Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02020D0491-20200727

    Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/491 tat-3 ta’ April 2020 dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020 (notifikata bid-dokument C(2020) 2146)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/491/2020-07-27

    02020D0491 — MT — 27.07.2020 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/491

    tat-3 ta’ April 2020

    dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020

    (notifikata bid-dokument C(2020) 2146)

    (ĠU L 103I 3.4.2020, p. 1)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1101 notifikata bid-dokument C(2020 tat-23 ta’ Lulju 2020

      L 241

    36

    27.7.2020




    ▼B

    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/491

    tat-3 ta’ April 2020

    dwar l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni u l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjonijiet tal-merkanzija meħtieġa biex jiġu miġġielda l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 matul l-2020

    (notifikata bid-dokument C(2020) 2146)



    Artikolu 1

    1.  Il-merkanzija għandha tiddaħħal mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tkun eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-merkanzija tkun maħsuba għal xi wieħed minn dawn l-iskopijiet li ġejjin:

    (i) 

    id-distribuzzjoni b’xejn lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, mill-korpi u l-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c);

    (ii) 

    il-forniment b’xejn lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19, filwaqt li l-merkanzija tibqa’ l-proprjetà tal-korpi u tal-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (c);

    (b) 

    il-merkanzija tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 75, 78, 79 u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u fl-Artikoli 52, 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE;

    (c) 

    il-merkanzija hija importata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera mill-organizzazzjonijiet tal-Istat, fosthom korpi tal-Istat, korpi pubbliċi u korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika jew f’isimhom, jew minn organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jew f’isimhom.

    2.  Il-merkanzija għandha tiddaħħal ukoll mingħajr dazji fuq l-importazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u tkun eżentata mill-VAT fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 2009/132/KE, meta din tkun importata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera minn aġenziji li jagħtu l-għajnuna f’każ ta’ diżastru jew f’isimhom, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tagħhom f’każ ta’ diżastru matul il-perjodu li fih jagħtu l-għajnuna lill-persuni affettwati mill-COVID-19 jew lil dawk li jinsabu f’riskju li jiġu affettwati minnha jew li huma involuti fil-ġlieda kontra t-tifqigħa tal-COVID-19.

    Artikolu 2

    ▼M1

    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020:

    ▼B

    (a) 

    lista tal-organizzazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1);

    (b) 

    informazzjoni dwar in-natura u l-kwantitajiet tal-oġġetti diversi ta’ merkanzija li jkunu ddaħħlu mingħajr dazji fuq l-importazzjoni u mingħajr VAT skont l-Artikolu 1;

    (c) 

    il-miżuri li ħadu biex jiżguraw il-konformità mal-Artikoli 78, 79, u 80 tar-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u mal-Artikoli 55, 56 u 57 tad-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward tal-merkanzija li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    ▼M1

    Artikolu 3

    L-Artikolu 1 għandu japplika għall-importazzjonijiet li jsiru mit-30 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Ottubru 2020.

    ▼B

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Top