel fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, inkluż id-duqqajs tan-naħal tal-għasel, jitmexxa biss fiż-żona ħielsa meta:
ikun ġej minn Stat Membru jew minn żona tiegħu jew minn pajjiż terz jew minn territorju bi stat ta’ ħelsien mill-marda rigward l-infestazzjoni bil-Varroa spp.; u
dan ikun protett kontra infestazzjoni bil-Varroa spp. matul it-trasport.
PARTI IV
STAT TA’ ĦELEIN MILL-INFEZZJONI BIL-VIRUS TAL-MARDA TA’ NEWCASTLE MINGĦAJR TILQIM
L-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV) mingħajr tilqim fil-popolazzjoni ta’ pollam u ta’ għasafar miżuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes jista’ jingħata biss lil Stat Membru jew lil żona jekk tal-anqas matul l-aħħar 12-il xahar:
it-tilqim kontra l-infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes ikun ġie pprojbit;
l-ebda pollam u l-ebda għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes imlaqqma kontra l-infezzjoni bl-NDV ma nżammu fi stabbilimenti li jżommu pollam jew għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes;
twettqu r-rekwiżiti ta’ sorveljanza ġenerali f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a) għad-detezzjoni bikrija tal-infezzjoni bl-NDV;
ikun applika wieħed mir-reġimi ta’ ttestjar li ġejjin:
l-istabbilimenti kollha li jżommu pollam tat-tnissil ikunu ġew ittestjati għall-preżenza ta’ antikorpi kontra l-infezzjoni bl-NDV b’riżultati negattivi, fuq kampjuni tad-demm minn tal-anqas 60 għasfur magħżula b’mod aleatorju minn kull stabbiliment u ttestjati seroloġikament b’test tal-inibizzjoni tal-Emagglutinazzjoni (HI); jew
sar stħarriġ fuq kampjun rappreżentattiv ta’ stabbilimenti li tal-anqas ikollu l-kapaċità li jidentifika, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, l-infezzjoni b’rata ta’ prevalenza fil-mira ta’ 1 % fl-istabbilimenti tal-pollam u b’rata ta’ prevalenza fi ħdan l-istabbilimenti ta’ 10 % ta’ għasafar seropożittivi; u
ma jkun ġie kkonfermat l-ebda każ ta’ infezzjoni bl-NDV fil-pollam u fl-għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona jista’ jinżamm biss jekk jibqgħu jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fil-punti (a) sa (e) tat-Taqsima 1.
2. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona jista’ jinżamm fil-każ ta’ konferma ta’ każ ta’ infezzjoni bl-NDV, jekk:
il-miżuri ta’ kontroll tal-mard rilevanti jkunu ġew implimentati minnufih f’kull stabbiliment b’każijiet issuspettati jew ikkonfermati sakemm jiġi solvut l-inċident;
l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li numru limitat biss ta’ stabbilimenti, b’rabta epidemjoloġika mal-ewwel tifqigħa identifikata, kienu infettati; u
matul perjodu ta’ 12-il xahar, il-miżuri ta’ kontroll tal-mard imsemmija fil-punt (a) ma jkunux ġew applikati għal durata itwal minn tliet xhur.
3. L-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-NDV mingħajr tilqim mogħti lil Stat Membru jew lil żona ma jkunx affettwat mill-konferma tal-infezzjoni f’popolazzjoni ta’ għasafar oħra, dment li l-awtorità kompetenti tkun ivvalutat, b’kunsiderazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri neċessarji kollha għall-prevenzjoni tat-trażmissjoni tal-infezzjoni bl-NDV għall-pollam u għall-għasafar miżmuma fil-magħluq tal-ispeċi Galliformes, li l-istat ma ġiex kompromess.
ANNESS VI
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI FIR-RIGWARD TA’ MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI
PARTI I
SORVELJANZA BBAŻATA FUQ IR-RISKJU
KAPITOLU 1
Rekwiżiti minimi għas-sorveljanza bbażata fuq ir-riskju f’ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati
1. Approċċ ġenerali
1.1. Is-sorveljanza tas-saħħa bbażata fuq ir-riskji li tinkludi żjarat tas-saħħa u kampjunar possibbli tiġi applikata f’ċerti stabbilimenti tal-akkwakultura approvati u f’ċerti gruppi approvati ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura b’mod li jkun adattat għan-natura tal-produzzjoni u li jkollu l-objettiv ta’ identifikazzjoni ta’:
mortalità akbar;
mard elenkat;
mard emerġenti.
1.2. Il-frekwenza tat-tali żjarat se tkun tiddependi mir-riskju li jirrappreżenta l-istabbiliment tal-akkwakultura approvat jew il-grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura b’rabta mat-teħid u mat-tixrid tal-marda. Ir-riskju japplika għall-mard elenkat u għall-mard emerġenti potenzjali u, għaldaqstant, se jinkludi stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu l-ispeċijiet elenkati u, f’ċerti każijiet, stabbilimenti tal-akkwakultura u gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura li jżommu speċijiet mhux elenkati. L-awtorità kompetenti trid tiddetermina r-riskju miġjub minn kull stabbilimenti tal-akkwakultura approvat jew grupp approvat ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura u tikklassifikah bħala riskju għoli, medju jew baxx.
Il-Kapitolu 2 jipprovdi d-dettalji tal-fatturi ta’ riskju li jridu jiġu kkunsidrati matul il-proċess ta’ klassifikazzjoni tar-riskju. It-tali klassifikazzjoni tar-riskju tiġi ripetuta u aġġornata jekk kwalunkwe wieħed mill-fatturi ta’ riskju spjegati fil-punti (a) sa (l) jindika li r-riskju rrappreżentat mill-istabbiliment ikun inbidel.
1.3. Il-Kapitolu 3 jistabbilixxi l-frekwenza minima taż-żjarat tas-saħħa li jridu jsiru, fuq il-bażi ta’ jekk l-awtorità kompetenti tkunx iddeżinjat stabbiliment bħala wieħed b’riskju għoli, medju jew baxx.
1.4. Is-sorveljanza tas-saħħa tal-annimali fuq il-bażi tar-riskju fi stabbilimenti tal-akkwakultura u fi gruppi ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura tista’ tkun ikkombinata maż-żjarat tas-saħħa u mal-kampjunar li jitwettqu:
bħala parti mill-programmi obbligatorji jew fakultattivi ta’ eradikazzjoni għal marda elenkata waħda jew aktar; jew
sabiex jintwera u jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard għal marda elenkata waħda jew aktar; jew
bħala parti minn programm ta’ sorveljanza għal marda waħda jew aktar tal-kategorija C.
KAPITOLU 2
Klassifikazzjoni tar-riskju li trid tiġi applikata f’ċerti stabbilimenti approvati tal-akkwakultura
Bħala minimu, il-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt 1.2 tal-Kapitolu 1 trid tqis il-fatturi ta’ riskju msemmija fil-punti (a) u (b). Fejn rilevanti, il-punti (c) sa (l) se jiġu kkunsidrati wkoll:
il-possibbiltà ta’ tixrid dirett tal-patoġeni permezz tal-ilma;
il-movimenti tal-annimali tal-akkwakultura;
it-tip ta’ produzzjoni;
l-ispeċijiet ta’ annimali tal-akkwakultura miżmuma;
is-sistema ta’ bijosigurtà, inklużi l-kompetenza u t-taħriġ tal-persunal;
id-densità tal-istabbilimenti tal-akkwakultura u l-istabbilimenti tal-proċessar fiż-żona madwar l-istabbiliment ikkonċernat;
il-qrubija tal-istabbilimenti bi stat tas-saħħa inferjuri mill-istabbiliment ikkonċernat;
ir-rekord ta’ mard tal-istabbiliment ikkonċernat u ta’ stabbilimenti lokali oħra;
il-preżenza ta’ annimali akkwatiċi selvaġġi infettati fiż-żona madwar l-istabbiliment ikkonċernat;
ir-riskju miġjub minn attivitajiet umani fl-inħawi tal-istabbiliment ikkonċernat, pereżempju sajd bil-qasba, il-preżenza ta’ rotot tat-trasport, portijiet li fihom jiġi skambjat l-ilma tal-ballast;
l-aċċess għall-istabbiliment ikkonċernat minn predaturi li jistgħu jikkawżaw tixrid tal-mard;
ir-rekord tal-istabbiliment fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti.
KAPITOLU 3
Frekwenza taż-żjarat tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju
Il-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa bbażati fuq ir-riskju li jridu jsiru f’ċerti stabbilimenti approvati u gruppi approvati ta’ stabbilimenti tiddependi mill-klassifikazzjoni tar-riskju msemmija fil-Kapitolu 2 u għandha ssir kif ġej:
tal-anqas darba fis-sena fi stabbilimenti b’riskju għoli;
tal-anqas darba kull sentejn fi stabbilimenti b’riskju medju;
tal-anqas darba kull tliet snin fi stabbilimenti b’riskju baxx.
PARTI II
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-MARD GĦALL-ISTAT TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-ANNIMALI AKKWATIĊI
Il-Parti II tkopri r-rekwiżiti speċifiċi għall-mard għall-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-mard elenkat li ġej:
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
Kapitolu 1 |
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
Kapitolu 1 |
Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR |
Kapitolu 2 |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
Kapitolu 3 |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
Kapitolu 4 |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
Kapitolu 5 |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV) |
Kapitolu 6 |
KAPITOLU 1
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-mard u metodi dijanjostiċi għas-settiċemija emorraġika virali (VHS) u għan-nekrożi ematopojetika infettiva (IHN)
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3(2) (b)(ii) u (iii) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar, iridu jsiru matul il-perjodu tas-sena li fih it-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C jew, meta ma jintlaħqux temperaturi ta’ anqas minn 14-il °C, iridu jittieħdu kampjuni fl-anqas temperaturi annwali;
meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fi programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi selvaġġi suxxettibbli;
meta l-istabbilimenti jew il-popolazzjonijiet selvaġġi jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa jew għall-kampjuni aktar minn darba f’sena, f’konformità mat-Taqsimiet 2 sa 4, l-intervalli bejn iż-żjarat tas-saħħa u bejn il-ġbir tal-kampjuni jridu jkunu tal-anqas ta’ erba’ xhur, jew twal kemm jista’ jkun, u jitqiesu r-rekwiżiti tat-temperatura previsti fil-punt (a);
l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żona fl-iżbokk tal-ilma fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma;
il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
jekk tkun preżenti trota qawsalla, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jintgħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ VHS jew ta’ IHN; jekk ma jkunux preżenti troti qawsalla, il-kampjun irid ikun jirrappreżenta l-ispeċijiet suxxettibbli kollha l-oħra li jkunu preżenti;
jekk ikun preżenti ħut dgħajjef, b’imġiba anormali jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stadju ta’ dekompożizzjoni, tali ħut għandu jintgħażel; jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;
il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-unitajiet kollha tal-produzzjoni fl-istabbiliment, bħal gaġeġ bix-xibka, tankijiet u vaski, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.
L-stat ta’ ħelsien mill-VHS jew mill-IHN jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-VHS jew tal-IHN jekk:
l-istabbilimenti kollha u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1, ikunu ġew soġġetti għal waħda mill-iskemi li ġejjin:
mudell A — skema fuq sentejn (2)
L-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar iridu jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 1.A.
Matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi ta’ kampjunar u dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
mudell B — skema fuq 4 snin b’daqs imnaqqas tal-kampjun
L-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar iridu jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ erba’ snin (4) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 1.B. Matul dak il-perjodu ta’ erba’ snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi ta’ kampjunar u dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
jekk tkun ġiet individwata VHS jew IHN matul is-sorveljanza msemmija fil-punt (a); qabel ma tinbeda skema ġdida fuq sentejn (2) jew fuq erba’ snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;
jiġu ripopolati b’ħut minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-VHS jew stat ta’ ħelsien mill-IHN jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-VHS jew l-IHN.
Tabella 1.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) imsemmi fil-punt (a)(i) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN
Tip ta’ stabbiliment |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ kampjuni fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ ħut fil-kampjun (1) |
|
Numru ta’ ħut li qed jikber |
Numru ta’ ħut riproduttur (2) |
|||
(a) Stabbilimenti b’ħut riproduttur |
2 |
2 |
50 (l-ewwel żjara) 75 (it-tieni żjara) |
30 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
(b) Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss |
2 |
1 |
0 |
75 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
(c) Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur |
2 |
2 |
75 (l-ewwel U t-tieni żjara) |
0 |
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10 |
||||
(1)
Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(2)
Il-fluwidu ovariku jew seminali tal-ħut riproduttur għandu jinġabar fil-waqt tal-maturazzjoni, b’rabta mal-ispremitura. |
Tabella 1.B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti permezz ta’ daqs imnaqqas tal-kampjun għall-perjodu ta’ kontroll ta’ erba’ snin imsemmi fil-punt (a) (ii) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS u tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN
Tip ta’ stabbiliment |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ kampjuni fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ ħut fil-kampjun (1) |
|
Numru ta’ ħut li qed jikber |
Numru ta’ ħut riproduttur (2) |
|||
L-ewwel sentejn (2) |
||||
(a) Stabbilimenti b’ħut riproduttur |
2 |
1 |
30 (it-tieni żjara) |
0 |
(b) Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss |
2 |
1 |
0 |
30 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
(c) Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur |
2 |
1 |
30 (l-ewwel jew it-tieni żjara) |
0 |
L-aħħar sentejn (2) |
||||
(a) Stabbilimenti b’ħut riproduttur |
2 |
2 |
30 (l-ewwel żjara) |
30 (it-tieni żjara) |
(b) Stabbilimenti b’ħut riproduttur biss |
2 |
2 |
|
30 (l-ewwel U t-tieni żjara) |
(c) Stabbilimenti mingħajr ħut riproduttur |
2 |
2 |
30 (l-ewwel U t-tieni żjara) |
|
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10 |
||||
(1)
Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(2)
Il-fluwidu ovariku jew seminali tal-ħut riproduttur għandu jinġabar fil-waqt tal-maturazzjoni, b’rabta mal-ispremitura. |
1. L-stat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-VHS jew bl-IHN jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment(i) iddikjarat(i) infettat(i) bil-VHS jew bl-IHN, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;
l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bil-VHS jew bl-IHN, iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas ikollha l-elementi li ġejjin:
il-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 10 ħutiet, meta jkunu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu konsistenti ma’ infezzjoni bil-VHS jew bl-IHN, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jkunux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem;
f’dawk l-istabbilimenti fejn it-testijiet imsemmija f’(i) ikunu pproduċew riżultati negattivi; iż-żjarat tas-saħħa jridu jkomplu darba fix-xahar matul il-perjodu meta t-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C, ħlief meta l-vaski, it-tankijiet, is-sistemi bi fluss kontinwu jew il-gaġeġ tax-xibka tal-ħut ikunu koperti bis-silġ, sakemm iż-żona ta’ protezzjoni tiġi rtirata skont il-punt (c);
l-istabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63 u jitħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64.
Id-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 64(2) trid tkun tal-anqas ta’ sitt ġimgħat. Meta l-istabbilimenti kollha infettati fi ħdan l-istess żona ta’ protezzjoni jew, meta żona ta’ protezzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, iż-żona ristretta, jitbattlu, tal-anqas iridu jsiru tliet ġimgħat ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat.
Meta jsir il-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti infettati, iż-żona ristretta jew iż-żona ta’ protezzjoni, meta tkun ġiet stabbilita, trid titbiddel f’żona ta’ sorveljanza sakemm titlesta l-iskema stipulata fit-Taqsima 2;
ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);
l-istabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u meta tkun meħtieġa s-sorveljanza fil-popolazzjonijiet selvaġġi, il-punti ta’ kampjunar kollha magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1 iridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;
stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar mhux meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’ħut miksub minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-VHS jew bi stat ta’ ħelsien mill-IHN.
2. Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-VHS jew tal-IHN għall-ħut miżmum u selvaġġ, bħal:
in-numru, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-ħut fl-istabbiliment infettat bil-VHS jew bl-IHN, jew fi stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn;
id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti tal-viċinat;
il-qrubija għall-biċċeriji;
l-istabbilimenti ta’ kuntatt;
l-ispeċijiet preżenti fl-istabbilimenti;
il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti infettati u fl-istabbilimenti ġirien;
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u
fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;
id-demarkazzjoni ġeografika f’żoni kostali trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:
iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-VHS jew bl-IHN, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u
iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;
jew
fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza;
id-demarkazzjoni ġeografika fiż-żoni tal-art għandhom jinkludu l-erja sħiħa tal-magħqad tal-ilma li fiha jkun jinsab l-istabbiliment infettat bil-VHS jew bl-IHN. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-firxa taż-żona ristretta għal partijiet tal-erja tal-magħqad tal-ilma, dment li din il-limitazzjoni ma tikkompromettix il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tal-VHS jew tal-IHN.
1. Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew ta’ ħelsien mill-IHN ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-ħut irid jittiħdulu kampjuni skont it-Tabella 1.C, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-VHS jew tal-IHN.
2. Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew l-istat ta’ ħelsien mill-IHN tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward il-VHS jew l-IHN ikun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju tat-teħid tal-VHS jew tal-IHN irid jitqies bħala għoli.
3. L-stat ta’ ħelsien mill-mard irid jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN u dment li jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ VHS jew ta’ IHN f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 1.C
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-VHS jew stat ta’ ħelsien mill-IHN
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
|
Għoli |
1 kull sena |
30 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
30 |
Baxx |
1 kull 3 snin |
30 |
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 10 |
||
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(2)
Kampjun wieħed irid jittieħed f’kull żjara tas-saħħa.
(3)
Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ. |
1. L-organi jew il-materjal tat-tessut li jridu jiddaħħlu fil-kampjun u jiġu eżaminati jridu jkunu l-milsa, il-kilwa anterjuri, u l-qalb jew inkella l-enċefalu. Meta jittieħdu kampjuni ta’ ħut riproduttur, jista’ jiġi eżaminat ukoll il-fluwidu ovariku jew seminali.
Fil-każ ta’ qixx, jista’ jiddaħħal ħut sħiħ fil-kampjun.
Jistgħu jiġu raggruppati kampjuni minn massimu ta’ 10 ħutiet.
2. Il-metodu dijanjostiku għall-għoti jew għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-VHS jew tal-istat ta’ ħelsien mill-IHN skont it-Taqsimiet 2 sa 4 irid ikun:
l-iżolament tal-virus f’koltura taċ-ċelloli b’identifikazzjoni sussegwenti tal-virus bl-użu ELISA, tat-test indirett ta’ antikorpi fluworexxenti (IFAT), tat-test tan-newtralizzazzjoni tal-virus jew tad-detezzjoni tal-ġenoma tal-virus; jew
Detezzjoni bit-traskriptażi inversa u reazzjoni katina bil-polimerażi f’ħin reali (RT-qPCR).
Il-proċeduri ddettaljati sabiex jitwettqu dawn il-metodi dijanjostiċi jridu jkunu dawk approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.
3. Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ VHS jew ta’ IHN f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċeduri taż-żjarat tas-saħħa, tal-kampjunar u tal-ittestjar li jsegwu jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
l-istabbiliment issuspettat irid ikun soġġett għal tal-anqas żjara tas-saħħa waħda u għal kampjunar wieħed ta’ 10 ħutiet, meta jiġu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem konsistenti ma’ infezzjoni bil-VHS jew bl-IHN, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jiġux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem. Il-kampjuni għandhom jiġu ttestjati bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punti 2(a) u 2(b) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut;
il-preżenza tal-VHS trid titqies ikkonfermata, jekk wieħed jew aktar minn dawk il-metodi dijanjostiċi jkunu pożittivi għall-VHSV. Il-preżenza tal-IHN trid titqies ikkonfermata, jekk wieħed jew aktar minn dawk il-metodi dijanjostiċi jkunu pożittivi għall-IHNV. Il-konferma tal-ewwel każ ta’ VHS jew ta’ IHN fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti li qabel ma kinux infettati trid tkun ibbażata fuq iżolament konvenzjonali tal-virus f’koltura taċ-ċelloli b’identifikazzjoni immunokimika jew molekolari sussegwenti jew b’detezzjoni tal-ġenoma li tinkludi konferma bis-sekwenzjar tal-prodott ta’ amplifikazzjoni (RT-PCR);
Suspett ta’ VHS jew ta’ IHN jista’ jiġi eskluż jekk it-testijiet tal-koltivazzjoni taċ-ċelloli jew tal-RT-qPCR ma jiżvelaw ebda evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-VHSV jew tal-IHNV.
KAPITOLU 2
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-mard u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR (ISAV bi tħassir fl-HPR)
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3(2) (b)(ii) u (iii) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
meta ż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-istabbilimenti jkunu jridu jitwettqu aktar minn darba fis-sena skont it-Taqsimiet 2 sa 4, l-intervalli bejn iż-żjarat tas-saħħa jew il-ġbir tal-kampjuni għandhom ikunu l-itwal possibbli;
meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru baxx ta’ stabbilimenti tal-akkwakultura fil-programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment;
il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċi selvaġġi suxxettibbli;
l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari lit-truf tal-gaġeġ jew liż-żona fl-iżbokk tal-ilma, skont kif ikun rilevanti, fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma;
il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
jekk ikun preżenti s-salamun tal-Atlantiku, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jintgħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR. Jekk ma jkunux hemm salamun tal-Atlantiku fl-istabbiliment, il-kampjun irid ikun jirrappreżenta l-ispeċijiet suxxettibbli kollha l-oħra li jkunu preżenti;
jekk ikun hemm ħut moribond jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dan il-ħut irid jintgħażel, b’mod partikolari ħut li juri anemija, emorraġija jew sinjali kliniċi oħra li jissuġġerixxu disturbi ċirkolatorji; jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;
il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-unitajiet kollha tal-produzzjoni fl-istabbiliment, bħal gaġeġ bix-xibka, tankijiet u vaski, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.
L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jekk l-istabbilimenti kollha u, fejn meħtieġa, il-punti ta’ kampjunar magħżula fil-popolazzjonijiet selvaġġi magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1, ikunu ġew soġġetti għall-iskema li ġejja:
l-istabbilimenti jew il-punti tal-kampjunar ikunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 2.A;
matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
Jekk tiġi individwata infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR matul is-sorveljanza msemmija fil-punt (a); qabel il-bidu mill-ġdid tal-iskema, l-istabbilimenti rilevanti fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment iridu:
ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;
jiġu ripopolati b’ħut minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.
Tabella 2.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR
Sena ta’ sorveljanza |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena (1) |
Numru ta’ ħut fil-kampjun |
Sena 1 |
6 |
2 |
75 |
Sena 2 |
6 |
2 |
75 |
(1)
Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa ta’ kull sena. Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5. |
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ġew applikati l-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sal-Artikolu 65 u trid tkun ġiet stabbilita żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza, fl-inħawi tal-istabbiliment(i) infettat(i) bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;
l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas ikollha l-elementi li ġejjin:
il-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ minimu ta’ 10 ħutiet moribondi, meta jkunu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu konsistenti ma’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jkunux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem;
f’dawk l-istabbilimenti fejn it-testijiet imsemmija f’(i) jkunu pproduċew riżultati negattivi, iż-żjarat tas-saħħa jridu jkomplu darba fix-xahar sakemm iż-żona ta’ protezzjoni tiġi rtirata skont il-punt (c);
l-istabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63 u jitħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64.
Id-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 64(2) għandha tkun tal-anqas ta’ tliet xhur. Meta l-istabbilimenti kollha infettati fi ħdan l-istess żona ta’ protezzjoni jew, meta żona ta’ protezzjoni ma tkunx ġiet stabbilita, iż-żona ristretta, jitbattlu, tal-anqas iridu jsiru sitt ġimgħat ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat.
Meta jsir il-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti infettati, iż-żona ristretta jew iż-żona ta’ protezzjoni, meta tkun ġiet stabbilita, trid titbiddel f’żona ta’ sorveljanza sakemm titlesta l-iskema stipulata fit-Taqsima 2;
ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);
l-istabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u meta tkun meħtieġa s-sorveljanza fil-popolazzjonijiet selvaġġi, il-punti ta’ kampjunar magħżula skont il-punt (b) tat-Taqsima 1 iridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stipulata fit-Taqsima 2;
stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’ħut miksub minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.
2. Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR għall-ħut miżmum u selvaġġ, bħal:
in-numru, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet fl-istabbiliment infettat bil-ISAV bi tħassir fl-HPR jew fi stabbilimenti tal-akkwakultura oħrajn;
id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti tal-viċinat;
il-qrubija għall-biċċeriji;
l-istabbilimenti ta’ kuntatt;
l-ispeċijiet preżenti fl-istabbilimenti;
il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti infettati u fl-istabbilimenti ġirien għall-istabbiliment infettat;
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u
fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;
id-demarkazzjoni ġeografika f’żoni kostali trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:
iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u
iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;
jew
fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza;
id-demarkazzjoni ġeografika fiż-żona fuq l-art għandhom jinkludu l-erja sħiħa tal-magħqad tal-ilma li fiha jkun jinsab l-istabbiliment infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR. L-awtorità kompetenti tista’ tillimita l-firxa taż-żona ristretta għal partijiet tal-erja tal-magħqad tal-ilma, dment li din il-limitazzjoni ma tikkompromettix il-miżuri ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.
1. Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-ħut irid jittiħdulu kampjuni skont it-Tabella 2.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.
2. Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjoni tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR irid jitqies bħala għoli.
3. L-stat ta’ ħelsien mill-mard irid jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u dment li jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 2.B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR (1)
Livell ta’ riskju (2) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa kull sena |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena (3), (4) |
Numru ta’ ħut fil-kampjun |
Għoli |
2 |
2 |
30 |
Medju |
1 |
1 |
30 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
30 |
(1)
Ma għandhomx japplikaw għal stabbilimenti li jrabbu biss it-trota qawsalla (Oncorhynchus mykiss) jew it-trota kannella (Salmo trutta) jew kemm it-trota qawsalla kif ukoll it-trota kannella, u fejn il-provvista tal-ilma tkun esklużivament ibbażata fuq sorsi ta’ ilma ħelu li mhumiex ippopolati bis-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar).
(2)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli.
(3)
Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa meta jkunu meħtieġa żewġ kampjuni kull sena
(4)
Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa jew il-ħarifa meta jkun meħtieġ kampjun wieħed kull sena. Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5 |
Dijanjostiċi u metodi ta’ kampjunar
1. L-organi jew il-materjal tat-tessuti li jridu jiġu inklużi fil-kampjun u eżaminati jridu jkunu:
Istoloġija: il-kilwa anterjuri, il-fwied, il-qalb, il-frixa, l-intestini, il-milsa u l-garġi;
Immunoistokimika: in-nofs tal-kilwa u l-qalb, inklużi l-valvi u l-bulbus arteriosus;
Analiżi konvenzjonali RT-PCR u RT-qPCR: in-nofs tal-kilwa u l-qalb;
Koltura tal-virus: in-nofs tal-kilwa, il-qalb u l-milsa:
Jistgħu jiġu raggruppati biċċiet ta’ organi minn massimu ta’ ħames ħutiet.
2. Il-metodu dijanjostiku li għandu jintuża għall-għoti jew għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR b’konformità mat-Taqsimiet 2, 3 u 4 irid ikun RT-qPCR, segwit minn RT-PCR konvenzjonali u minn sekwenzjar tal-ġene HE tal-kampjuni pożittivi b’konformità mal-metodi u l-proċeduri ddettaljati li jridu jkunu dawk approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv ta’ sekwenzjar għal ISAV bi tħassir fl-HPR, għandhom jiġu ttestjati kampjuni ulterjuri qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikoli 55 sa 65.
Dawk il-kampjuni jridu jiġu ttestjati kif ġej f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut:
Skrinjar tal-kampjuni permezz tal-RT-qPCR, segwit minn RT-PCR konvenzjonali u minn sekwenzjar tal-ġene HE ta’ kampjuni pożittivi sabiex jiġi vverifikat it-tħassir fl-HPR; jew
detezzjoni tal-antiġene tal-ISAV fi preparati tat-tessuti permezz ta’ antikorpi speċifiċi kontra l-ISAV; jew
Iżolament f’koltura taċ-ċelloli u identifikazzjoni sussegwenti tal-ISAV bi tħassir fl-HPR.
3. Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar li jsegwu jridu jkunu konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
L-istabbiliment issuspettat irid ikun soġġett għal tal-anqas żjara tas-saħħa waħda u għal kampjunar wieħed ta’ 10 ħutiet moribondi, meta jiġu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem konsistenti ma’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, jew minimu ta’ 30 ħuta, meta ma jiġux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem. Il-kampjuni għandhom jiġu ttestjati bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut;
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR, għandhom jiġu ttestjati kampjuni ulterjuri qabel l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikolu 58. Każ issuspettat ta’ infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR għandu jiġi kkonfermat b’konformità mal-kriterji li ġejjin bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-metodi u mill-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut:
Detezzjoni tal-ISAV permezz tal-RT-qPCR, segwit minn RT-PCR konvenzjonali u minn sekwenzjar tal-ġene HE sabiex jiġi vverifikat it-tħassir fl-HPR; jew
Detezzjoni tal-ISAV fi preparati tat-tessuti permezz ta’ antikorpi speċifiċi kontra l-ISAV; jew
Iżolament u identifikazzjoni tal-ISAV f’koltura taċ-ċelloli minn tal-anqas kampjun wieħed minn kwalunkwe ħuta mill-istabbiliment;
Fejn tiġi osservata l-preżenza ta’ sejbiet patoloġiċi jew istopatoloġiċi kliniċi kbar li jkunu konsistenti mal-infezzjoni, is-sejbiet għandhom jiġu kkorroborati bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3(b) b’konformità mal-metodi u mal-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-mard tal-ħut.
Is-suspett ta’ ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jiġi eskluż jekk it-testijiet u ż-żjarat tas-saħħa mwettqa fuq perjodu ta’ 12-il xahar mid-data tas-suspett ma jiżvelaw ebda evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-virus.
KAPITOLU 3
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3(2) (b)(ii) u (iii) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar irid jsir eżatt wara li t-temperatura tal-ilma tkun qabżet is-17-il °C;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu japplikaw il-kriterji tal-għażla li ġejjin:
jekk ikunu preżenti Ostrea spp., il-gajdri ta’ dik l-ispeċi biss għandhom jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;
jekk fl-unitajiet tal-produzzjoni jkun hemm molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif imutu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;
meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti tal-molluski li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawn il-punti tat-teħid ta’ kampjuni, huma l-punti preċedenti tat-teħid ta’ kampjuni fejn instabet il-Marteilia refringens, id-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq tliet snin li ġejja:
l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ tliet snin konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 3.A;
matul dak il-perjodu ta’ tliet snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-Marteilia refringens u kwalunkwe suspett ta’ Marteilia refringens irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
meta jkunu jridu jiġu inklużi molluski tal-ispeċi Ostrea edulis fil-kampjun, miġjuba minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-mard, dawn iridu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-anqas mir-rebbiegħa li tiġi eżatt qabel il-perjodu li fih titwettaq l-iskema.
2. Jekk tiġi identifikata l-Marteilia refringens matul l-iskema fuq tliet snin stipulata fil-punt 1, qabel ma tinbeda skema ġdida fuq tliet snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;
jiġu ripopolati b’molluski minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.
Tabella 3.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ tliet snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens
Sena ta’ sorveljanza |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Sena 1 |
1 |
1 |
150 |
Sena 2 |
1 |
1 |
150 |
Sena 3 |
1 |
1 |
150 |
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Marteilia refringens, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
ikunu ġew applikati b’mod effettiv il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 u trid tkun ġiet stabbilita żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza, fl-inħawi tal-istabbiliment(i) jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat(i) bil-Marteilia refringens, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona protetta jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bil-Marteilia refringens iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas tinvolvi l-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 150 mollusk wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni tal-Marteilia refringens. Meta l-perjodu tat-trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid jibda fil-perjodu wara li t-temperatura tal-ilma taqbeż is-17-il °C;
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, u jekk possibbli jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63.
Il-mistrieħ sanitarju jrid jitwettaq skont l-Artikolu 64 u d-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’:
xahrejn (2) fil-każ ta’ stabbilimenti u ta’ gruppi ta’ stabbilimenti li jistgħu jitbattlu għalkollox u jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew bħal postijiet tat-tifqis u tat-tkabbir taż-żgħar;
xahrejn (2) fil-każ tal-istabbilimenti u tal-gruppi ta’ stabbilimenti li ma jkunux jistgħu jitbattlu u jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew dment li l-molluski infettati tal-ispeċijiet elenkati u dawk il-molluski tal-ispeċijiet elenkati b’rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment jew mal-grupp ta’ stabbilimenti infettati jkunu nqabdu jew tneħħew qabel il-perjodu tas-sena meta l-prevalenza ta’ Marteilia refringens tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu jew, meta dak il-perjodu ma jkunx magħruf, qabel il-perjodu li fih it-temperatura tal-ilma taqbeż is-17-il °C;
14-il xahar fil-każ tal-istabbilimenti u tal-gruppi ta’ stabbilimenti li ma jkunux jistgħu jitbattlu u jitnaddfu u jiġu diżinfettati sew jekk il-molluski infettati tal-ispeċijiet elenkati u dawk il-molluski tal-ispeċijiet elenkati b’rabtiet epidemjoloġiċi mal-istabbiliment jew mal-grupp ta’ stabbilimenti tal-molluski infettati ma jkunux inqabdu jew tneħħew qabel il-perjodu tas-sena meta l-prevalenza ta’ Marteilia refringens tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu jew, meta dik id-data ma tkunx magħrufa, meta l-molluski tal-ispeċijiet suxxettibbli ma jkunux inqabdu jew tneħħew qabel il-perjodu li fih it-temperatura tal-ilma taqbeż is-17-il °C.
Meta jitbattlu l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha, irid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat;
ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni jridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;
stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’molluski miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens.
2. Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens inklużi stabbilimenti oħra u molluski selvaġġi, bħal:
in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski fuq l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettati bil-Marteilia refringens;
id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien u l-molluski selvaġġi;
il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;
l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;
il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u
fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;
id-demarkazzjoni ġeografika trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:
iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-Martellia refringens, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u
iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;
jew
fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza.
1. Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 3.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens.
2. Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Marteilia refringens irid jitqies bħala għoli.
3. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni ttestjati kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Marteilia refringens u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-taqsima 5.
Tabella 3.B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-mard għall-Marteilia refringens
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull 3 snin |
1 kull 3 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli. |
1. L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3.
2. Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR.
3. Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens f’konformità mal-Artikolu 55, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas teħid ta’ kampjun wieħed ta’ 30 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli jekk is-suspett ikun ibbażat fuq rapport ta’ mortalità jew, jekk le, 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni ta’ Marteilia refringens. Meta l-perjodu tat-trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid jibda fil-perjodu wara li t-temperatura tal-ilma taqbeż 17-il °C;
il-kampjuni jridu jiġu ttestjati bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt (i) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski:
il-preżenza tal-Marteilia refringens trid titqies bħala kkonfermata meta jinkiseb riżultat pożittiv permezz tal-istopatoloġija, tal-marki tat-tessuti jew tal-ibridizzazzjoni in situ flimkien ma’ riżultat pożittiv permezz tal-PCR li jkun komplut bis-sekwenzjar. Jekk ma jkunx hemm materjal bijoloġiku disponibbli għall-istopatoloġija, għall-marki tat-tessuti jew għall-ibridazzjoni in situ, il-preżenza ta’ Marteilia refringens trid titqies bħala kkonfermata meta jinkisbu riżultati pożittivi bl-użu ta’ żewġ assaġġi tal-PCR immirati lejn frammenti differenti tal-ġenoma tal-parassita u kkompletati permezz tas-sekwenzjar;
is-suspett ta’ infezzjoni bil-Marteilia refringens jista’ jiġi eskluż jekk it-testijiet imsemmija f’(i) ma jiżvelawx evidenza ulterjuri tal-preżenza ta’ Marteilia refringens.
KAPITOLU 4
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3(2) (b)(ii) u (iii) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
jekk ikunu preżenti Ostrea spp., gajdri ta’ dik l-ispeċi biss għandhom jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;
jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;
meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti jew minn gruppi ta’ stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma l-punti preċedenti fejn instabet il-Bonamia exitiosa, id-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi (eż.Crassostrea gigas), il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti għandhom ikunu inklużi fil-kampjunar.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq 3 snin li ġejja:
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ 3 snin konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 4.A;
matul dak il-perjodu ta’ 3 snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa u kwalunkwe suspett ta’ Bonamia exitiosa jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
meta jkunu jridu jiġu inklużi molluski tal-ispeċi Ostrea edulis fil-kampjun, miġjuba minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-mard, dawn iridu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-anqas sena qabel ma titwettaq l-iskema.
2. Jekk tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia exitiosa matul l-iskema fuq 3 snin imsemmija fil-punt 1; qabel ma tinbeda skema ġdida fuq 3 snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;
jiġu ripopolati b’molluski minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.
Tabella 4.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ 3 snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
Sena ta’ sorveljanza |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Sena 1 |
2 |
2 |
150 |
Sena 2 |
2 |
2 |
150 |
Sena 3 |
2 |
2 |
150 |
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Bonamia exitiosa, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti ddikjarat infettat bil-Bonamia exitiosa, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona protetta, jew fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, fiż-żona ristretta, mhux infettati bil-Bonamia exitiosa trid tkun soġġetta għal investigazzjoni li tal-anqas tinvolvi l-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni tal-Bonamia exitiosa. Meta l-perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid isir fuq gajdri li jkunu qattgħu tal-anqas sena fiż-żona ta’ protezzjoni;
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, u jekk possibbli jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63.
Il-mistrieħ sanitarju jrid jitwettaq skont l-Artikolu 64 u d-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’ sitt xhur.
Meta jitbattlu l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha, irid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat;
ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni jridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;
stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’molluski miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa.
2. Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa inklużi stabbilimenti oħra u molluski selvaġġi, bħal:
in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski fl-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat bil-Bonamia exitiosa;
id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien u l-molluski selvaġġi;
il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;
l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;
il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u
fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;
id-demarkazzjoni ġeografika trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:
iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-Bonamia exitiosa, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u
iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;
jew
fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza.
1. Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 4.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa.
2. Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jrid jitqies bħala għoli.
3. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 4.B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull 3 snin |
1 kull 3 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli. |
1. L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3.
2. Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR.
3. Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas teħid ta’ kampjun wieħed ta’ 30 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli jekk is-suspett ikun ibbażat fuq rapport ta’ mortalità jew, jekk le, 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni ta’ Bonamia exitiosa. Meta tali perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa;
il-kampjuni jridu jiġu ttestjati bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt (i) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski:
il-preżenza tal-Bonamia exitiosa trid titqies li hija kkonfermata meta jkun hemm riżultat pożittiv permezz tal-istopatoloġija, tal-marki tat-tessuti jew tal-ibridizzazzjoni in situ flimkien ma’ riżultat pożittiv permezz tal-PCR segwit mis-sekwenzjar. Jekk ma jkunx hemm materjal bijoloġiku disponibbli għall-istopatoloġija, għall-marki tat-tessuti jew għall-ibridazzjoni in situ, il-preżenza ta’ Bonamia exitiosa trid titqies bħala kkonfermata meta jinkisbu riżultati pożittivi bl-użu ta’ żewġ assaġġi tal-PCR immirati lejn frammenti differenti tal-ġenoma tal-parassita u kkompletati permezz tas-sekwenzjar;
is-suspett tal-preżenza ta’ infezzjoni bil-Bonamia exitiosa jrid jiġi eskluż jekk dawk it-testijiet ma jiżvelawx evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-Bonamia exitiosa.
KAPITOLU 5
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3(2)(b)(ii) u (iii) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u, fejn xieraq, il-kampjunar iridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar irid isir fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
jekk ikunu preżenti Ostrea edulis, huma biss il-gajdri ta’ dak l-ispeċi li jridu jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea edulis, il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;
jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;
meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti jew minn gruppi ta’ stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma l-punti preċedenti fejn instabet il-Bonamia ostreae, id-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti għandhom ikunu inklużi fil-kampjunar.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq 3 snin li ġejja:
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti li jżommu l-ispeċijiet elenkati jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ 3 snin konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 5.A;
matul dak il-perjodu ta’ 3 snin, l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 irid ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae u kwalunkwe suspett ta’ Bonamia ostreae jrid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
meta jkunu jridu jiġu inklużi molluski tal-ispeċi Ostrea edulis fil-kampjun, miġjuba minn Stat Membru, minn żona jew minn kompartiment bi stat ta’ ħelsien mill-mard, dawn iridu jkunu ġew introdotti fl-istabbiliment jew fil-grupp ta’ stabbilimenti tal-anqas sena qabel ma titwettaq l-iskema.
2. Jekk tiġi identifikata infezzjoni bil-Bonamia ostreae matul l-iskema fuq 3 snin imsemmija fil-punt 1; qabel ma tinbeda skema ġdida fuq 3 snin, l-istabbilimenti rilevanti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;
jiġu ripopolati b’molluski minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bil-Bonamia ostreae, fejn l-awtorità kompetenti tiġġudika li l-eradikazzjoni ta’ din il-marda tkun fattibbli, jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti ddikjarat infettat bil-Bonamia ostreae, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona protetta jew, fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, fiż-żona ristretta, mhux infettati bil-Bonamia ostreae trid tkun soġġetta għal investigazzjoni li tal-anqas tinvolvi l-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni tal-Bonamia ostreae. Meta l-perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar irid jibda fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, u jekk possibbli jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63.
Il-mistrieħ sanitarju jrid jitwettaq skont l-Artikolu 64 u d-durata tal-perjodu tal-mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’ sitt xhur.
Meta jitbattlu l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha, irid ikun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkronizzat ta’ tal-anqas erba’ ġimgħat;
ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);
l-istabbilimenti u l-gruppi ta’ stabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni jridu mbagħad ikunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;
stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema ta’ sorveljanza stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat b’molluski miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae.
2. Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ u:
trid tqis il-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae inklużi stabbilimenti oħra u molluski selvaġġi, bħal:
in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-molluski fuq l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat bil-Bonamia ostreae;
id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien u l-molluski selvaġġi;
il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;
l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;
il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u
fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati;
id-demarkazzjoni ġeografika trid tikkonforma mar-rekwiżiti minimi li ġejjin:
iż-żona ta’ protezzjoni trid tkun tikkonsisti f’erja inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ tal-anqas eskursjoni waħda tal-marea jew tal-anqas 5 km, skont liema tkun l-akbar, iċċentrata fuq l-istabbiliment infettat bil-Bonamia ostreae, jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa; u
iż-żona ta’ sorveljanza trid tkun tikkonsisti f’erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni, b’żoni ta’ eskursjoni tal-marea mrikkba fuq xulxin; jew erja madwar iż-żona ta’ protezzjoni u inkluża f’ċirku b’raġġ ta’ 10 km miċ-ċentru taż-żona ta’ protezzjoni; jew erja ekwivalenti ddeterminata skont data idrodinamika jew epidemjoloġika xierqa;
jew
fejn ma jkunux stabbiliti żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza separati, iż-żona ristretta trid tkun tikkonsisti f’erja li tinkludi kemm iż-żona ta’ protezzjoni kif ukoll iż-żona ta’ sorveljanza.
Tabella 5.A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ 3 snin li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
Sena ta’ sorveljanza |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Sena 1 |
1 |
1 |
150 |
Sena 2 |
1 |
1 |
150 |
Sena 3 |
1 |
1 |
150 |
1. Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-molluski jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 5.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae.
2. Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jrid jitqies bħala għoli.
3. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 5.B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull 3 snin |
1 kull 3 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli. |
1. L-annimal sħiħ irid jiġi sottomess lil-laboratorju għat-twettiq tat-testijiet dijanjostiċi previsti fil-punti 2 u 3.
2. Il-metodi dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae skont it-Taqsimiet 2 sa 4 iridu jsegwu l-metodi dijanjostiċi u l-proċeduri ddettaljati approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski u jridu jkunu istopatoloġija, marki tat-tessuti jew PCR.
3. Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas teħid ta’ kampjun wieħed ta’ 30 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli jekk is-suspett ikun ibbażat fuq rapport ta’ mortalità jew, jekk le, 150 mollusk tal-ispeċijiet suxxettibbli wara l-bidu tal-perjodu ta’ trażmissjoni ta’ Bonamia ostrea. Meta l-perjodu ta’ trażmissjoni ma jkunx magħruf, il-kampjunar għandu jibda fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;
il-kampjuni jridu jiġu ttestjati bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt (i) f’konformità mal-metodi u mal-proċeduri dijanjostiċi ddettaljati li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Molluski:
il-preżenza tal-Bonamia ostreae trid titqies li hija kkonfermata meta jkun hemm riżultat pożittiv permezz tal-istopatoloġija, tal-marki tat-tessuti jew tal-ibridizzazzjoni in situ flimkien ma’ riżultat pożittiv permezz tal-PCR segwit mis-sekwenzjar. Jekk ma jkunx hemm materjal bijoloġiku disponibbli għall-istopatoloġija, għall-marki tat-tessuti jew għall-ibridazzjoni in situ, il-preżenza ta’ Bonamia ostreae trid titqies bħala kkonfermata meta jinkisbu riżultati pożittivi bl-użu ta’ żewġ assaġġi tal-PCR immirati lejn frammenti differenti tal-ġenoma tal-parassita u kkompletati permezz tas-sekwenzjar;
is-suspett tal-preżenza ta’ infezzjoni bil-Bonamia ostreae jrid jiġi eskluż jekk dawk it-testijiet ma jiżvelawx evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-Bonamia ostreae.
KAPITOLU 6
Eradikazzjoni, stat ta’ ħelsien mill-marda u metodi dijanjostiċi għall-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV)
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għas-sorveljanza msemmija fl-Artikolu 3(2)(b)(ii) u (iii) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-kampjunar ta’ krustaċji għal eżaminazzjoni fil-laboratorju jrid jitwettaq kull meta jkun probabbli li t-temperatura tal-ilma tilħaq l-ogħla punt annwali tagħha. Dak ir-rekwiżit li jikkonċerna t-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għaż-żjarat tas-saħħa, fejn dawn ikunu fattibbli;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ krustaċji mrobbija f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsimiet 2 sa 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
jekk ikunu preżenti krustaċji dgħajfa jew moribondi fl-unitajiet tal-produzzjoni, tali krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali krustaċji ma jkunux preżenti, dawk magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ koorti ta’ daqsijiet differenti, jiġifieri dawk frieħ u adulti tal-ispeċijiet suxxettibbli magħżula, li jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
jekk jintuża iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-krustaċji, għall-kampjunar iridu jiġu inklużi krustaċji tal-ispeċijiet suxxettibbli li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma;
meta s-sorveljanza mmirata fil-popolazzjonijiet selvaġġi tkun meħtieġa minħabba n-numru żgħir ta’ stabbilimenti koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni, in-numru u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti ta’ kampjunar iridu jiġu ddeterminati sabiex tinkiseb kopertura raġonevoli tal-Istat Membru, taż-żona jew tal-kompartiment. Il-punti tal-kampjunar iridu jkunu rappreżentattivi wkoll tal-ekosistemi differenti fejn jinsabu l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet selvaġġi suxxettibbli jiġifieri sistemi marini, tal-estwarji, tax-xmajjar u tal-lagi. F’ċirkustanzi bħal dawn, il-krustaċji li jrid jittieħed kampjun tagħhom iridu jintgħażlu kif ġej:
f’żoni ta’ sistemi marini u tal-estwarji, trid tingħażel speċi waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin: Carcinus maenas, Cancer pagurus, Eriocheir sinensis, Liocarcinus depurator, Liocarcinus puber, Crangon crangon, Homarus gammarus, Palaemon adspersus jew l-ispeċi tal-gamblu penaeid, jiġifieri Penaeus japonicus, Penaeus kerathurus, Penaeus semisulcatus. Jekk dawk l-ispeċijiet ma jkunux preżenti, il-kampjun irid jkun rappreżentattiv ta’ speċijiet decapod suxxettibbli oħra li jkunu preżenti;
f’sistemi tax-xmajjar u tal-lagi, trid tingħażel speċi waħda jew aktar minn fost dawn li ġejjin: Pacifastacus leniusculus, Astacus leptodactylus, Austropotamobius pallipes jew Orconectes limosus. Jekk dawk l-ispeċijiet ma jkunux preżenti, il-kampjun irid jkun rappreżentattiv ta’ speċijiet decapod suxxettibbli oħra li jkunu preżenti;
jekk ikunu preżenti krustaċji dgħajfa jew moribondi, dawn il-krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali krustaċji ma jkunux preżenti, dawk magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ koorti ta’ daqsijiet differenti, jiġifieri dawk frieħ u adulti tal-ispeċijiet suxxettibbli magħżula, li jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jingħata biss lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment bi stat tas-saħħa mhux magħruf fir-rigward tal-infezzjoni bid-WSSV jekk l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment u, fejn meħtieġ, il-punti ta’ kampjunar fil-popolazzjonijiet selvaġġi, ikunu ġew soġġetti għall-iskema fuq sentejn (2) li ġejja:
l-istabbilimenti jew il-gruppi ta’ stabbilimenti jkunu ġew soġġetti għal żjarat tas-saħħa u ddaħħlu f’kampjun għal perjodu minimu ta’ sentejn (2) konsekuttivi kif stipulat fit-Tabella 6.A;
matul dak il-perjodu ta’ sentejn (2), l-ittestjar tal-kampjuni kollha bl-użu tal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 ikun ipproduċa riżultati negattivi għall-infezzjoni bid-WSSV u kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV irid ikun ġie eskluż f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5;
2. Jekk l-infezzjoni bid-WSSV tiġi identifikata matul l-iskema fuq sentejn (2) imsemmija fil-punt 1, qabel ma tinbeda skema ġdida fuq sentejn (2), l-istabbilimenti fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartiment iridu:
ikunu soġġetti għall-miżuri minimi ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 58 sa 65;
jiġu ripopolati bi krustaċji minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bid-WSSV jew minn stabbiliment fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għal dik il-marda.
1. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jingħata lil Stat Membru, lil żona jew lil kompartiment magħrufa li jkunu infettati bid-WSSV jekk l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment ikunu ġew soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni li jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-miżuri minimi ta’ kontroll stabbiliti fl-Artikoli 55 sa 65 iridu jkunu ġew applikati b’mod effettiv u żona ristretta ta’ daqs xieraq kif prevista fil-punt (c) tal-Artikolu 58(1), fejn xieraq, maqsuma f’żona ta’ protezzjoni u f’żona ta’ sorveljanza; trid tkun ġiet stabbilita fl-inħawi tal-istabbiliment(i) iddikjarat(i) infettat(i) bid-WSSV, b’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 2;
l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fiż-żona ta’ protezzjoni, jew fejn ma tkunx ġiet stabbilita żona ta’ protezzjoni, iż-żona ristretta, mhux infettati bid-WSSV, iridu jkunu soġġetti għal investigazzjoni li tal-anqas ikollha dawn li ġejjin:
il-ġbir ta’ kampjuni għall-ittestjar ta’ 10 krustaċji, meta jkunu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem li jkunu konsistenti ma’ infezzjoni bid-WSSV, jew ta’ 150 krustaċju, meta ma jkunux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem; u
żjarat tas-saħħa; f’dawk l-istabbilimenti fejn it-testijiet imsemmija f’(i) jkunu pproduċew riżultati negattivi, iż-żjarat tas-saħħa jridu jkomplu darba fix-xahar matul l-istaġun meta t-temperatura tal-ilma jkollha probabbiltà li tilħaq l-ogħla punti annwali tagħha, sakemm iż-żona ta’ protezzjoni tkun ġiet irtirata skont il-punt (c);
l-istabbilimenti rilevanti jridu jitbattlu skont l-Artikolu 62, jitnaddfu u jiġu diżinfettati skont l-Artikolu 63 u jitħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64. Id-durata tal-perjodu ta’ mistrieħ sanitarju trid tkun tal-anqas ta’ sitt ġimgħat. Meta jitbattlu l-istabbilimenti infettati kollha, għandu jkun hemm perjodu ta’ mistrieħ sanitarju sinkroniku ta’ tal-anqas tliet ġimgħat.
Meta jsir il-mistrieħ sanitarju tal-istabbilimenti uffiċjalment iddikjarati bħala infettati, iż-żoni ta’ protezzjoni għandhom jiġu kkonvertiti f’żoni ta’ sorveljanza;
ir-ripopolament jista’ jseħħ biss meta l-istabbilimenti infettati kollha jkunu tbattlu, tnaddfu, ġew diżinfettati u tħallew fi stat ta’ mistrieħ sanitarju f’konformità mal-punt (c);
l-istabbilimenti kollha għajr dawk imsemmija fil-punt (f) li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment koperti mill-programm ta’ eradikazzjoni u meta tkun meħtieġa s-sorveljanza fil-popolazzjonijiet selvaġġi, il-punti ta’ kampjunar kollha magħżula sabiex jipprovdu l-akbar kopertura tal-erja ġeografika fil-programm ta’ eradikazzjoni jridu jkunu soġġetti għall-iskema stabbilita fit-Taqsima 2;
stabbiliment individwali li jżomm l-ispeċijiet elenkati u li jkollu stat tas-saħħa li jkun indipendenti mill-istat tas-saħħa tal-ilmijiet tal-madwar ma jkunx meħtieġ jikkonforma mal-iskema stabbilita fit-Taqsima 2 wara tifqigħa ta’ marda, dment li l-istabbiliment jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 80 u jerġa’ jiġi ppopolat bi krustaċji miksuba minn Stati Membri, minn żoni jew minn kompartimenti bi stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV.
2. Iż-żona ristretta trid tkun ġiet iddefinita fuq bażi ta’ każ b’każ b’kunsiderazzjoni tal-fatturi li jinfluwenzaw ir-riskji għat-tixrid tad-WSSV għall-krustaċji mrobbija u selvaġġi, bħal:
in-numru, l-età, ir-rata u d-distribuzzjoni tal-mortalitajiet tal-krustaċji fuq l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti infettat bid-WSSV inklużi stabbilimenti oħra u krustaċji selvaġġi;
id-distanza lejn u d-densità tal-istabbilimenti jew tal-gruppi ta’ stabbilimenti ġirien inklużi l-krustaċji selvaġġi;
il-qrubija għall-istabbilimenti ta’ pproċessar, għall-istabbilimenti ta’ kuntatt jew għall-gruppi ta’ stabbilimenti;
l-ispeċijiet, speċjalment l-ispeċijiet suxxettibbli u l-ispeċijiet ta’ vetturi, preżenti fl-istabbilimenti jew fil-gruppi ta’ stabbilimenti;
il-prattiki tat-trobbija applikati fl-istabbilimenti u fil-gruppi ta’ stabbilimenti affettwati u ġirien;
il-kundizzjonijiet idrodinamiċi; u
fatturi oħra ta’ sinifikat epidemjoloġiku identifikati.
Tabella 6. A
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni u għall-kompartimenti għall-perjodu ta’ kontroll ta’ sentejn (2) li jippreċedi l-kisba tal-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV
Sena ta’ sorveljanza |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment jew grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena |
Numru ta’ krustaċji fil-kampjun |
Sena 1 |
1 |
1 |
150 |
Sena 2 |
1 |
1 |
150 |
1. Meta tkun meħtieġa sorveljanza mmirata sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV ta’ Stat Membru, ta’ żona jew ta’ kompartiment, skont l-Artikolu 81, l-istabbilimenti kollha li jżommu l-ispeċijiet elenkati fi ħdan l-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati jridu jkunu soġġetti għal żjarat tas-saħħa u l-krustaċji jridu jittiħdulhom kampjuni skont it-Tabella 6.B, b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju tal-istabbiliment għat-teħid tal-infezzjoni bid-WSSV.
2. Fl-Istati Membri, fiż-żoni jew fil-kompartimenti fejn in-numru ta’ stabbilimenti huwa limitat u s-sorveljanza mmirata f’dawk l-istabbilimenti ma tipprovdix biżżejjed data epidemjoloġika, is-sorveljanza għaż-żamma tal-istat ta’ ħelsien mill-mard trid tinkludi l-punti ta’ kampjunar magħżula f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (b) tat-Taqsima 1.
3. Meta tiġi ddeterminata l-frekwenza taż-żjarat tas-saħħa meħtieġa sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV tal-kompartimenti, meta l-istat tas-saħħa rigward dik il-marda jkun dipendenti fuq l-istat tas-saħħa tal-popolazzjonijiet tal-annimali akkwatiċi fl-ilmijiet naturali tal-madwar, ir-riskju għat-teħid tal-infezzjoni bid-WSSV irid jitqies bħala għoli.
4. L-stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV jista’ jinżamm biss sakemm il-kampjuni kollha, li jużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5, jipproduċu riżultati negattivi għad-WSSV u jkun ġie eskluż kwalunkwe suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV f’konformità mal-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 3 tat-Taqsima 5.
Tabella 6. B
Skema għall-Istati Membri, għaż-żoni jew għall-kompartimenti sabiex iżommu stat ta’ ħelsien mill-infezzjoni bid-WSSV
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ krustaċji fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull 4 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I għajr fil-każ ta’ kompartimenti dipendenti fejn l-istabbilimenti kollha jitqiesu li jkunu ta’ riskju għoli. |
1. Qabel it-tħejjija ta’ kampjuni għal PCR, kampjuni ta’ epidermis integumentali, dissezzjonati jew inkella li jkunu jinsabu fir-riġlejn, fil-pleopodi, fil-partijiet tal-ħalq jew fil-garġi tal-annimal tat-test iridu jiġu ffissati f’95 % etanol.
Jistgħu jinġabru kampjuni oħrajn, iffissati għal istoloġija u għal mikroskopija tal-elettroni tat-trażmissjoni, sabiex jappoġġjaw id-data dijanjostika li tirriżulta mill-PCR.
2. Il-metodu u l-proċeduri dijanjostiċi li jridu jintużaw sabiex jingħata jew sabiex jinżamm l-istat ta’ ħelsien mill-mard fir-rigward tal-infezzjoni bid-WSSV jridu jkunu PCR segwita mis-sekwenzjar. Meta jiġu applikati dawn il-metodi dijanjostiċi, iridu jiġu segwiti l-metodi u l-proċeduri ddettaljati korrispondenti li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Krustaċji.
Fil-każ ta’ riżultat pożittiv mit-test tal-PCR, ir-riżultat irid ikun segwit mis-sekwenzjar tal-amplikon qabel ma jiġu implimentati l-miżuri ta’ kontroll inizjali previsti fl-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2016/429.
3. Meta jkun meħtieġ li jiġi kkonfermat jew eskluż suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV f’konformità mal-Artikolu 58, il-proċedura taż-żjarat, tal-kampjunar u tal-ittestjar trid tiġi rrispettata:
l-investigazzjoni trid tinkludi tal-anqas żjara tas-saħħa waħda u għal kampjunar wieħed ta’ 10 krustaċji, meta jiġu osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem konsistenti ma’ infezzjoni bid-WSSV, jew 150 krustaċju, meta ma jiġux osservati sinjali kliniċi jew leżjonijiet post-mortem. Il-kampjuni jridu jiġu ttestjati billi jintuża l-metodu dijanjostiku stabbilit fil-punt 2;
il-preżenza tad-WSSV trid titqies bħala kkonfermata meta l-PCR segwita mis-sekwenzjar, imwettqa skont il-metodi u l-proċeduri ddettaljati li ġew approvati mill-EURL għall-Mard tal-Krustaċji jittestjaw pożittivi għad-WSSV.
Is-suspett ta’ infezzjoni bid-WSSV jista’ jiġi eskluż jekk dawk it-testijiet ma jiżvelaw ebda evidenza ulterjuri tal-preżenza tal-virus.
PARTI III
REKWIŻITI GĦALL-WIRI TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMMI TA’ SORVELJANZA GĦALL-MARD TAL-KATEGORIJA C U GĦALL-BIDU MILL-ĠDID TA’ DAWK IL-PROGRAMMI WARA TIFQIGĦA TA’ MARDA
Il-Parti III tkopri r-rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għal marda partikolari u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm ta’ sorveljanza wara tifqigħa ta’ marda.
Settiċemija emorraġika virali (VHS) |
Kapitolu 1 |
Nekrożi ematopojetika infettiva (IHN) |
Kapitolu 1 |
Infezzjoni bil-virus tal-anemija infettiva tas-salamun bi tħassir fl-HPR |
Kapitolu 2 |
Infezzjoni bil-Marteilia refringens |
Kapitolu 3 |
Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa |
Kapitolu 4 |
Infezzjoni bil-Bonamia ostreae |
Kapitolu 5 |
Infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod (WSSV) |
Kapitolu 6 |
KAPITOLU 1
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-VHS jew għall-IHN u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar iridu jsiru matul il-perjodu tas-sena li fih it-temperatura tal-ilma tkun anqas minn 14-il °C jew, meta ma jintlaħqux temperaturi ta’ anqas minn 14-il °C, iridu jittieħdu kampjuni fl-anqas punti annwali;
l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankijiet u gaġeġ bix-xibka, iridu jiġu eżaminati għall-preżenza ta’ ħut mejjet, dgħajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari liż-żona fl-iżbokk tal-ilma fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut dgħajjef minħabba l-kurrent tal-ilma;
il-ħut tal-ispeċijiet elenkati li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
jekk tkun preżenti trota qawsalla, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jingħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ VHS jew ta’ IHN; jekk ma jkunux preżenti troti qawsalla, il-kampjun irid ikun jirrappreżenta l-ispeċijiet suxxettibbli kollha l-oħra li jkunu preżenti;
jekk ikun preżenti ħut dgħajjef, b’imġiba anormali jew li għadu kif miet, iżda mhux fi stadju ta’ dekompożizzjoni, tali ħut għandu jintgħażel; jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;
il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.
1. Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-ħut irid jiddaħħal fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 1.
2. Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 1 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 1 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-VHS jew għall-IHN.
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-VHS jew bl-IHN jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-VHS jew mill-IHN;
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-VHS jew l-IHN; jew
qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-VHS jew għall-IHN.
Tabella 1
Programm ta’ sorveljanza għall-VHS/għall-IHN.
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ ħut fil-kampjun (2) |
Għoli |
1 kull sena |
30 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
30 |
Baxx |
1 kull 3 snin |
30 |
(1)
Fil-każ ta’ żoni kostali jew ta’ kompartimenti kostali, il-kampjuni jridu jinġabru mhux qabel tliet ġimgħat wara t-trasferiment tal-ħut mill-ilma ħelu għall-ilma mielaħ.
(2)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I.Numru massimu ta’ ħut għal kull vaska: 10 |
KAPITOLU 2
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-ISAV bi tħassir fl-HPR u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar iridu jqisu l-unitajiet tal-produzzjoni kollha, bħal vaski, tankiijiet u gaġeġ tax-xbieki, sabiex jiġi ddeterminat jekk huwiex preżenti ħut mejjet, dgajjef jew b’imġiba anormali. Trid tingħata attenzjoni partikolari lit-truf tal-gaġeġ jew liż-żona fl-iżbokk tal-ilma, skont kif ikun rilevanti, fejn għandu t-tendenza li jakkumula l-ħut bla saħħa minħabba l-kurrent tal-ilma;
il-ħut li jrid jinġabar bħala kampjuni jrid jintgħażel kif ġej:
irid jingħażel biss ħut moribond jew li jkun għadu kif imut iżda li ma jkunx fi stat ta’ dekompożizzjoni; b’mod partikolari, ħut li juri anemija, emorraġija jew sinjali kliniċi oħra li jissuġġerixxu disturbi ċirkolatorji jridu jingħataw prijorità għall-ġbir;
jekk ikun preżenti salamun tal-Atlantiku, ħut minn dik l-ispeċi biss irid jingħażel għall-kampjunar, ħlief meta jkun hemm speċijiet suxxettibbli oħra li juru sinjali tipiċi ta’ ISA. Jekk ma jkunx hemm salamun tal-Atlantiku fl-istabbiliment, iridu jinġabru kampjuni ta’ speċijiet elenkati oħra;
jekk jiġi utilizzat aktar minn sors wieħed ta’ ilma għall-produzzjoni tal-ħut, il-kampjun irid jinkludi l-ħut li jirrappreżenta s-sorsi tal-ilma kollha;
il-ħut magħżul irid jinkludi l-ħut li jinġabar b’tali mod li l-unitajiet kollha tal-produzzjoni fl-istabbiliment, bħal gaġeġ bix-xibka, tankijiet u vaski, kif ukoll il-klassijiet tas-snin kollha fl-istabbiliment, ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun.
1. Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-ħut irid jiddaħħal fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 2.
2. Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 2 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 2 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-ISAV bi tħassir fl-HPR.
Tabella 2
Programm ta’ sorveljanza għall-ISAV bi tħassir fl-HPR
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa fis-sena f’kull stabbiliment |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorji kull sena |
Numru ta’ ħut fil-kampjun |
Għoli |
2 |
2 (2) |
30 |
Medju |
1 |
1 (3) |
30 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn |
30 |
Numru massimu ta’ ħut f’kull vaska: 5 |
|||
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I
(2)
Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa u l-ħarifa meta jkunu meħtieġa żewġ kampjuni kull sena
(3)
Il-kampjuni jridu jinġabru matul ir-rebbiegħa jew il-ħarifa meta jkun meħtieġ kampjun wieħed biss kull sena |
Stabbiliment li jkun ġie infettat bl-ISAV bi tħassir fl-HPR jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u
iseħħ ripopolament billi jinuża ħut li joriġina minn stabbilimenti li jkunu:
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR;
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR; jew
qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bl-ISAV bi tħassir fl-HPR.
KAPITOLU 3
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens u r-rekwiżiti sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar għall-eżaminazzjoni fil-laboratorju jridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-parassit fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta din id-data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir eżatt wara li t-temperatura tal-ilma tkun qabżet is-17-il °C;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 3, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
Ostrea spp. iridu jiġu inklużi fil-kampjun. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet elenkati l-oħra kollha li jkunu preżenti;
jekk fl-unitajiet tal-produzzjoni jkun hemm molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif imutu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;
meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti tal-molluski li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
meta jsir kampjunar fi stabbilimenti tal-molluski jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma d-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.
1. Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 3.
2. Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 3 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi stabbiliti fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 3 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Marteilia refringens.
Tabella 3
Programm ta’ sorveljanza għall-Marteilia refringens
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull erba’ snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I |
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Marteilia refringens jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u
iseħħ ripopolament billi jintużaw molluski li joriġinaw minn stabbilimenti li jkunu:
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Marteilia refringens;
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens; jew
qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Marteilia refringens.
KAPITOLU 4
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-unitajiet tal-produzzjoni jridu jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-Bonamia exitiosa fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena, fir-rebbiegħa u fil-ħarifa;
meta jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 4, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
jekk ikunu preżenti Ostrea spp., gajdri ta’ dik l-ispeċi biss għandhom jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea spp., il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;
jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;
meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
meta jsir kampjunar fi stabbilimenti jew fi gruppi ta’ stabbilimenti, il-molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar iridu jiġu inklużi fil-kampjun b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment jew tal-grupp ta’ stabbilimenti jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma d-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi (eż.Crassostrea gigas), il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.
1. Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 4.
2. Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 4 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 4 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia exitiosa.
Tabella 4
Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull 4 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I. |
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Bonamia exitiosa jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza dment li:
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u
iseħħ ripopolament billi jintużaw molluski li joriġinaw minn stabbilimenti li jkunu:
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa;
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa; jew
qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa.
KAPITOLU 5
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar tal-unitajiet tal-produzzjoni għandhom jitwettqu fil-perjodu tas-sena meta l-prevalenza tal-Bonamia ostreae fl-Istat Membru, fiż-żona jew fil-kompartament tkun magħrufa li tinsab fil-livell massimu. Meta tali data ma tkunx disponibbli, il-kampjunar għandu jsir fix-xitwa jew fil-bidu tar-rebbiegħa;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ molluski f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 5, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
jekk ikunu preżenti Ostrea edulis, huma biss il-gajdri ta’ dak l-ispeċi li jridu jintgħażlu għall-kampjunar. Jekk ma jkunux preżenti Ostrea edulis, il-kampjun irid ikun rappreżentattiv tal-ispeċijiet suxxettibbli l-oħra kollha li jkunu preżenti;
jekk ikunu preżenti molluski dgħajfa, miftuħin jew li għadhom kif mietu, iżda mhux fi stat ta’ dekompożizzjoni, dawn il-molluski jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali molluski ma jkunux preżenti, il-molluski magħżula jridu jinkludu l-aktar molluski f’saħħithom kbar fiż-żmien;
meta jittieħdu kampjuni minn stabbilimenti li jużaw iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-molluski, il-molluski li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma jridu jiġu inklużi għat-teħid ta’ kampjuni b’tali mod li l-partijiet kollha tal-istabbiliment ikunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
meta jittieħdu kampjuni fi stabbilimenti jew fi gruppi ta’ stabbilimenti tal-molluski, fil-kampjun iridu jiġu inklużi molluski minn numru suffiċjenti ta’ punti ta’ kampjunar. Il-fatturi ewlenin li jridu jitqiesu għall-għażla ta’ dawk il-punti tal-kampjunar huma d-densità tal-istokk, il-flussi tal-ilma, il-preżenza ta’ speċijiet suxxettibbli, il-preżenza ta’ speċijiet vetturi, il-batimetrija u l-prattiki tal-ġestjoni. Sodod naturali fi ħdan jew biswit l-istabbiliment jew il-grupp ta’ stabbilimenti jridu jkunu inklużi fil-kampjunar.
1. Iż-żjarat tas-saħħa jridu jsiru u l-molluski jridu jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 5.
2. Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 5 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-Bonamia ostreae.
Tabella 5
Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ molluski fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull 4 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I |
Stabbiliment li jkun ġie infettat bil-Bonamia ostreae jista’ jerġa’ jibda l-programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u
iseħħ ripopolament billi jintużaw molluski li joriġinaw minn stabbilimenti li jkunu:
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bil-Bonamia ostreae;
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae; jew
qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bil-Bonamia ostreae.
KAPITOLU 6
Rekwiżiti għall-istabbilimenti sabiex juru l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV u sabiex jerġa’ jinbeda dak il-programm wara tifqigħa tal-marda
Iż-żjarat tas-saħħa u l-kampjunar imsemmija fil-punt (b)(iv) tal-Artikolu 3(2) iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
il-kampjunar ta’ krustaċji għal eżaminazzjoni fil-laboratorju jrid jitwettaq kull meta jkun probabbli li t-temperatura tal-ilma tilħaq l-ogħla punt annwali tagħha. Dak ir-rekwiżit li jikkonċerna t-temperatura tal-ilma jrid japplika wkoll għaż-żjarat tas-saħħa, fejn dawn ikunu fattibbli u xierqa;
meta jkunu jridu jittieħdu kampjuni ta’ krustaċji mrobbija f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Tabella 6, iridu jkunu japplikaw il-kriterji li ġejjin:
jekk ikunu preżenti krustaċji dgħajfa jew moribondi fl-unitajiet tal-produzzjoni, tali krustaċji jridu jintgħażlu l-ewwel. Jekk tali krustaċji ma jkunux preżenti, dawk magħżula jridu jinkludu krustaċji ta’ koorti ta’ daqsijiet differenti, jiġifieri dawk frieħ u adulti tal-ispeċijiet suxxettibbli magħżula, li jkunu rrappreżentati b’mod proporzjonat fil-kampjun;
jekk jintuża iktar minn sors wieħed tal-ilma għall-produzzjoni tal-krustaċji, għall-kampjunar iridu jiġu inklużi krustaċji tal-ispeċijiet suxxettibbli li jirrappreżentaw is-sorsi kollha tal-ilma.
1. Iż-żjarat tas-saħħa għandhom isiru u l-krustaċji għandhom jiddaħħlu fil-kampjun skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 6.
2. Il-kampjuni li jinġabru skont it-Taqsima 1 u t-Tabella 6 iridu jiġu ttestjati billi jintużaw il-metodi dijanjostiċi msemmija fil-punt 2 tat-Taqsima 5 tal-Kapitolu 6 tal-Parti II u jipproduċu riżultati negattivi għall-infezzjoni bid-WSSV.
Tabella 6
Programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV
Livell ta’ riskju (1) |
Numru ta’ żjarat tas-saħħa f’kull stabbiliment/grupp ta’ stabbilimenti |
Numru ta’ eżaminazzjonijiet fil-laboratorju |
Numru ta’ krustaċji fil-kampjun |
Għoli |
1 kull sena |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Medju |
1 kull sentejn (2) |
1 kull sentejn (2) |
150 |
Baxx |
1 kull sentejn (2) |
1 kull 4 snin |
150 |
(1)
Il-livell ta’ riskju assenjat għall-istabbiliment mill-awtorità kompetenti kif stipulat fil-paragrafu 1 tal-Kapitolu 2 tal-Parti I |
Stabbiliment li jkun ġie infettat bid-WSSV jista’ jerġa’ jibda programm ta’ sorveljanza għal dak il-mard dment li:
ikun tbattal skont l-Artikolu 62, tnaddaf u ġie diżinfettat skont l-Artikolu 63 u tħalla fi stat ta’ mistrieħ sanitarju skont l-Artikolu 64; u
iseħħ ripopolament billi jintużaw krustaċji li joriġinaw minn stabbilimenti li jkunu:
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment ħielsa mill-infezzjoni bid-WSSV;
fi Stat Membru, f’żona jew f’kompartiment koperti minn programm ta’ eradikazzjoni għall-infezzjoni bid-WSSV; jew
qed jimplimentaw programm ta’ sorveljanza għall-infezzjoni bid-WSSV.
( 1 ) http://www.oie.int/en/standard-setting/terrestrial-manual/access-online/
( 2 ) http://www.oie.int/en/standard-setting/aquatic-manual/access-online/
( 3 ) Id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 rigward il-monitoraġġ taż-żoonożi u tal-aġenti żoonotiċi, temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/117/KEE (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 31)
( 4 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (I) ta’ Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
( 6 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti għal għasafar maqbuda oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1).
( 8 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/686 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ stabbilimenti tal-prodotti ġerminali u r-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti fl-Unjoni tal-prodotti ġerminali ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma (Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).