Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020R0592-20201016

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 tat-30 ta’ April 2020 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/592/2020-10-16

02020R0592 — MT — 16.10.2020 — 002.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/592

tat-30 ta’ April 2020

dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha

(ĠU L 140 4.5.2020, p. 6)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1275 tas-6 ta’ Lulju 2020

  L 300

26

14.9.2020

►M2

IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/95 tat-28 ta’ Jannar 2021

  L 31

198

29.1.2021


Ikkoreġut bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 310, 24.9.2020, p.  7 (2020/1275)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/592

tat-30 ta’ April 2020

dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha



KAPITOLU I

IL-FROTT U L-ĦXEJJEX

▼M1

Artikolu 1

Derogi temporanji mill-Artikolu 33(3) u 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

B’deroga mir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-limitu ta’ terz tan-nefqa għall-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet permezz tal-programm operazzjonali msemmi f’dik id-dispożizzjoni ma għandux japplika fis-sena 2020.

B’deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-fond operazzjonali fl-2020 ma għandhiex taqbeż l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-fondi operazzjonali approvati mill-Istati Membri għas-sena 2020 u għandha tkun limitata għal 70 % tan-nefqa reali mġarrba.

▼B



KAPITOLU II

L-INBID



TAQSIMA 1

Miżuri ta’ appoġġ għall-kriżi

▼M2

Artikolu 2

Derogi mill-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

B’deroga mill-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-miżuri stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu ffinanzjati taħt il-programmi ta’ appoġġ għas-settur tal-inbid permezz ta’ ħlasijiet bil-quddiem jew ħlasijiet tul is-snin finanzjarji 2020 u 2021.

▼B

Artikolu 3

Distillazzjoni tal-inbid f’każ ta’ kriżi

1.  
Jista’ jingħata appoġġ għad-distillazzjoni tal-inbid skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Dan l-appoġġ għandu jkun proporzjonat.
2.  
L-alkoħol li jirriżulta mid-distillazzjoni appoġġata msemmija fil-paragrafu 1 għandu jintuża esklussivament għal skopijiet industrijali, inkluż skopijiet ta’ diżinfezzjoni jew farmaċewtiċi, jew għal skopijiet ta’ enerġija biex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni.
3.  
Il-benefiċjarji tal-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu intrapriżi tal-inbid li jipproduċu jew li jikkummerċjalizzaw il-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-inbid, assoċjazzjonijiet ta’ żewġ produtturi jew iżjed, organizzazzjonijiet interprofessjonali jew distillaturi tal-prodotti tad-dwieli.
4.  
L-ispejjeż tal-provvista tal-inbid lid-distillaturi u tad-distillazzjoni ta’ dan l-inbid biss għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ.
5.  
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta’ prijorità billi jindikawhom fil-programm ta’ appoġġ. Dawn il-kriterji ta’ prijorità għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-programm ta’ appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
6.  

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1, li għandhom jinkludu regoli dwar:

(a) 

il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet;

(b) 

is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta’ kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi;

(c) 

il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-azzjonijiet eliġibbli u l-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4 u l-kriterji ta’ prijorità, meta dawn jiġu applikati;

(d) 

l-għażla tal-applikazzjonijiet, li tal-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta’ prijorità, meta dawn jiġu applikati;

(e) 

arranġamenti għall-pagamenti bil-quddiem u għall-provvista ta’ titoli ta’ sigurtà.

7.  
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont ta’ appoġġ lill-benefiċjarji abbażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

▼M1

7a.  
Il-benefiċjarji tal-appoġġ taħt dan l-Artikolu jistgħu jitolbu l-ħlas bil-quddiem mill-aġenziji tal-pagamenti kompetenti, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-programm nazzjonali ta’ appoġġ skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 ( 1 ). L-ammont tal-pagamenti bil-quddiem għandu jkun 100 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. ►C1  Il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun ippreżenta garanzija bankarja jew titolu ta’ sigurtà li jkunu mill-inqas ugwali għal 110% tal-ammont ta' dak il-pagament bil-quddiem favur l-Istat Membru kkonċernat skont il-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 ( 2 ). ◄ It-titolu ta’ sigurtà għandu jiġi rilaxxat meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont ta’ nefqa proprja korrispondenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni marbuta mal-operazzjonijiet ikkonċernati ikun daqs l-ammont tal-pagament bil-quddiem.

▼M1

8.  
B’deroga mill-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti nazzjonali addizzjonali għall-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.
9.  
L-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 43, l-Artikoli 48 sa 54 u l-Artikolu 56 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u l-Artikoli 1, 2 u 3, l-Artikoli 19 sa 23, l-Artikolu 25, u l-Artikoli 27 sa 31, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) u l-Artikoli 33 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 ( 3 ) għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-appoġġ għad-distillazzjoni tal-inbid f’każ ta’ kriżi.

▼B

Artikolu 4

Għajnuna għall-ħżin tal-inbid fi kriżi

1.  
L-għajnuna għall-ħżin fi kriżi tista’ tingħata għall-inbid skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Biex ikun evitat li jingħata appoġġ darbtejn għall-istess kwantità ta’ nbid irtirat mis-suq, il-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna għall-ħżin fi kriżi għal kwantità ta’ nbid, la għandhom ikunu jistgħu jirċievu għajnuna għal din l-istess kwantità ta’ nbid għad-distillazzjoni f’każ ta’ kriżi skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u lanqas pagamenti nazzjonali għad-distillazzjoni tal-inbid f’każ ta’ kriżi skont l-Artikolu 216 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
3.  
Il-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu intrapriżi tal-inbid li jipproduċu jew li jikkummerċjalizzaw il-prodotti msemmija fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-inbid, assoċjazzjonijiet ta’ żewġ produtturi jew iżjed jew organizzazzjonijiet interprofessjonali.
4.  

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-proċedura ta’ applikazzjoni għall-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1, li għandhom jinkludu regoli dwar:

(a) 

il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet;

(b) 

is-sottomissjoni u l-għażla tal-applikazzjonijiet, li għandhom jinkludu mill-inqas l-iskadenzi għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet, għall-eżaminazzjoni tal-adegwatezza ta’ kull azzjoni proposta u għan-notifika tar-riżultati tal-proċedura tal-għażla għall-operaturi;

(c) 

il-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ stabbiliti f’dan l-Artikolu u d-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji ta’ prijorità, meta dawn jiġu applikati;

(d) 

l-għażla tal-applikazzjonijiet, li tal-inqas għandha tinkludi l-ponderazzjoni attribwita għal kull kriterju ta’ prijorità, meta dawn jiġu applikati;

(e) 

arranġamenti għall-pagamenti bil-quddiem u għall-provvista ta’ titoli ta’ sigurtà.

5.  
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kriterji ta’ prijorità biex tingħata preferenza lil ċerti benefiċjarji billi jindikawhom fil-programm ta’ appoġġ. Dawn il-kriterji ta’ prijorità għandhom ikunu bbażati fuq l-istrateġija u l-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-programm ta’ appoġġ u għandhom ikunu oġġettivi u nondiskriminatorji.
6.  
L-Istati Membri għandhom jeżaminaw l-applikazzjonijiet mad-deskrizzjoni dettaljata tal-azzjonijiet proposti mill-applikant u l-iskadenzi proposti għall-implimentazzjoni tagħhom.

▼M1

6a.  
Il-benefiċjarji tal-appoġġ taħt dan l-Artikolu jistgħu jitolbu l-pagament bil-quddiem mill-aġenziji tal-pagamenti kompetenti, jekk din l-għażla tkun inkluża fil-programm nazzjonali ta’ appoġġ skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149. L-ammont tal-pagamenti bil-quddiem għandu jkun 100 % tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni. ►C1  Il-pagament bil-quddiem għandu jitħallas bil-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun ippreżenta garanzija bankarja jew titolu ta’ sigurtà li jkunu mill-inqas ugwali għal 110% tal-ammont ta' dak il-pagament bil-quddiem favur l-Istat Membru kkonċernat skont il-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014. ◄ It-titolu ta’ sigurtà għandu jiġi rilaxxat meta l-aġenzija tal-pagamenti kompetenti tistabbilixxi li l-ammont ta’ nefqa proprja korrispondenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni marbuta mal-operazzjonijiet ikkonċernati ikun daqs l-ammont tal-pagament bil-quddiem.

▼M1

7.  
B’deroga mill-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jistgħu jagħtu pagamenti nazzjonali addizzjonali għall-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.
8.  
L-Artikoli 1 u 2, l-Artikolu 43, l-Artikoli 48 sa 54 u l-Artikolu 56 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 u l-Artikoli 1, 2 u 3, l-Artikoli 19 sa 23, l-Artikolu 25, l-Artikoli 27 sa 31, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1) u l-Artikoli 33 sa 40 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-għajnuna għall-ħżin tal-inbid fi kriżi.

▼B



TAQSIMA 2

Derogi minn miżuri ta’ appoġġ speċifiċi

Artikolu 5

Derogi mill-Artikoli 44(2) u 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

1.  
B’deroga mill-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fis-sena finanzjarja 2020, l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi kif imsemmi fl-Artikolu 48 ta’ dak ir-Regolament jista’ jingħata għan-nefqa mġarrba qabel is-sottomissjoni tal-abbozz tal-programmi ta’ appoġġ rilevanti b’rabta mal-operazzjonijiet li fl-2019 temmew it-tielet sena ta’ implimentazzjoni tagħhom.
2.  
B’deroga mill-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ fondi mutwi b’rabta mal-operazzjonijiet li fl-2019 temmew it-tielet sena ta’ implimentazzjoni tagħhom, jista’ jingħata fil-forma ta’ għajnuna nondigressiva biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi tal-fondi u għandhom ikunu daqs il-finanzjament mogħti fit-tielet sena ta’ implimentazzjoni.

▼M1

Artikolu 5a

Deroga mill-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

B’deroga mill-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-miżuri ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni ma għandhiex taqbeż is-70 % tan-nefqa eliġibbli.

▼M1

Artikolu 6

Deroga mill-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

B’deroga mill-Artikolu 46(6) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż reali ta’ ristrutturar u konverżjoni tal-vinji ma għandhiex tkun aktar minn 70 %. Fir-reġjuni inqas żviluppati, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u konverżjoni ma għandhiex tkun aktar minn 90 %.

▼B

Artikolu 7

Derogi mill-Artikolu 47(1) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

▼M2

1.  
B’deroga mill-Artikolu 47(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tul is-snin finanzjarji 2020 u 2021, “ħsad ekoloġiku” tfisser il-qerda jew it-tneħħija totali ta’ għenieqed ta’ għeneb waqt li jkunu għadhom fl-istadju li ma jkunux għadhom saru, fl-azjenda kollha jew f’parti mill-azjenda, diment li l-ħsad ekoloġiku jsir fi rqajja’ sħaħ tal-art.

▼M1

2.  
B’deroga mit-tieni sentenza tal-Artikolu 47(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-appoġġ mogħti għall-ħsad bikri ma għandux ikun aktar minn 70 % tas-somma tal-ispejjeż diretti tal-qerda jew it-tneħħija tal-għenieqed tal-għeneb u t-telf tad-dħul relatat ma’ tali qerda jew tneħħija.

▼B

Artikolu 8

Deroga mill-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

▼M1

B’deroga mill-punt (b) tal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-appoġġ għall-assigurazzjoni tal-ħsad ma għandhiex tkun aktar minn 70 % tal-kost tal-primjums tal-assigurazzjoni mħallsa mill-produtturi għall-assigurazzjoni:

▼B

(a) 

fir-rigward tat-telf imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fir-rigward ta’ telf ieħor ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi avversi;

(b) 

fir-rigward ta’ telf ikkawżat minn annimali, mard tal-pjanti jew infestazzjonijiet ta’ pesti;

(c) 

fir-rigward ta’ telf ikkawżat minn pandemiji tal-bniedem.

Artikolu 9

Deroga mill-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

B’deroga mill-Artikolu 50(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-rati massimi ta’ għajnuna li ġejjin rigward l-ispejjeż eliġibbli ta’ investiment għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni:

▼M1

(a) 

70 % fir-reġjuni inqas żviluppati;

(b) 

60 % fir-reġjuni li mhumiex reġjuni inqas żviluppati;

(c) 

90 % fir-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat;

(d) 

85 % fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).

▼M2

Artikolu 10

Applikazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni miżjuda temporanjament

L-Artikoli 5a, 6, 7(2), 8 u 9 għandhom japplikaw għall-operazzjonijiet magħżula mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2021.

▼B



KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal-15 ta’ April 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 1).

►C1  ( 2 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18). ◄

( 3 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 tal-15 ta’ April 2016 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 190, 15.7.2016, p. 23).

( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

Top