EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019R1238-20240109

Consolidated text: Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1238/2024-01-09

02019R1238 — MT — 09.01.2024 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) 2019/1238 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 198 25.7.2019, p. 1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

REGOLAMENT (UE) 2023/2869 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL  tat-13 ta’ Diċembru 2023

  L 

1

20.12.2023




▼B

REGOLAMENT (UE) 2019/1238 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Ġunju 2019

dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)



KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni “prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP”.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“prodott tal-pensjoni personali” tfisser prodott li:

(a) 

hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja u huwa komplimentari għal kwalunkwe prodott tal-pensjoni statutorju jew okkupazzjonali;

(b) 

jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital fit-tul bl-objettiv espliċitu li jipprovdi introjtu mal-irtirar u b’possibbiltajiet limitati għall-irtirar bikri qabel dak iż-żmien;

(c) 

la huwa prodott tal-pensjoni statutorju u lanqas prodott tal-pensjoni tax-xogħol;

(2) 

“Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta’ terminu twil, li hu pprovdut minn impriża finanzjarja eliġibbli skont l-Artikolu 6(1) taħt kuntratt tal-PEPP, u sottoskritt minn faddal tal-PEPP, jew minn assoċjazzjoni tal-faddala tal-PEPP indipendenti f’isem il-membri tagħha, fid-dawl tal-irtirar, u li ma għandu l-ebda possibbiltà strettament limitata għal tifdija bikrija u huwa rreġistrat skont dan ir-Regolament;

(3) 

“faddal tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tkun ikkonkludiet kuntratt tal-PEPP ma’ fornitur tal-PEPP;

(4) 

“kuntratt tal-PEPP” tfisser kuntratt bejn faddal tal-PEPP u fornitur tal-PEPP li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4;

(5) 

“kont tal-PEPP” tfisser kont tal-pensjoni personali miżmum f’isem faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP li jintuża għar-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jippermettu lill-faddal tal-PEPP jikkontribwixxi b’mod perjodiku somom għall-irtirar u lill-benefiċjarju tal-PEPP jirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;

(6) 

“benefiċjarju tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;

(7) 

“klijent tal-PEPP” tfisser faddal tal-PEPP, faddal prospettiv tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP;

(8) 

“distribuzzjoni tal-PEPP” tfisser l-għoti ta’ konsulenza, ta’ proposti jew tat-twettiq ta’ xogħol preparatorju ieħor għall-konklużjoni ta’ kuntratti għall-forniment ta’ PEPP, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kuntratti, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-PEPP wieħed jew iktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti tal-PEPP permezz ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja u l-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-PEPP, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-PEPP, meta l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-PEPP bl-użu ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja;

(9) 

“benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP” tfisser benefiċċji mħallsa b’riferiment għall-ilħiq, jew għall-aspettattiva ta’ lħiq, tal-irtirar f’waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 58(1);

(10) 

“benefiċċji tal-PEPP” tfisser benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP u benefiċċji addizzjonali oħra li għalihom huwa intitolat benefiċjarju tal-PEPP f’konformità mal-kuntratt tal-PEPP, b’mod partikolari għall-każijiet strettament limitati ta’ rimborż antiċipat jew jekk il-kuntratt tal-PEPP jipprovdi kopertura tar-riskji bijometriċi;

(11) 

“fażi tal-akkumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi jakkumulaw f’kont tal-PEPP u normalment tkompli sa meta tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni;

(12) 

“fażi tad-dekumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f’kont tal-PEPP jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti tal-introjtu oħrajn;

(13) 

“annwalità” tfisser somma pagabbli f’intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta’ snin, b’ritorn għal investiment;

(14) 

“pagamenti ta’ prelevament” tfisser ammonti diskrezzjonali li l-benefiċjarji tal-PEPP jistgħu jipprelevaw sa ċertu limitu fuq bażi perjodika;

(15) 

“fornitur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata biex timmanifattura PEPP u biex tqassam dak il-PEPP;

(16) 

“distributur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata tiddistribwixxi PEPPs mhux manifatturati minnha, ditta ta’ investiment li tipprovdi pariri dwar investimenti, jew intermedjarja ta’ assigurazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(17) 

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li:

(a) 

jippermetti lil klijent tal-PEPP jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(b) 

jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

(18) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati minn Stat Membru biex tissorvelja l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP, skont il-każ, jew biex twettaq il-kompiti previsti f’dan ir-Regolament;

(19) 

“Stat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP” tfisser l-Istat Membru tad-domiċilju kif definit fl-att leġiżlattiv rilevanti msemmi fl-Artikolu 6(1);

(20) 

“Stat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP” tfisser:

(a) 

fejn id-distributur ikun persuna fiżika, l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza tiegħu jew tagħha;

(b) 

fejn id-distributur ikun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk id-distributur skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

(21) 

“Stat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP, li fih il-fornitur tal-PEPP jipprovdi PEPPs taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment jew li għalih il-fornitur tal-PEPP ikun fetaħ subkont;

(22) 

“Stat Membru ospitanti tad-distributur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP, fejn id-distributur tal-PEPP jiddistribwixxi taħt il-libertà tal-PEPPs li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment;

(23) 

“subkont” tfisser taqsima nazzjonali li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta’ inċentivi possibbli stabbiliti f’livell nazzjonali għall-investiment f’PEPP mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP; għalhekk, individwu jista’ jkun faddal ta’ PEPP jew benefiċjarju ta’ PEPP f’kull subkont, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall- fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’dekumulazzjoni;

(24) 

“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b’mod dirett jew indirett mill-faddala tal-PEPP;

(25) 

“strumenti finanzjarji” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(26) 

“depożitarju” tfisser istituzzjoni inkarigata mis-salvagwardja tal-assi u mis-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fond u mad-dritt applikabbli;

(27) 

“PEPP bażiku” tfisser opzjoni ta’ investiment kif stabbilita fl-Artikolu 45;

(28) 

“tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju” tfisser tekniki għal tnaqqis sintetiku fil-firxa tal-iskopertura għal riskju u/jew il-probabilità ta’ okkorrenza ta’ dan;

(29) 

“riskji bijometriċi” tfisser riskji marbuta ma’ mewt, diżabbiltà u/jew lonġevità;

(30) 

“bdil tal-fornitur” tfisser, fuq talba ta’ faddal tal-PEPP, it-trasferiment mingħand fornitur tal-PEPP għal ieħor tal-ammonti korrispondenti, jew fejn applikabbli, assi in natura f’konformità mal-Artikolu 52(4), minn kont ta’ PEPP lill-ieħor, bl-għeluq tal-kont preċedenti tal-PEPP mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 53(4);

(31) 

“parir” tfisser rakkomandazzjoni personali mill-fornitur tal-PEPP jew mid-distributur tal-PEPP lil klijent tal-PEPP fir-rigward ta’ kuntratt tal-PEPP wieħed jew aktar;

(32) 

“sħubija” tfisser kooperazzjoni bejn fornituri tal-PEPP biex joffru subkontijiet għal Stati Membri differenti fil-kuntest tas-servizz tal-portabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2);

(33) 

“fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza” jew “fatturi ESG” tfisser kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza bħal dawk imsemmija fil-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Prinċipji appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli.

Artikolu 3

Regoli applikabbli

Ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-PEPPs għandhom ikunu soġġetti għal:

(a) 

dan ir-Regolament; u

(b) 

fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex irregolati minn dan ir-Regolament:

(i) 

il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni korrispondenti;

(ii) 

il-liġijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-UE li jirrigwardjaw b’mod speċifiku l-PEPP;

(iii) 

il-liġijiet nazzjonali oħra li japplikaw għall-PEPPs.

Artikolu 4

Kuntratt tal-PEPP

1.  
Il-kuntratt tal-PEPP għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-PEPP f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 3.
2.  

Il-kuntratt tal-PEPP għandu b’mod partikolari jinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni tal-PEPP Bażiku, kif imsemmi fl-Artikolu 45, inkluża informazzjoni dwar il-garanzija fuq il-kapital investit jew l-istrateġija ta’ investiment diretta biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kapital;

(b) 

deskrizzjoni tal-opzjonijiet ta’ investiment alternattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 42(2), fejn applikabbli;

(c) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-modifika tal-opzjoni ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 44;

(d) 

meta l-PEPP joffri kopertura tar-riskju bijometriku, id-dettalji ta’ dik il-kopertura, inklużi ċ-ċirkostanzi fejn tapplika;

(e) 

deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u d-dritt ta’ bidla tal-forma tal-pagament maħruġ imsemmi fl-Artikolu 59;

(f) 

il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikoli 17 sa 20 inkluża informazzjoni dwar l-Istati Membri li għalihom hemm subkont disponibbli;

(g) 

il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz ta’ bdil imsemmi fl-Artikoli 52 sa 55;

(h) 

il-kategoriji tal-kostijiet u l-kostijiet totali aggregati espressi f’termini perċentwali u f’termini monetarji, fejn applikabbli;

(i) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 47;

(j) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 57;

(k) 

fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitħallsu lura l-vantaġġi jew l-inċentivi mogħtija lill-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP.

KAPITOLU II

REĠISTRAZZJONI

Artikolu 5

Reġistrazzjoni

1.  
PEPP jista’ jiġi pprovdut u ddistribwit biss fl-Unjoni fejn ikun ġie rreġistrat fir-reġistru pubbliku ċentrali miżmum mill-EIOPA f’konformità mal-Artikolu 13.
2.  
Reġistrazzjoni ta’ PEPP għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha. Din tintitola lill-fornitur tal-PEPP jipprovdi lill-PEPP u lid-distributur tal-PEPP jiddistribwixxu l-PEPP irreġistrat fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.

Is-superviżjoni tal-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa għandha ssir skont il-Kapitolu IX.

Artikolu 6

Applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ PEPP

1.  

L-impriżi finanzjarji li ġejjin biss li huma awtorizzati jew irreġistrati taħt il-liġi tal-Unjoni jistgħu japplikaw għal reġistrazzjoni ta’ PEPP:

(a) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(b) 

impriżi tal-assigurazzjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), involuti fl-assigurazzjoni tal-ħajja diretta skont l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2009/138/KE u l-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

(c) 

l-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) awtorizzati jew irreġistrati skont id-Direttiva (UE) 2016/2341 li, skont il-liġi nazzjonali, huma awtorizzati u ssorveljati sabiex jipprovdu wkoll prodotti tal-pensjoni personali. F’dak il-każ, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha korrispondenti għall-forniment tal-PEPP għandhom ikunu separati, mingħajr il-possibbiltà li jiġu trasferiti għan-negozju l-ieħor ta’ provvista għall-irtirar tal-istituzzjoni;

(d) 

ditti tal-investiment awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE, li jipprovdu l-ġestjoni tal-portafolli;

(e) 

kumpaniji ta’ investiment jew kumpaniji ta’ ġestjoni awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE

(f) 

maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFM tal-UE) awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE.

2.  

L-impriżi finanzjarji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal reġistrazzjoni ta’ PEPP lill-awtorità kompetenti tagħhom. L-applikazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

il-klawżoli standard tal-kuntratt, tal-kuntratt tal-PEPP li se jiġu proposti lill-faddala tal-PEPP, kif imsemmi fl-Artikolu 4;

(b) 

informazzjoni dwar l-identità tal-applikant;

(c) 

informazzjoni dwar l-arranġamenti dwar il-portafoll kif ukoll l-immaniġġjar u l-amministrazzjoni tar-riskju fir-rigward tal-PEPP, inklużi l-arranġamenti kif imsemmija fl-Artikoli 19(2), 42(5) u 49(3);

(d) 

lista tal-Istati Membri fejn il-fornitur tal-PEPP applikant biħsiebu jqiegħed il-PEPP fis-suq, fejn applikabbli;

(e) 

informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju, fejn applikabbli;

(f) 

tagħrif ewlieni tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 26;

(g) 

lista ta’ Stati Membri li għalihom il-fornitur tal-PEPP applikant ikun jista’ jiżgura l-ftuħ immedjat ta’ subkont.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 tkunx kompluta fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-irċevuta tal-applikazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu limitu ta’ żmien li fih l-applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali, jekk l-applikazzjoni ma tkunx kompluta. Wara li l-applikazzjoni titqies kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant b’dan.

4.  
Fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni kompluta skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni għar-reġistrazzjoni ta’ PEPP biss jekk l-applikant ikun eliġibbli biex jipprovdi PEPPs skont il-paragrafu 1 u jekk l-informazzjoni u d-dokumenti sottomessi fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ikunu konformi ma’ dan ir-Regolament.
5.  
Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mit-teħid ta’ deċiżjoni għar-reġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lill-EIOPA d-deċiżjoni kif ukoll l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 2 u għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP applikant kif xieraq.

L-EIOPA ma għandhiex tkun responsabbli jew tinżamm responsabbli għal deċiżjoni għal reġistrazzjoni meħuda minn awtoritajiet kompetenti.

Meta l-awtoritajiet kompetenti jirrifjutaw li jagħtu reġistrazzjoni, huma għandhom joħorġu deċiżjoni motivata li għandha tkun soġġetta għal dritt għal appell.

6.  
F’każ li jkun hemm aktar minn awtorità kompetenti waħda fi Stat Membru għal tip speċifiku ta’ impriża finanzjarja kif imsemmi fil-paragrafu 1, dak l-Istat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda għal kull tip ta’ impriża finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 li tkun responsabbli għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni u għall-komunikazzjoni mal-EIOPA.

Kwalunkwe modifika sussegwenti għall-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti fl-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi notifikata immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti. Fejn modifiki jkunu fir-rigward tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-punti (a), (b), (d), (f) u (g) tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw dawk il-modifiki lill-EIOPA mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 7

Reġistrazzjoni ta’ PEPP

1.  
Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mid-data tal-komunikazzjoni tad-deċiżjoni għar-reġistrazzjoni kif ukoll tal-informazzjoni u tad-dokumenti skont l-Artikolu 6(5), l-EIOPA għandha tirreġistra l-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali imsemmi fl-Artikolu 13 u għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed.
2.  
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu n-notifika għar-reġistrazzjoni tal-PEPP imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-fornitur tal-PEPP applikant kif xieraq.
3.  
Il-fornitur tal-PEPP jista’ jipprovdi l-PEPP, u d-distributur tal-PEPP jista’ jiddistribwixxi l-PEPP sa mid-data tar-reġistrazzjoni tal-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.

Artikolu 8

Kundizzjonijiet għad-dereġistrazzjoni ta’ PEPP

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP meta:

(a) 

il-fornitur tal-PEPP jirrinunzja espressament għar-reġistrazzjoni;

(b) 

il-fornitur tal-PEPP ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(c) 

il-fornitur tal-PEPP ikun kiser serjament jew sistematikament dan ir-Regolament; jew

(d) 

il-fornitur tal-PEPP jew il-PEPP ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni.

2.  
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara t-teħid ta’ deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikawha lill-EIOPA u jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP kif xieraq.
3.  
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi n-notifika tad-deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EIOPA għandha tneħħi r-reġistrazzjoni tal-PEPP u għandha tinnotifika b’dan lill-awtoritajiet kompetenti.
4.  
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu n-notifika għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP msemmija fil-paragrafu 3, inkluża d-data tad-dereġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-fornitur tal-PEPP kif xieraq.
5.  
Il-fornitur tal-PEPP ma għandux jibqa’ jipprovdi l-PEPP u d-distributur tal-PEPP ma għandux jibqa’ jiddistribwixxi l-PEPP mid-data tad-dereġistrazzjoni tal-PEPP mir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.
6.  
Meta l-EIOPA tkun irċeviet informazzjoni rigward l-eżistenza ta’ waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mad-dmir ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA msemmija fl-Artikolu 66, l-EIOPA għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP biex jivverifikaw l-eżistenza ta’ tali ċirkostanzi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill-EIOPA s-sejbiet tagħhom u l-informazzjoni korrispondenti.
7.  
Qabel ma tittieħed deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jagħtu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-interessi tal-faddala tal-PEPP jiġu salvagwardjati.

Artikolu 9

Deżinjazzjoni

Id-deżinjazzjoni “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” b’rabta ma’ prodotti tal-pensjoni personali tista’ tintuża biss meta l-prodott tal-pensjoni personali jkun ġie rreġistrat mill-EIOPA biex jiġi ddistribwit bid-deżinjazzjoni “PEPP” f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Distribuzzjoni ta’ PEPPs

1.  
L-impriżi finanzjarji msemmija fl-Artikolu 6(1) jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li huma mmanifatturaw. Huma jistgħu jiddistribwixxu wkoll PEPPs li ma mmanifatturawx sakemm jikkonformaw mal-liġi settorjali rilevanti skont liema jistgħu jqassmu prodotti li ma jkunux immanifatturaw.
2.  
L-intermedjarji tal-assigurazzjoni rreġistrati f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/97 u d-ditti tal-investiment awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE għall-għoti ta’ pariri dwar l-investiment kif definit fil-punt 4 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE jistgħu jiddistribwixxu l-PEPPs li huma ma jkunux immanifatturaw.

Artikolu 11

Reġim prudenzjali applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri

Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament, kif ukoll mar-reġim prudenzjali rilevanti applikabbli għalihom f’konformità mal-atti leġiżlattivi msemmija fl-Artikoli 6(1) u 10(2).

Artikolu 12

Il-pubblikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali

1.  
It-testi tal-liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 47 u l-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni msemmija fl-Artikolu 57, inkluża informazzjoni dwar proċeduri nazzjonali addizzjonali stabbiliti għall-applikazzjoni għal vantaġġi u inċentivi stabbiliti fil-livell nazzjonali, fejn applikabbli, għandhom isiru pubbliċi u jinżammu aġġornati mill-awtorità nazzjonali rilevanti.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti kollha fi Stat Membru għandhom iżommu u jżommu aġġornata fuq is-sit web tagħhom link għat-testi msemmija fil-paragrafu 1.
3.  
Il-pubblikazzjoni tat-testi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun biss għal skopijiet ta’ informazzjoni u m’għandhiex toħloq obbligi jew responsabbiltajiet legali għall-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

Artikolu 13

Reġistru pubbliku ċentrali

1.  
L-EIOPA għandha żżomm reġistru pubbliku ċentrali li jidentifika kull PEPP irreġistrat skont dan ir-Regolament, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP ta’ dan il-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, id-data tar-reġistrazzjoni tal-PEPP, lista sħiħa tal-Istati Membri li fihom dan il-PEPP huwa offrut u lista sħiħa ta’ Stati Membri li għalihom il-fornitur tal-PEPP joffri subkont. Ir-reġistru għandu jkun disponibbli pubblikament f’format elettroniku u għandu jinżamm aġġornat.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EIOPA dwar ir-rabtiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) u għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata.
3.  
l-EIOPA għandha tippubblika u żżomm aġġornati l-links imsemmija fil-paragrafu 2 fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fil-paragrafu 1.

KAPITOLU III

FORNIMENT U PORTABILITÀ TRANSFRUNTIERA TAL-PEPP

TAQSIMA I

Libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà tal-istabbiliment

Artikolu 14

Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u libertà tal-istabbiliment mill-fornituri tal-PEPP u mid-distributuri tal-PEPP

1.  
Il-fornituri tal-PEPP jistgħu jipprovdu u d-distributuri tal-PEPP jistgħu jiddistribwixxu PEPPs fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti bil-libertà li jipprovdu servizzi jew bil-libertà tal-istabbiliment, dment li jagħmlu dan f’konformità mar-regoli u mal-proċeduri rilevanti stabbiliti minn jew skont l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni applikabbli għalihom msemmi fil-punti (a), (b), (d) u (e) tal-Artikolu 6(1) jew fl-Artikolu 10(2) u wara li jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jiftħu subkont għal dan l-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 21.
2.  
Il-fornituri tal-PEPP kif imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1) għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 15.

Artikolu 15

Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-IORPs u mill-AIFM tal-UE

1.  

Il-fornituri tal-PEPP kif imsemmija fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1) li beħsiebhom jipprovdu PEPPs lill-faddala tal-PEPP fit-territorju ta’ Stat Membru ospitanti għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u wara li jinnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jiftħu subkont għal dan l-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 21, għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħhom:

(a) 

l-isem u l-indirizz tal-fornitur tal-PEPP,

(b) 

l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP beħsiebu jipprovdi jew jiddistribwixxi PEPPs lill-faddala tal-PEPP.

2.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jibagħtu l-informazzjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-wasla għand l-Istat Membru ospitanti flimkien ma’ konferma li l-fornitur tal-PEPP imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(1). L-informazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti sakemm l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkollhomx raġuni biex jiddubitaw l-adegwatezza tal-istruttura amministrattiva fir-rigward tal-forniment ta’ PEPP, jew is-sitwazzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP kif imsemmi fil-punti (c) u (f) tal-Artikolu 6(1).

Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jirrifjutaw li jikkomunikaw l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, huma għandhom jagħtu r-raġunijiet tar-rifjut lill-fornitur tal-PEPP ikkonċernat fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha. Ir-rifjut jew kwalunkwe nuqqas milli tingħata tweġiba għandhom ikunu suġġetti għad-dritt li wieħed jirrikorri għall-qrati fl-Istat Membru ta’ domiċilju tal-PEPP.

3.  
Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom jirrikonoxxu li rċevew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mbagħad għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u li l-fornitur tal-PEPP jista’ jibda’ forniment tal-PEPP lill-faddala tal-PEPP f’dak l-Istat Membru.
4.  
Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tat-trażmissjoni tal-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-fornitur tal-PEPP jista’ jibda jipprovdi servizzi f’dak l-Istat Membru.
5.  
F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe informazzjoni imsemmija fil-paragrafu 1, il-fornitur tal-PEPP għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar il-bidla malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tan-notifika.
6.  
L-Istati Membri ospitanti jistgħu, għall-finijiet ta’ din il-proċedura, jaħtru awtoritajiet kompetenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt 18 tal-Artikolu 2 sabiex jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA, u jindikaw kwalunkwe diviżjoni ta’ dawk id-dmirijiet.

Artikolu 16

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti

1.  
Meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jkollhom raġuni li jqisu li PEPP huwa ddistribwit fit-territorju tiegħu jew li subkont għal dak l-Istat Membru jkun infetaħ bi ksur ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta mir-regoli applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 3, huma għandhom jirreferu s-sejbiet tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP.
2.  
Wara li jivvalutaw l-informazzjoni li jirċievu skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom, fejn applikabbli, jieħdu l-miżuri xierqa mingħajr dewmien biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni. Għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar kull tali miżura.
3.  
Meta l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jirriżultaw li mhumiex adegwati jew huma neqsin, u l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikompli jiddistribwixxi l-PEPP b’mod li huwa ta’ detriment b’mod ċar għall-interessi tal-faddala tal-PEPP tal-Istat Membru ospitanti jew għall-funzjonament ordnat tas-suq għal prodotti tal-pensjoni personali f’dak l-Istat Membru, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jieħdu l-miżuri xierqa biex jipprevjenu irregolaritajiet ulterjuri, inkluż, sa fejn ikun strettament meħtieġ, il-prevenzjoni li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikompli d-distribuzzjoni tal-PEPPs fit-territorju tagħhom.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-EIOPA u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.  
Il-paragrafi 1 sa 3 ma għandhomx jaffettwaw is-setgħa tal-Istat Membru ospitanti li jieħu miżuri xierqa u mhux diskriminatorji biex jipprevjeni jew jippenalizza irregolaritajiet imwettqa fit-territorju tiegħu, f’sitwazzjonijiet fejn azzjoni immedjata tkun strettament meħtieġa sabiex jiġu protetti d-drittijiet tal-konsumaturi fl-Istat Membru ospitanti, u fejn miżuri ekwivalenti tal-Istat Membru tad-domiċilju ma jkunux adegwati jew ikunu nieqsa, jew f’każijiet fejn l-irregolaritajiet ikunu kuntrarji għal dispożizzjonijiet legali nazzjonali li jipproteġu l-ġid ġenerali, sa fejn ikun strettament meħtieġ. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Istati Membri ospitanti għandhom ikollhom il-possibbiltà li jipprevjenu lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP milli jwettqu negozju ġdid fit-territorju tagħhom.
5.  
Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-fornitur tal-PEPP jew lid-distributur tal-PEPP f’dokument motivat tajjeb u nnotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mingħajr dewmien żejjed.

TAQSIMA II

Portabilità

Artikolu 17

Servizz tal-portabilità

1.  
Il-faddala tal-PEPP għandu jkollhom id-dritt li jużaw servizz tal-portabilità li jagħtihom id-dritt li jkomplu jikkontribwixxu fil-kont tal-PEPP eżistenti tagħhom, meta jbiddlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor.
2.  
Meta jużaw is-servizz tal-portabilità, il-faddala tal-PEPP huma intitolati jżommu l-vantaġġi u l-inċentivi kollha mogħtija mill-fornitur tal-PEPP u marbuta mal-investiment kontinwu fil-PEPP tagħhom.

Artikolu 18

Forniment tas-servizz tal-portabilità

1.  
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu s-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikolu 17 lill-faddala tal-PEPP li jkollhom kont tal-PEPP magħhom u li jitolbu dan is-servizz.
2.  
Meta jipproponi PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala prospettivi tal-PEPP b’informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità u fuq liema subkontijiet huma disponibbli minnufih.
3.  
Fi żmien tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull fornitur tal-PEPP għandu joffri subkontijiet nazzjonali għal mill-inqas żewġ Stati Membri fuq talba indirizzata lill-fornitur tal-PEPP.

Artikolu 19

Subkontijiet tal-PEPP

1.  
Meta l-fornituri tal-PEPP jipprovdu servizz ta’ portabilità lill-faddala tal-PEPP skont l-Artikolu 17, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiżguraw li meta jinfetaħ subkont ġdid f’xi kont tal-PEPP, dan għandu jikkorrispondi għar-rekwiżiti u għall-kundizzjonijiet legali stabbiliti fil-livell nazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 47 u 57 għall-PEPP mill-Istat Membru tar-residenza tal-PEPP il-ġdid. It-tranżazzjonijiet kollha fil-kont tal-PEPP għandhom jiddaħħlu f’subkont korrispondenti. Il-kontribuzzjonijiet li jkunu saru lis-subkont u t-teħid minnu jistgħu jkunu soġġetti għal kondizzjonijiet kuntrattwali separati.
2.  
Mingħajr preġudizzju għal-liġi settorjali applikabbli, il-fornituri tal-PEPP jistgħu jiżguraw ukoll il-konformità mar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 billi jistabbilixxu sħubija ma’ fornitur ieħor tal-PEPP reġistrat (is-“sieħeb”).

Wara li jiġi kkunsidrat l-ambitu tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu mis-sieħeb, is-sieħeb għandu jkun ikkwalifikat u kapaċi jwettaq il-funzjonijiet delegati. Il-fornitur tal-PEPP għandu jidħol fi ftehim bil-miktub mas-sieħeb. Il-ftehim ikun legalment eżegwibbli u jiddefinixxi b’mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tal-fornitur tal-PEPP u tas-sieħeb. Il-Ftehim għandu jikkonforma mar-regoli u l-proċeduri rilevanti għad-delega u għall-esternalizzazzjoni stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli għalihom kif imsemmi fl-Artikolu 6(1). Minkejja dak il-ftehim, il-fornitur tal-PEPP għandu jibqa’ responsabbli biss għar-responsabbiltajiet tiegħu skont dan ir-Regolament.

Artikolu 20

Ftuħ ta’ subkont ġdid

1.  
Minnufih wara li jiġi informat dwar il-bidla tar-residenza tal-faddal tal-PEPP għal Stat Membru ieħor, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar il-possibbiltà li jiftaħ subkont ġdid fi ħdan il-kont tal-faddal tal-PEPP u dwar il-perjodu ta’ żmien li fih jista’ jinfetaħ tali subkont.

F’dak il-każ, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP mingħajr ħlas il-KID tal-PEPP, li jkun fih ir-rekwiżiti speċifiċi msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 28(3) għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru ġdid ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP.

F’każ li ma jkunx hemm disponibbli subkont ġdid, il-fornitur tal-PEPP għandu jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar id-dritt li jaqleb mingħajr dewmien u mingħajr ħlas u dwar il-possibbiltà li jkompli jfaddal fl-aħħar subkont miftuħ.

2.  

Jekk il-faddal tal-PEPP ikun beħsiebu jagħmel użu mill-possibbiltà li jiftaħ subkont, il-faddal tal-PEPP għandu jinforma lill-fornitur tal-PEPP, b’dan li ġej:

(a) 

l-Istat Membru tar-residenza l-ġdid tal-faddal tal-PEPP;

(b) 

id-data li minnha jenħtieġ li l-kontribuzzjonijiet jiġu indirizzati lis-subkont il-ġdid;

(c) 

kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar kundizzjonijiet oħra għall-PEPP.

3.  
Il-faddal tal-PEPP jista’ jkompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ.
4.  
Il-fornitur tal-PEPP għandu joffri li jipprovdi lill-faddal tal-PEPP rakkomandazzjoni personalizzata li tispjega jekk il-ftuħ ta’ subkont ġdid fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP u li jsiru kontribuzzjonijiet għas-subkont il-ġdid ikunx aktar favorevoli milli jkompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont li nfetaħ.
5.  

Meta l-fornitur tal-PEPP ma jkunx jista’ jiżgura l-ftuħ ta’ subkont ġdid li jikkorrispondi mal-Istat Membru ġdid ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP, il-faddal tal-PEPP għandu skont l-għażla tiegħu jkun kapaċi:

(a) 

jibdel il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien u mingħajr ħlas minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 52(3) dwar il-frekwenza tal-bdil; jew

(b) 

ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont li nfetaħ.

6.  
Is-subkont il-ġdid għandu jinfetaħ billi jiġi emendat il-kuntratt PEPP eżistenti, bejn il-faddal tal-PEPP u l-fornitur tal-PEPP, f’konformità mad-dritt kuntrattwali applikabbli. Id-data tal-ftuħ għandha tiġi ddefinita fil-kuntratt.

Artikolu 21

Għoti ta’ informazzjoni dwar il-portabilità lill-awtoritajiet kompetenti

1.  
Il-fornitur tal-PEPP li jixtieq jiftaħ subkont ġdid għal Stat Membru ospitanti għall-ewwel darba għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
2.  

Il-fornitur tal-PEPP għandu jinkludi fin-notifika l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin:

(a) 

it-termini kuntrattwali standard tal-kuntratt tal-PEPP kif imsemmi fl-Artikolu 4, inkluż l-anness għas-subkont il-ġdid;

(b) 

il-KID tal-PEPP, li jkun fih ir-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondi għas-subkont il-ġdid skont il-punt (g) tal-Artikolu 28(3);

(c) 

id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċji tal-PEPP msemmija fl-Artikolu 36;

(d) 

informazzjoni dwar arranġamenti kuntrattwali msemmija fl-Artikolu 19(2), fejn applikabbli.

3.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jivverifikaw jekk id-dokumentazzjoni pprovduta hijiex kompluta u jibagħtuha fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu d-dokumentazzjoni kompleta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandhom mingħajr dewmien jirrikonoxxu li rċevew l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju mbagħad għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li l-informazzjoni waslet għand l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u li l-fornitur tal-PEPP jista’ jiftaħ subkont għal dak l-Istat Membru.

Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 4 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tat-trażmissjoni tad-dokumentazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP li s-subkont għal dak l-Istat Membru jista’ jinfetaħ.

6.  
F’każ ta’ bidla fi kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti imsemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-inqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti dwar il-bidla malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn xahar mill-wasla tan-notifika.

KAPITOLU IV

REKWIŻITI TA’ DISTRIBUZZJONI U TA’ INFORMAZZJONI

TAQSIMA I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 22

Prinċipju ġenerali

Meta jwettqu attivitajiet ta’ distribuzzjoni għall-PEPPs, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP dejjem għandhom jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali f’konformità mal-aħjar interessi tal-klijenti tal-PEPP tagħhom.

Artikolu 23

Reġim ta’ distribuzzjoni applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP

1.  

Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

(a) 

impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 23, 25 u l-Artikolu 30(3) ta’ dik id-Direttiva għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk ir-regoli fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ tali prodotti u ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);

(b) 

id-ditti ta’ investiment kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li daħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u l-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);

(c) 

il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP kollha għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u fl-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), (3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament;

2.  
Ir-regoli stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss sa fejn ma jkunx hemm dispożizzjoni aktar stretta fil-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti effett lir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97.

Artikolu 24

Distribuzzjoni elettronika u mezzi oħra li jservu għal żmien twil

Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu d-dokumenti u l-informazzjoni kollha msemmija f’dan il-Kapitolu mingħajr ħlas lill-klijenti tal-PEPP b’mod elettroniku, dment li l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jaħżen tali informazzjoni b’mod aċċessibbli għal referenza fil-futur u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni u li l-għodda tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna.

Fuq talba, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu dawk id-dokumenti u l-informazzjoni b’xejn fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil ukoll, inkluż fuq il-karta. Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinfurmaw lill-klijenti tal-PEPP dwar id-dritt tagħhom li jitolbu kopja ta’ dawk id-dokumenti fuq mezz ieħor li jservi għal żmien twil, inkluż il-karta, mingħajr ħlas.

Artikolu 25

Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza

1.  
Il-fornituri tal-PEPP għandhom iżommu, joperaw u jirrieżaminaw proċess għall-approvazzjoni ta’ kull PEPP, jew adattamenti sinifikanti ta’ PEPP eżistenti, qabel ma dan jiġi ddistribwit lill-klijenti tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat.

Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP.

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta’ kull PEPP.

2.  
Il-politiki, il-proċessi u l-arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont dan ir-Regolament jew li japplikaw bis-saħħa tiegħu inklużi dawk b’rabta mad-divulgazzjoni, mal-idoneità u mal-adegwatezza, mal-identifikazzjoni u mal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, mal-inċentivi u mal-fatturi ESG.

TAQSIMA II

Informazzjoni prekuntrattwali

Artikolu 26

KID tal-PEPP

1.  
Qabel ma PEPP jiġi propost lill-faddala tal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP għandu jfassal KID tal-PEPP għal dak il-prodott tal-PEPP f’konformità mar-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima u għandu jippubblika l-KID tal-PEPP fuq is-sit web tiegħu.
2.  
Il-KID tal-PEPP għandu jikkostitwixxi informazzjoni prekuntrattwali. Dan għandu jkun preċiż, ġust, ċar u ma jiżgwidax. Għandu jipprovdi informazzjoni ewlenija u għandu jkun konsistenti ma’ kwalunkwe dokument kuntrattwali vinkolanti, bil-partijiet rilevanti tad-dokumenti ta’ offerta u bil-patti u l-kundizzjonijiet tal-PEPP.
3.  
Il-KID tal-PEPP għandu jkun dokument awtonomu, separat b’mod ċar mill-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni. Huwa ma għandux ikun fih kontroreferenzi għal materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. Jista’ jkun fih kontroreferenzi għal dokumenti oħrajn inkluż prospett fejn applikabbli, u biss fejn il-kontroreferenza hija relatata mal-informazzjoni rikjesta li għandha tiġi inkluża fil-KID tal-PEPP minn dan ir-Regolament.

Għandu jitfassal KID tal-PEPP separat għal PEPP Bażiku.

4.  

Meta fornitur tal-PEPP joffri lil faddal tal-PEPP firxa ta’ opzjonijiet alternattivi ta’ investiment sabiex l-informazzjoni kollha meħtieġa fl-Artikolu 28(3) dwar dawk l-opzjonijiet ta’ investiment sottostanti ma tkunx tista’ tiġi pprovduta b’KID tal-PEPP uniku, konċiż u awtonomu, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipproduċu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

KID tal-PEPP awtonomu għal kull opzjoni ta’ investiment alternattiv;

(b) 

KID tal-PEPP ġeneriku li jipprovdi mill-inqas deskrizzjoni ġenerika tal-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment u li jiddikjara fejn u kif tista’ tinstab informazzjoni prekuntrattwali aktar dettaljata relatata mal-investimenti li jappoġġaw dawk l-opzjonijiet ta’ investiment.

5.  

F’konformità mal-Artikolu 24, il-KID tal-PEPP għandu jitfassal bħala dokument qasir miktub b’mod konċiż. Huwa għandu:

(a) 

jiġi ppreżentat u strutturat b’mod li jkun faċli biex jinqara, bl-użu ta’ tipa ta’ daqs li tinqara;

(b) 

jiffoka fuq l-informazzjoni ewlenija meħtieġa mill-klijenti tal-PEPP;

(c) 

jiġi espress b’mod ċar u miktub b’lingwaġġ u stil li jiffaċilita l-fehim tal-informazzjoni u, b’mod partikolari, b’lingwaġġ li jkun ċar, fil-qosor u komprensibbli.

6.  
Jekk jintużaw kuluri fil-KID tal-PEPP, dawn ma għandhomx inaqqsu l-komprensibbiltà tal-informazzjoni jekk il-KID tal-PEPP jiġi stampat jew fotokopjat fl-iswed u l-abjad.
7.  
Fejn il-marka korporattiva jew il-logo tal-fornitur tal-PEPP jew tal-grupp li minnu jagħmel parti jintużaw fil-KID tal-PEPP, dan ma għandux itellef mill-informazzjoni li jkun hemm fid-dokument jew joskura t-test.
8.  
Minbarra l-KID tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jipprovdu lill-faddala tal-PEPP prospettivi referenzi għal kwalunkwe rapport disponibbli pubblikament dwar il-kundizzjoni finanzjarja tal-fornitur tal-PEPP, inkluża s-solvenza tiegħu, biex b’hekk jippermettu lill-faddala tal-PEPP prospettivi aċċess faċli għal din l-informazzjoni.
9.  
Il-faddala tal-PEPP prospettivi għandhom jiġu pprovduti wkoll b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddala tal-PEPP li tkopri l-prestazzjoni ta’ mill-inqas 10 snin jew, f’każijiet meta l-PEPP ikun ilu jopera inqas minn 10 snin, li tkopri s-snin kollha li għalihom kien provdut il-PEPP. L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “il-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex indikattiva tal-prestazzjoni futura”.

Artikolu 27

Lingwa tal-KID tal-PEPP

1.  
Il-KID tal-PEPP għandu jinkiteb bil-lingwi uffiċjali, jew tal-inqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali, użati fil-parti tal-Istat Membru fejn jiġi distribwit il-PEPP, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew fejn ikun inkiteb b’lingwa differenti, dan għandu jiġi tradott f’waħda minn dawk il-lingwi.

It-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment u b’mod preċiż il-KID tal-PEPP.

2.  
Jekk PEPP jiġi kkummerċjalizzat fi Stat Membru permezz ta’ dokumenti ta’ kummerċjalizzazzjoni miktubin b’waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali ta’ dak l-Istat Membru, il-KID tal-PEPP għandu tal-inqas jinkiteb bil-lingwi uffiċjali korrispondenti.
3.  
Il-KID tal-PEPP għandu jkun disponibbli fuq talba f’format xieraq għall-faddala tal-PEPP b’indeboliment fil-vista.

Artikolu 28

Kontenut tal-KID tal-PEPP

1.  
It-titolu “Dokument bit-Tagħrif Ewlieni tal-PEPP” għandu jkun jidher b’mod prominenti fin-naħa ta’ fuq tal-ewwel paġna tal-KID tal-PEPP.

Il-KID tal-PEPP għandu jiġi ppreżentat fis-sekwenza stipulata fil-paragrafi 2 u 3.

2.  

Direttament taħt it-titlu għandha tidher dikjarazzjoni ta’ spjegazzjoni. Din għandha taqra:

“Dan id-dokument jipprovdilek informazzjoni ewlenija dwar dan il-Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP). Dan mhuwiex materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni. L-informazzjoni hija meħtieġa bil-liġi biex tgħinek tifhem in-natura, ir-riskji, il-kostijiet, il-gwadanji u t-telf potenzjali ta’ dan il-prodott tal-pensjoni personali u biex tgħinek tqabblu ma’ prodotti oħrajn”.

3.  

Il-KID tal-PEPP għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

fil-bidu tad-dokument: l-isem tal-PEPP, jekk huwiex PEPP Bażiku jew le, l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP, informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-PEPP fir-reġistru pubbliku ċentrali u d-data tad-dokument;

(b) 

id-dikjarazzjoni: “Il-prodott tal-irtirar deskritt f’dan id-dokument huwa prodott fuq terminu twil b’tifdija limitata li ma jistax jiġi tterminat fi kwalunkwe ħin.”;

(c) 

taħt taqsima bit-titolu “X’inhu dan il-prodott?”, in-natura u l-karatteristiċi ewlenin tal-PEPP, inkluż:

(i) 

l-objettivi fit-tul tal-irtirar u l-mezzi biex jinkisbu, b’mod partikolari jekk l-objettivi jinkisbux permezz ta’ esponiment dirett jew indirett għall-assi ta’ investiment sottostanti, inkluża deskrizzjoni tal-istrumenti sottostanti jew tal-valuri ta’ referenza, kif ukoll speċifikazzjoni tas-swieq li fihom jinvesti l-fornitur tal-PEPP kif ukoll, spjega dwar kif jiġi ddeterminat ir-redditu;

(ii) 

deskrizzjoni tat-tip ta’ faddal ta’ PEPP li għalih il-PEPP huwa intiż li jiġi kkummerċjalizzat, b’mod partikolari f’termini tal-kapaċità tal-faddal tal-PEPP li jkun jiflaħ għat-telf tal-investiment u l-orizzont tal-investiment;

(iii) 

dikjarazzjoni dwar

— 
jekk il-PEPP Bażiku jipprovdix garanzija fuq il-kapital jew jekk jiħux il-forma ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital; jew
— 
jekk u sa fejn kwalunkwe opzjoni alternattiva ta’ investiment, jekk applikabbli, tipprovdix garanzija jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju;
(iv) 

deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti u d-dritt ta’ modifika tal-forma tal-pagamenti kif imsemmi fl-Artikolu 59(1);

(v) 

meta l-PEPP jkopri r-riskju bijometriku: dettalji tar-riskji koperti u tal-benefiċċji tal-assigurazzjoni, inklużi ċ-ċirkustanzi li fihom dawk il-benefiċċji jistgħu jintalbu;

(vi) 

informazzjoni dwar is-servizz tal-portabilità, inkluża referenza għar-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13 fejn tinsab informazzjoni għall-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi tad-dekumulazzjoni determinata mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikoli 47 u 57;

(vii) 

dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP li jirtira kmieni mill-PEPP, inklużi t-tariffi kollha applikabbli, il-penalitajiet, u t-telf possibbli tal-protezzjoni tal-kapital u vantaġġi u inċentivi possibbli oħra;

(viii) 

dikjarazzjoni dwar il-konsegwenzi għall-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP jieqaf jikkontribwixxi għall-PEPP;

(ix) 

informazzjoni dwar is-subkontijiet disponibbli u dwar id-drittijiet tal-faddal tal-PEPP imsemmija fl-Artikolu 20(5);

(x) 

informazzjoni dwar id-dritt li faddal tal-PEPP jibdel u d-dritt li jirċievi informazzjoni dwar is-servizz ta’ bdil kif imsemmi fl-Artikolu 56;

(xi) 

il-kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżul imsemmija fl-Artikolu 44;

(xii) 

informazzjoni, fejn disponibbli, relatata mal-prestazzjoni tal-investimenti tal-fornitur tal-PEPP f’termini tal-fatturi ESG;

(xiii) 

il-liġi applikabbli għall-kuntratt tal-PEPP meta l-partijiet ma jkollhomx għażla libera tal-liġi jew, meta l-partijiet ikunu liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-fornitur tal-PEPP jipproponi li tingħażel.

(xiv) 

fejn applikabbli, jekk hemmx żmien biex wieħed jerġa’ jaħsibha jew perjodu ta’ kanċellazzjoni għall-faddal tal-PEPP;

(d) 

taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-riskji u x’nista’ niggwadanja?”, deskrizzjoni qasira tal-profil tar-riskji u l-gwadanji li tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i) 

indikatur sommarju tar-riskju, issupplementat minn spjegazzjoni narrattiva ta’ dak l-indikatur, il-limitazzjonijiet ewlenin tiegħu u spjegazzjoni narrattiva tar-riskji li huma materjalment rilevanti għall-PEPP u li mhumiex koperti b’mod adegwat mill-indikatur sommarju tar-riskju;

(ii) 

it-telf massimu possibbli tal-kapital investit, inkluża informazzjoni dwar:

— 
jekk il-faddal tal-PEPP jistax jitlef il-kapital investit kollu; jew
— 
jekk il-faddal tal-PEPP għandux ir-riskju li jassumi impenji jew obbligi finanzjarji addizzjonali;
(iii) 

xenarji tal-prestazzjoni xierqa u s-suppożizzjonijiet li fuqhom huma bbażati;

(iv) 

fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet għar-redditi għall-faddala tal-PEPP jew il-limiti massimi tal-prestazzjoni inkorporati;

(v) 

dikjarazzjoni li l-liġi tat-taxxa tal-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP jista’ jkollha impatt fuq il-pagamenti attwali;

(e) 

taħt taqsima bit-titolu “X’jiġri jekk [l-isem tal-fornitur tal-PEPP] ma jkunx jista’ jħallas?”, deskrizzjoni qasira ta’ jekk it-telf relatat huwiex kopert minn skema ta’ kumpens jew ta’ garanzija mill-investitur u jekk iva, liema skema hija, l-isem tal-garanti u liema riskji huma koperti mill-iskema u liema mhumiex;

(f) 

taħt taqsima bit-titolu “X’inhuma l-kostijiet?”, il-kostijiet assoċjati ma’ investiment fil-PEPP, li jinkludu kemm il-kostijiet diretti kif ukoll dawk indiretti li għandhom jitħallsu mill-faddal tal-PEPP, inklużi l-kostijiet ta’ darba u dawk rikorrenti, ippreżentati permezz ta’ indikaturi sommarji ta’ dawn il-kostijiet u, sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà, il-kostijiet aggregati totali espressi f’termini monetarji u perċentwali sabiex jintwerew l-effetti komposti tal-kostijiet totali fuq l-investiment.

Il-KID tal-PEPP għandu jinkludi indikazzjoni ċara li l-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandhom jipprovdu l-informazzjoni li tispjega fid-dettall kwalunkwe kost tad-distribuzzjoni li mhijiex diġà inkluża fil-kostijiet speċifikati hawn fuq, sabiex il-faddala tal-PEPP jkunu jistgħu jifhmu l-effett kumulattiv li dawk il-kostijiet aggregati għandhom fuq ir-redditu tal-investiment;

(g) 

taħt taqsima intitolata “X’inhuma r-rekwiżiti speċifiċi għas-subkont li jikkorrispondu għal [l-Istat Membru ta’ residenza tiegħi]?”:

(i) 

taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti riċevuti”:

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ akkumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 47;

(ii) 

taħt subtaqsima intitolata: “Rekwiżiti għall-fażi ta’ pagamenti maħruġa”:

deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet għall-fażi ta’ dekumulazzjoni, kif determinat mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP skont l-Artikolu 57;

(h) 

taħt taqsima bit-titolu “Kif nista’ nressaq ilment?”: informazzjoni dwar kif u lil min faddal tal-PEPP jista’ jressaq ilment dwar PEPP jew l-imġiba tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP;

4.  
It-tqassim tal-informazzjoni f’livelli meħtieġa skont il-paragrafu 3 għandhom ikunu permessi meta l-KID tal-PEPP jiġi pprovdut f’format elettroniku, fejn partijiet dettaljati tal-informazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati permezz ta’ pop-ups jew links għal-livelli li jakkumpanjawhom. F’dan il-każ, għandu jkun possibbli li l-KID tal-PEPP jiġi stampat bħala dokument uniku.
5.  

Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs, u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a) 

id-dettalji tal-preżentazzjoni, inklużi l-forma u t-tul tad-dokument, u l-kontenut ta’ kull wieħed mill-elementi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;

(b) 

il-metodoloġija li hi l-bażi tal-preżentazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji kif imsemmi fil-punti (d)(i) u (iii) tal-paragrafu 3;

(c) 

il-metodoloġija għall-kalkolu tal-kostijiet, inkluża l-ispeċifikazzjoni tal-indikaturi sommarji, kif imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 3.

(d) 

meta l-informazzjoni tiġi ppreżentata f’format elettroniku f’livelli ta’ informazzjoni, liema informazzjoni għandha tkun fl-ewwel livell, u liema informazzjoni tista’ tiġi pprovduta fil-livelli addizzjonali ta’ dettall.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura fit-tul tal-PEPP, il-kapaċitajiet tal-faddala tal-PEPP kif ukoll il-karatteristiċi tal-PEPPs sabiex tippermetti li l-faddal tal-PEPP jiddeċiedi bejn opzjonijiet differenti ta’ investiment u tipi oħra ta’ opzjonijiet previsti mill-PEPP, inkluż fejn dik l-għażla tista’ ssir f’punti ta’ żmien differenti, jew inkella tinbidel fil-ġejjieni.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 29

Materjal ta’ kummerċjalizzazzjoni

Il-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni li fih informazzjoni speċifika relatata mal-PEPP ma għandux jinkludi ebda dikjarazzjoni li tikkontradixxi l-informazzjoni li tinsab fil-KID tal-PEPP jew li tnaqqas is-sinifikat tal-KID tal-PEPP. Il-materjal tal-kummerċjalizzazzjoni għandu jindika li KID tal-PEPP huwa disponibbli u jipprovdu informazzjoni dwar kif u fejn jista’ jinkiseb, inkluż is-sit web tal-fornitur tal-PEPP.

Artikolu 30

Kontenut tal-KID tal-PEPP

1.  
Il-fornitur tal-PEPP għandu jirrieżamina l-informazzjoni li tinsab fil-KID tal-PEPP tal-inqas kull sena u għandu jirrevedi d-dokument minnufih meta r-rieżami jindika li jeħtieġ li jsiru xi bidliet. Il-verżjoni riveduta għandha ssir disponibbli fil-pront.
2.  
Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs, u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom KID tal-PEPP għandu jkun rieżaminat u rivedut.

L-EIOPA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 31

Responsabbiltà ċivili

1.  
Il-fornitur tal-PEPP ma għandux ikollu jassumi responsabbiltà ċivili sempliċement abbażi tal-KID tal-PEPP, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, sakemm dan ma jkunx żgwidanti, mhux preċiż jew inkonsistenti mal-partijiet rilevanti tad-dokumenti prekuntrattwali u kuntrattwali legalment vinkolanti jew mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 28.
2.  
Faddal tal-PEPP li juri telf li jirriżulta minn-dipendenza fuq KID tal-PEPP taħt iċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1, meta jikkonkludi kuntratt tal-PEPP li għalih ġie prodott KID tal-PEPP, jista’ jagħmel talba għad-danni mill-fornitur tal-PEPP għal dak it-telf f’konformità mal-liġi nazzjonali.
3.  
Elementi bħal “telf” jew “danni”, kif imsemmija fil-paragrafu 2, li mhumiex definiti, għandhom jiġu interpretati u applikati f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli kif stabbilit mir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat.
4.  
Dan l-Artikolu ma jeskludix talbiet ulterjuri għal responsabbiltà ċivili f’konformità mal-liġi nazzjonali.
5.  
L-obbligi taħt dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu limitati u lanqas irrinunzjati minn klawżoli kuntrattwali.

Artikolu 32

Kuntratti tal-PEPP li jkopru riskji bijometriċi

Meta l-KID tal-PEPP jikkonċerna kuntratt tal-PEPP li jkopri r-riskji bijometriċi, l-obbligi tal-fornitur tal-PEPP taħt din it-taqsima għandhom ikunu biss fir-rigward tal-faddal tal-PEPP.

Artikolu 33

Forniment tal-KID tal-PEPP

1.  
Fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddala tal-PEPP prospettivi il-KIDs tal-PEPP kollha mfassla f’konformità mal-Artikolu 26 meta jagħti pariri dwar, jew joffri għall-bejgħ, PEPP, fi żmien biżżejjed qabel dawk il-faddala tal-PEPP jintrabtu bi kwalunkwe kuntratt jew offerta tal-PEPP relatata ma’ dak il-kuntratt tal-PEPP.
2.  
Fornitur tal-PEPP jew distributur tal-PEPP jista’ jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 1 billi jipprovdi l-KID tal-PEPP lil persuna fiżika li jkollha mandat bil-miktub sabiex tieħu deċiżjonijiet ta’ investiment f’isem faddal tal-PEPP fir-rigward tat-tranżazzjonijiet konklużi fl-ambitu ta’ dak il-mandat bil-miktub.
3.  
Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra fejn xieraq, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kondizzjonijiet biex jiġi ssodisfat ir-rekwiżit li jiġi pprovdut KID tal-PEPP kif stabbilit fil-paragrafu 1.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

TAQSIMA III

Pariri

Artikolu 34

Speċifikazzjoni tat-talbiet u l-ħtiġijiet u l-għoti ta’ pariri

1.  
Qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt mal-PEPP, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jispeċifika, fuq il-bażi tal-informazzjoni mitluba u miksuba mingħand il-faddal tal-PEPP prospettiv, it-talbiet relatati mal-irtirar u l-ħtiġijiet ta’ dak il-faddal tal-PEPP prospettiv, inkluż il-ħtieġa possibbli li jakkwista prodott li joffri l-annwalitajiet, u għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP prospettiv b’informazzjoni oġġettiva dwar il-PEPP f’forma komprensibbli biex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni informata.

Kwalunkwe kuntratt tal-PEPP propost għandu jkun konsistenti mat-talbiet u mal-ħtiġijiet relatati mal-irtirar tal-faddala tal-PEPP, filwaqt li jqis l-intitolamenti li jkunu akkumulaw tal-irtirar tagħhom.

2.  
Il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi pariri lill-faddal tal-PEPP prospettiv qabel il-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP billi jipprovdi lill-faddal tal-PEPP prospettiv b’rakkomandazzjoni personali li tispjega għaliex PEPP partikolari, inkluża opzjoni ta’ investiment partikolari, jekk applikabbli, jkun jissodisfa bl-aħjar mod it-talbiet u l-ħtiġijiet tal-faddal tal-PEPP.

Il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jipprovdi wkoll lill-faddal tal-PEPP prospettiv bi projezzjonijiet personalizzati ta’ benefiċċji tal-pensjoni għall-prodott irrakkomandat abbażi tal-aktar data bikrija li fiha tista’ tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni u dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li dawk il-projezzjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji tal-PEPP riċevuti. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-kuntratt tal-PEPP.

3.  
Jekk PEPP Bażiku jiġi offrut mingħajr tal-inqas garanzija fuq il-kapital, il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP għandu jispjega b’mod ċar l-eżistenza ta’ PEPPs b’garanzija fuq il-kapital, ir-raġunijiet għar-rakkomandazzjoni ta’ PEPP Bażiku abbażi ta’ teknika ta’ mitigazzjoni tar-riskju konsistenti bl-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital u juri b’mod ċar kwalunkwe riskju addizzjonali li tali PEPPs jistgħu jinvolvu b’paragun ma’ garanzija kapitali abbażi ta’ PEPP Bażiku li jipprovdi garanzija fuq il-kapital. Din l-ispjegazzjoni għandha ssir bil-miktub.
4.  
Meta jagħti pariri il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-Regolament għandu jitlob lill-faddal tal-PEPP prospettiv jipprovdi informazzjoni rigward l-għarfien u l-esperjenza ta’ dik il-persuna fil-qasam tal-investiment rilevanti tal-PEPP offrut jew mitlub, u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ dik il-persuna, inkluża l-kapaċità tagħha li ġġarrab telf u l-objettivi ta’ investiment tagħha, inkluża t-tolleranza tagħha għar-riskju sabiex il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP ikun jista’ jirrakkomanda lill-faddal PEPP prospettiv wieħed jew aktar li jkunu adattati għal dik il-persuna u, b’mod partikolari, dawk li jkunu konformi mat-tolleranza tal-faddal għar-riskju u mal-kapaċità tagħha li ġġarrab telf.
5.  
Ir-responsabbiltajiet tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP m’għandhomx jitnaqqsu minħabba l-fatt li l-parir jingħata kompletament jew parzjalment permezz ta’ sistema awtomatizzata jew semiawtomatizzata.
6.  
Mingħajr preġudizzju għal liġi settorjali applikabbli aktar stretta, il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jiżguraw u juru lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba ta’ dawn, li l-persuni fiżiċi li jagħtu pariri dwar il-PEPPs għandhom l-għarfien u l-kompetenza meħtieġa biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-kriterji li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta’ tali għarfien u kompetenza.

TAQSIMA IV

Informazzjoni matul it-terminu tal-kuntratt

Artikolu 35

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Il-fornituri tal-PEPP għandhom ifasslu dokument konċiż ippersonalizzat li għandu jiġi provdut matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni li jkun fih l-informazzjoni ewlieni għal kull faddal tal-PEPP b’kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali tal-pensjonijiet u ta’ kwalunkwe liġi, inklużi dawk soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti (“Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”). It-titlu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem “Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP”.
2.  
Id-data eżatta li għaliha tirreferi l-informazzjoni mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tiġi ddikjarata b’mod prominenti.
3.  
L-informazzjoni li tinsab fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tkun preċiża u aġġornata.
4.  
Il-fornitur tal-PEPP għandu jagħmel id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP disponibbli għal kull faddal tal-PEPP kull sena.
5.  
Kwalunkwe tibdil materjali fl-informazzjoni mniżżla fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP meta mqabbla ma’ dik tas-sena preċedenti għandha tiġi indikata b’mod ċar.
6.  

Barra d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-faddal tal-PEPP għandu jinżamm informat minnufih tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla fil-kuntratt li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

it-termini tal-kuntratt inklużi kondizzjonijiet ta’ politika ġenerali u speċjali;

(b) 

l-isem tal-fornitur tal-PEPP, il-forma ġuridika tiegħu jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tiegħu u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(c) 

informazzjoni dwar kif il-polza ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ESG.

Artikolu 36

Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP

1.  

Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandu jinkludi mill-inqas, din l-informazzjoni essenzjali li ġejja għall-faddala tal-PEPP:

(a) 

id-dettalji personali tal-faddal tal-PEPP u l-eqreb data li fiha tista’ tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni għal kwalunkwe subkont;

(b) 

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tal-PEPP u identifikazzjoni tal-kuntratt tal-PEPP;

(c) 

l-Istat Membru li fih il-fornitur tal-PEPP hu awtorizzat jew irreġistrat u l-ismijiet tal-awtoritajiet kompetenti;

(d) 

informazzjoni dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċji tal-pensjoni bbażati fuq id-data msemmija fil-punt (a), u dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li dawk il-previżjonijiet jistgħu jvarjaw mill-valur finali tal-benefiċċji tal-PEPP riċevuti. Jekk il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni jkunu bbażati fuq xenarji ekonomiċi, dik l-informazzjoni għandha tinkludi wkoll xenarju bbażat fuq l-aħjar stima u xenarju mhux favorevoli, filwaqt li titqies in-natura speċifika tal-kuntratt tal-PEPP;

(e) 

informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-faddal tal-PEPP jew minn kwalunkwe parti terza fil-kont tal-PEPP matul l-aħħar 12-il xahar;

(f) 

rendikont tal-kostijiet kollha mħallsa direttament jew indirettament mill-faddal tal-PEPP matul l-aħħar 12-il xahar, bl-indikazzjoni tal-kostijiet tal-amministrazzjoni, il-kostijiet tas-salvagwardja tal-assi, l-ispejjeż relatati mat-tranżazzjonijiet f’portafoll u spejjeż oħrajn, kif ukoll stima tal-impatt tal-ispejjeż fuq il-benefiċċji finali tal-PEPP; dawn il-kostijiet għandhom jiġu espressi kemm f’termini monetarji kif ukoll bħala perċentwal tal-kontribuzzjonijiet matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(g) 

fejn applikabbli, in-natura u l-mekkaniżmu tat-tekniki ta’ garanzija jew ta’ mitigazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 46;

(h) 

fejn applikabbli, l-għadd u l-valur tal-unitajiet li jikkorrispondu għall-kontribuzzjonijiet tal-faddal tal-PEPP matul it-12-il xahar ta’ qabel;

(i) 

l-ammont totali fil-kont tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP fid-data tad-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 35;

(j) 

informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-opzjoni ta’ investiment tal-faddal tal-PEPP li tkopri l-prestazzjoni ta’ mill-inqas 10 snin jew, f’każijiet meta l-PEPP ikun ilu jopera inqas minn 10 snin, li tkopri s-snin kollha li għalihom kien provdut il-PEPP. Informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi għandha tkun akkumpanjata mid-dikjarazzjoni “il-prestazzjoni fl-imgħoddi mhijiex indikattiva tal-prestazzjoni futura”;

(k) 

għall-kontijiet tal-PEPP b’aktar minn subkont wieħed, l-informazzjoni fid-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha titqassam għas-subkontijiet eżistenti kollha;

(l) 

sommarju tal-informazzjoni dwar il-politika ta’ investiment relatata mal-fatturi ESG.

2.  
F’konsultazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew u mal-awtoritajiet kompetenti, l-EIOPA għandha tadotta abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ir-regoli li jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet dwar il-projezzjonijiet tal-benefiċċju tal-pensjoni msemmija fil-punt (d), tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 34(2). Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-fornituri tal-PEPP biex jiddeterminaw, fejn rilevanti, ir-rata annwali ta’ redditu nominali fuq l-investiment, ir-rata annwali ta’ inflazzjoni u t-tendenza tal-pagi fil-futur.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 37

Informazzjoni supplimentari

1.  

Id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għandha tispeċifika fejn u kif tista’ tinkiseb l-informazzjoni supplimentari, inklużi:

(a) 

aktar informazzjoni prattika dwar id-drittijiet u l-opzjonijiet tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tal-investimenti, il-fażi ta’dekumulazzjoni, is-servizz tal-bdil u s-servizz tal-portabilità;

(b) 

il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali tal-fornitur tal-PEPP li huma pubblikament disponibbli;

(c) 

dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta’ investiment tal-fornitur tal-PEPP li tal-inqas ikun fiha informazzjoni dwar il-metodi tal-kejl tar-riskju ta’ investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskju u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u tad-durata tal-obbligazzjonijiet tal-PEPP, kif ukoll kif il-politika ta’ investiment tieħu f’kunsiderazzjoni fatturi ESG.

(d) 

fejn applikabbli, informazzjoni dwar is-suppożizzjonijiet użati għall-ammonti espressi f’annwalitajiet, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata tal-annwalità, tat-tip ta’ fornitur tal-PEPP u tad-durata tal-annwalità;

(e) 

il-livell ta’ benefiċċji tal-PEPP, f’każ ta’ rimborż qabel id-data msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 36(1).

2.  
Biex tkun żgurata applikazzjoni konsistenti tal-Artikolu 36 u ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha, wara li tikkonsulta lill-ESAs u wara li twettaq testijiet tal-konsumatur u testijiet tal-industrija, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 u f’dan l-Artikolu. Fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi kif imsemmi fil-punt (j) tal-Artikolu 36(1), id-differenzi bejn l-opzjonijiet ta’ investiment għandhom jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari jekk il-faddal tal-PEPP jassumi r-riskju tal-investiment jew jekk l-opzjoni ta’ investiment tkun dipendenti fuq l-età jew tinkludi t-tul ta’ żmien korrispondenti.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

3.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(2) u l-punt (d) tal-Artikolu 36(1), sabiex jippermettu t-tqabbil ma’ prodotti nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-fornituri tal-PEPP jipprovdu lill-faddala tal-PEPP bi projezzjonijiet addizzjonali tal-benefiċċji tal-pensjoni meta r-regoli jiddeterminaw li s-suppożizzjonijiet ikunu stabbiliti mill-Istati Membri rispettivi.

Artikolu 38

Informazzjoni li għandha tingħata lill-faddala tal-PEPP matul il-fażi ta’ qabel l-irtirar u lill-benefiċjarji tal-PEPP matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni

1.  
Minbarra d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu lil kull faddal tal-PEPP xahrejn qabel id-dati msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 59(1) jew fuq talba tal-faddal tal-PEPP, b’informazzjoni dwar il-bidu li jmiss tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u l-possibbiltà li l-faddal tal-PEPP jimmodifika l-forma ta’ pagamenti maħruġa f’konformità mal-Artikolu 59(1).
2.  
Matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu annwalment lill-benefiċjarji tal-PEPP b’ informazzjoni dwar il-benefiċċji dovuti tal-PEPP u l-forma korrispondenti ta’ pagamenti maħruġa.

Meta l-faddal tal-PEPP ikompli jagħmel kontribuzzjonijiet jew jassumi r-riskju tal-investiment matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornitur tal-PEPP għandu jkompli jipprovdi d-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP li tkun fiha l-informazzjoni rilevanti.

Artikolu 39

Informazzjoni li għandha tingħata fuq talba lill-faddala tal-PEPP u lill-benefiċjarji tal-PEPP

Fuq it-talba ta’ faddal tal-PEPP jew ta’ benefiċjarju tal-PEPP jew tar-rappreżentanti tagħhom, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi l-informazzjoni supplimentari msemmija fl-Artikolu 37(1) u informazzjoni supplimentari dwar is-suppożizzjonijiet użati biex jiġu ġġenerati l-projezzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 36(1).

TAQSIMA V

Rapportar lill-awtoritajiet nazzjonali

Artikolu 40

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni li hi neċessarja għall-finijiet tas-superviżjoni minbarra l-informazzjoni provduta skont il-liġi settorjali rilevanti. Dik l-informazzjoni addizzjonali għandha tinkludi, fejn applikabbli, l-informazzjoni neċessarja biex jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin meta jitwettaq proċess tar-rieżami superviżorju:

(a) 

għall-valutazzjoni tal-governanza applikata mill-fornituri tal-PEPP, in-negozju li jkunu qegħdin iwettqu, il-prinċipji ta’ valutazzjoni applikati għall-finijiet tas-solvibbiltà, ir-riskji indirizzati u s-sistemi ta’ mmaniġġjar tar-riskju, u l-istruttura kapitali, il-ħtiġijiet u l-ġestjoni tagħhom;

(b) 

biex jittieħdu d-deċiżjonijiet xierqa li jirriżultaw mit-twettiq tad-drittijiet u l-obbligi superviżorji tagħhom.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti, minbarra s-setgħat mogħtija lilhom skont il-liġi nazzjonali, għandu jkollhom is-setgħat li ġejjin:

(a) 

li jiddeterminaw in-natura, l-ambitu u l-format tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 li huma jeħtieġu li l-fornituri tal-PEPP jippreżentaw f’intervalli predefiniti, meta jseħħu avvenimenti predefiniti jew matul inkjesti dwar is-sitwazzjoni ta’ fornitur tal-PEPP;

(b) 

biex jiksbu mingħand il-fornituri tal-PEPP kwalunkwe informazzjoni dwar kuntratti li huma miżmuma mill-fornituri tal-PEPP jew rigward kuntratti li jidħlu fihom ma’ partijiet terzi; u

(c) 

biex jitolbu informazzjoni mingħand esperti esterni, bħal awdituri u attwarji.

3.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha tinkludi dan li ġej:

(a) 

elementi kwalitattivi jew kwantitattivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(b) 

elementi storiċi, attwali jew prospettivi, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom;

(c) 

data minn għejun interni jew esterni, jew kwalunkwe taħlita xierqa minnhom.

4.  

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandha:

(a) 

tirrifletti n-natura, l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-fornitur tal-PEPP ikkonċernat, u b’mod partikolari r-riskji inerenti f’dak in-negozju;

(b) 

tkun aċċessibbli, sħiħa f’kull aspett materjali, kumparabbli u konsistenti matul iż-żmien;

(c) 

tkun rilevanti, affidabbli u komprensibbli.

5.  

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti kull sena l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

għal liema Stati Membri l-fornitur tal-PEPP joffri subkontijiet;

(b) 

l-għadd ta’ notifiki f’konformità mal-Artikolu 20(1) li waslu mill-faddala tal-PEPP li jkunu bidlu r-residenza tagħhom għal Stat Membru ieħor;

(c) 

l-għadd ta’ talbiet għall-ftuħ ta’ subkont u l-għadd ta’ subkontijiet miftuħa f’konformità mal-Artikolu 20(2);

(d) 

l-għadd ta’ talbiet mill-faddala tal-PEPP għall-qlib u t-trasferimenti reali magħmula f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 20(5);

(e) 

l-għadd ta’ talbiet mill-faddala tal-PEPP għall-qlib u t-trasferimenti reali magħmula f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 52(3);

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni rilevanti lill-EIOPA.

6.  
Il-fornituri tal-PEPP għandu jkollhom sistemi u strutturi xierqa fis-seħħ biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 5 kif ukoll politika miktuba, approvata mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-fornitur tal-PEPP, filwaqt li jiżguraw l-adegwatezza kontinwa tal-informazzjoni ppreżentata.
7.  
Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti u sabiex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn dan ir-Regolament, l-EIOPA għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni ppreżentata mill-fornituri tal-PEPP.
8.  
Meta l-kontribuzzjonijiet tal-PEPP u l-benefiċċji tal-PEPP ikunu eliġibbli għal vantaġġi jew inċentivi, il-fornitur tal-PEPP għandu, f’konformità mal-liġi nazzjonali rilevanti, jippreżenta lill-awtorità nazzjonali rilevanti l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-forniment jew l-irkupru tat-tali vantaġġi u inċentivi riċevuti fir-rigward ta’ tali kontribuzzjonijiet u benefiċċji, fejn applikabbli.
9.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu, bl-għan li tiżgura l-konverġenza sal-punt xieraq tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra u lill-awtoritajiet kompetenti u wara l-ittestjar tal-industrija, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni rigward il-format tar-rapportar superviżorju.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

KAPITOLU V

FAŻI TA’ AKKUMULAZZJONI

TAQSIMA I

Regoli ta’ investiment għall-fornituri tal-PEPP

Artikolu 41

Regoli ta’ investiment

1.  

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jinvestu l-assi korrispondenti għall-PEPP f’konformità mar-regola tal-“persuna prudenti” u b’mod partikolari f’konformità mar-regoli li ġejjin:

(a) 

l-assi għandhom jiġu investiti fl-aħjar interessi fuq terminu twil tal-faddala tal-PEPP inġenerali. Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi potenzjali, il-fornitur tal-PEPP, jew l-entità li timmaniġġja l-portafoll tiegħu, għandhom jiżguraw li l-investiment isir fl-interess uniku tal-faddala tal-PEPP;

(b) 

fl-ambitu tar-regola tal-persuna prudenti, il-fornituri tal-PEPP għandhom iqisu r-riskji relatati mal-impatt potenzjali fit-tul tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq il-fatturi ESG;

(c) 

l-assi għandhom ikunu investiti b’mod li jiġu żgurati s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll kollu kemm hu;

(d) 

l-assi għandhom predominantement ikunu investiti fi swieq regolati. Investiment f’assi li mhumiex ammessi għan-negozju f’suq finanzjarju rregolat għandu jinżamm f’livelli prudenti;

(e) 

investiment fi strumenti derivattivi għandu jkun possibbli sal-limitu li dawn l-istrumenti jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji ta’ investiment jew jiffaċilita l-immaniġġjar effiċjenti tal-portafoll. Dawk l-istrumenti għandhom ikunu stmati fuq bażi prudenzjali, filwaqt li jittieħed kont tal-assi sottostanti, u inklużi fil-valwazzjoni tal-assi ta’ fornitur tal-PEPP. Il-fornituri tal-PEPP għandhom jevitaw ukoll milli kontroparti waħda u operazzjonijiet derivattivi oħra jiġu skoperti eċċessivament għar-riskji;

(f) 

l-assi għandhom ikunu ddiversifikati kif imiss b’tali mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva fuq xi assi partikolari, fuq l-emittent jew fuq grupp ta’ impriżi u akkumulazzjonijiet ta’ riskju fil-portafolli kollha kemm huma. Investimenti f’assi maħruġa mill-istess emittenti jew minn emittenti li jagħmlu parti mill-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-fornitur tal-PEPP għal konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji;

(g) 

l-assi ma għandhomx ikunu investiti f’ġurisdizzjoni li ma tikkooperax għal skopijiet ta’ taxxa identifikati fil-konklużjonijiet applikabbli tal-Kunsill dwar il-lista ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta’ taxxa, u lanqas f’pajjiż terz b’riskju għoli b’nuqqasijiet strateġiċi identifikati mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni applikabbli adottat abbażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(h) 

il-fornitur tal-PEPP ma għandux jiskopri lilu nnifsu u l-assi korrispondenti għall-PEPP għal riskji li jirriżultaw minn ingranaġġ eċċessiv u minn trasformazzjoni ta’ maturità eċċessiva.

2.  
Ir-regoli stipulati fil-punti (a) sa (h) tal-paragrafu 1 japplikaw biss sa fejn ma jkun hemm ebda dispożizzjoni iktar strinġenti fil-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.

TAQSIMA II

Opzjonijiet ta’ investiment għall-faddala tal-PEPP

Artikolu 42

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  
Il-fornituri tal-PEPP għandhom joffru sa sitt opzjonijiet ta’ investiment lill-faddala tal-PEPP.
2.  
L-opzjonijiet ta’ investiment għandhom jinkludu PEPP Bażiku u jistgħu jinkludu opzjonijiet alternattivi ta’ investiment.
3.  
L-opzjonijiet ta’ investiment kollha għandhom jitfasslu mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ garanzija jew ta’ teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju li għandhom jiżguraw protezzjoni suffiċjenti għall-faddala tal-PEPP.
4.  
L-għoti ta’ garanziji għandu jkun soġġett għal-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP.
5.  
Il-fornituri tal-PEPP imsemmija fil-punti (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) jistgħu joffru PEPP b’garanzija biss billi jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew impriżi tal-assigurazzjoni li jistgħu jipprovdu tali garanziji skont il-liġi settorjali applikabbli għalihom. Dawk l-istituzzjonijiet jew l-impriżi għandhom ikunu responsabbli biss għall-garanzija.

Artikolu 43

Għażla minn fost opzjonijiet ta’ investiment mill-faddal tal-PEPP

Wara li jirċievi l-informazzjoni u l-pariri rilevanti, il-faddal tal-PEPP għandu jagħżel opzjoni ta’ investiment meta jikkonkludi l-kuntratt tal-PEPP.

Artikolu 44

Kundizzjonijiet għall-modifika tal-opzjoni ta’ investiment magħżula

1.  
Jekk il-fornitur tal-PEPP jipprovdi opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, il-faddal tal-PEPP, filwaqt li jakkumula fil-PEPP, għandu jkun jista’ jagħżel opzjoni ta’ investiment differenti wara minimu ta’ ħames snin mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP u, fil-każ ta’ bidliet sussegwenti, wara ħames snin mill-iktar bidla reċenti tal-opzjoni ta’ investiment. Il-fornitur tal-PEPP jista’ jħalli lill-faddal tal-PEPP jimmodifika l-opzjoni ta’ investiment magħżula b’mod aktar frekwenti.
2.  
Il-modifika tal-opzjoni ta’ investiment għandha tkun mingħajr ħlas għall-faddal tal-PEPP.

Artikolu 45

Il-PEPP Bażiku

1.  
Il-PEPP bażiku għandu jkun prodott sikur u jirrappreżenta l-opzjoni prestabbilita ta’ investiment. Dan għandu jkun iddisinjat mill-fornituri tal-PEPP fuq il-bażi ta’ garanzija fuq il-kapital li għandu jkun dovut fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni u matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, fejn applikabbli, jew teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju konsistenti mal-objettiv li jippermetti lill-faddal tal-PEPP jirkupra l-kapital.
2.  
Il-kostijiet u t-tariffi ġenerali għall-PEPP Bażiku m’għandhomx jaqbżu l-1 % tal-kapital akkumulat fis-sena.
3.  
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-fornituri tal-PEPP differenti u t-tipi differenti ta’ PEPPs, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw it-tipi ta’ kostijiet u tariffi msemmija fil-paragrafu 2, wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra fejn applikabbli.

Meta tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-EIOPA għandha tqis id-diversi tipi possibbli ta’ PEPPs, in-natura tal-irtirar fit-tul tal-PEPP u d-diversi karatteristiċi possibbli tal-PEPPs, b’mod partikolari l-pagamenti maħruġa fil-forma ta’ annwalitajiet fit-tul jew prelevamenti annwali sa mill-inqas l-età li tikkorrispondi għall-istennija medja tal-ħajja tal-faddal tal-PEPP. L-EIOPA għandha tivvaluta wkoll in-natura pekuljari tal-protezzjoni tal-kapital b’kunsiderazzjoni speċifika għall-garanzija kapitali. L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

4.  
Kull sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, wara li tkun ikkonsultat lill-EIOPA u, fejn applikabbli, lill-ASEs l-oħra, tirrevedi l-adegwatezza tal-valur perċentwali msemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha, b’mod partikolari, tqis il-livell attwali u l-bidliet fil-livell attwali tal-kostijiet u t-tariffi u l-impatt fuq id-disponibbiltà tal-PEPPs.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 biex temenda l-valur perċentwali msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tar-rieżamijiet tagħha bil-ħsieb li tippermetti aċċess xieraq għas-suq għall-fornituri tal-PEPP.

Artikolu 46

Tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju

1.  
L-użu tat-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għandu jiżgura li l-istrateġija ta’ investiment għall-PEPP titfassal b’tali mod li jinbena introjtu individwali stabbli u adegwat wara l-irtirar fil-ġejjieni mill-PEPP u jiġi żgurat trattament ġust tal-ġenerazzjonijiet kollha ta’ faddala tal-PEPP.

It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju kollha, kemm jekk applikati taħt il-PEPP Bażiku jew għall-opzjonijiet alternattivi ta’ investiment, għandhom ikunu sodi, robusti u konsistenti mal-profil tar-riskju tal-opzjoni ta’ investiment korrispondenti.

2.  

It-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet:

(a) 

għall-adattament gradwali tal-allokazzjoni tal-investiment sabiex jiġu mmitigati r-riskji finanzjarji tal-investimenti għal gruppi li jikkorrispondu għat-tul ta’ żmien li fadal (iċ-ċiklu tal-ħajja);

(b) 

li jistabbilixxu riżervi minn kontribuzzjonijiet jew redditi ta’ investiment, li għandhom jiġu allokati għall-faddala tal-PEPP b’mod ġust u trasparenti, sabiex jiġi mmitigat it-telf mill-investiment; jew

(c) 

biex jintużaw garanziji xierqa li jipproteġu kontra t-telf mill-investiment.

3.  
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA, wara li tikkonsulta lill-ASEs l-oħra, u wara li twettaq l-ittestjar tal-industrija, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju jridu jissodisfaw, filwaqt li jitqiesu d-diversi tipi ta’ PEPPs u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, kif ukoll id-diversi tipi ta’ fornituri tal-PEPP u d-differenzi bejn ir-reġim prudenzjali tagħhom.

L-EIOPA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissuplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

TAQSIMA III

Aspetti oħra tal-fażi ta’ akkumulazzjoni

Artikolu 47

Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni

1.  
Il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni tas-subkontijiet nazzjonali għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f’dan ir-Regolament.
2.  
Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari limiti tal-età għall-bidu tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, id-durata minima tal-fażi ta’ akkumulazzjoni, l-ammont massimu u minimu tal-kontribuzzjonijiet u l-kontinwità tagħhom.

KAPITOLU VI

PROTEZZJONI TAL-INVESTITURI

Artikolu 48

Depożitarju

1.  
Il-fornituri tal-PEPP imsemmija fil-punti (c), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) għandhom jaħtru depożitarju wieħed jew iktar għas-salvagwardja tal-assi fir-rigward tal-obbligi tan-negozju u tas-sorveljanza tal-forniment tal-PEPP.
2.  
Għall-ħatra tad-depożitarju, l-eżekuzzjoni tal-kompiti tiegħu fir-rigward tas-salvagwardja tal-assi u r-responsabbiltà tad-depożitarju u għad-dmirijiet ta’ sorveljanza tad-depożitarju, il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2009/65/KE għandu jiġi applikat kif xieraq.

Artikolu 49

Kopertura tar-riskji bijometriċi

1.  
Il-fornituri tal-PEPP jistgħu joffru PEPPs b’opzjoni li tiżgura l-kopertura tar-riskju għal riskji bijometriċi.
2.  
Il-kopertura tar-riskji bijometriċi għandha tkun soġġetta għal-liġi settorjali rilevanti applikabbli għall-fornitur tal-PEPP. Il-kopertura tar-riskji bijometriċi tista’ tvarja minn subkont għal subkont.
3.  
Il-fornituri tal-PEPP imsemmija fil-punti (a), (c), (d), (e) u (f) tal-Artikolu 6(1) jistgħu joffru PEPPs b’opzjoni li tiżgura l-kopertura tar-riskji bijometriċi. F’dak il-każ, il-kopertura għandha tingħata biss b’kooperazzjoni ma’ impriżi tal-assigurazzjoni li jistgħu jkopru dawk ir-riskji skont il-liġi settorjali applikabbli għalihom. L-impriża tal-assigurazzjoni għandha tkun kompletament responsabbli għall-kopertura tar-riskji bijometriċi.

Artikolu 50

Ilmenti

1.  
Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jimplimentaw u japplikaw proċeduri adegwati u effettivi għar-riżoluzzjoni ta’ tilwim ippreżentati minn klijenti tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
2.  
Dawk il-proċeduri għandhom jiġu applikati f’kull Stat Membru fejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP joffri s-servizzi tiegħu u għandhom ikunu disponibbli b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti kif magħżula mill-klijent tal-PEPP, jew b’lingwa oħra jekk din tkun maqbula bejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP.
3.  
Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jagħmlu kull sforz possibbli biex iwieġbu, jew b’mod elettroniku jew b’mezz ieħor li jservi għal żmien twil f’konformità mal-Artikolu 24, għall-ilmenti tal-klijenti tal-PEPP. It-tweġiba għandha tindirizza l-punti kollha mqajma, fi żmien perjodu adegwat u mhux iktar tard minn fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jkun wasal l-ilment. F’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, jekk it-tweġiba ma tistax tingħata fi żmien 15-il jum ta’ xogħol għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP, huwa għandu jkun obbligat jibgħat tweġiba proviżorja, li tindika b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien fl-għoti tat-tweġiba għall-ilment u tispeċifika l-iskadenza sa meta l-klijent tal-PEPP se jirċievi t-tweġiba finali. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza biex tiġi riċevuta t-tweġiba finali ma għandhiex taqbeż il-35 jum ta’ xogħol.
4.  
Il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP għandhom jinformaw lill-klijent tal-PEPP dwar tal-inqas korp wieħed ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim (ADR) li hi kompetenti biex tindirizza t-tilwimiet li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi tal-klijenti tal-PEPP skont dan ir-Regolament.
5.  
L-informazzjoni dwar il-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissemma b’mod ċar, li jinftiehem u li hu faċilment aċċessibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP jew tad-distributur tal-PEPP, fil-fergħa, u fil-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt bejn il-fornitur tal-PEPP jew id-distributur tal-PEPP u l-klijent tal-PEPP. Din għandha tispeċifika kif tista’ tiġi aċċessata informazzjoni ulterjuri dwar il-korp ikkonċernat tal-ADR u dwar il-kundizzjonijiet għall-użu tagħha.
6.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu proċeduri li jippermettu lill-klijenti tal-PEPP u lil partijiet ikkonċernati oħra, inklużi l-assoċjazzjonijiet tal-konsumatur, jippreżentaw ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-allegat ksur ta’ dan ir-Regolament min-naħa tal-fornituri tal-PEPP u tad-distributuri tal-PEPP. Fil-każijiet kollha, min jagħmel ilment għandu jirċievi risposta.
7.  
F’każijiet li jikkonċernaw aktar minn Stat Membru wieħed, l-ilmentatur jista’ jagħżel li jressaq l-ilment tiegħu permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza tiegħu stess, irrispettivament minn fejn ikun seħħ il-ksur.

Artikolu 51

Rimedji barra l-qrati

1.  
Proċeduri tal-ADR adegwati, indipendenti, imparzjali, trasparenti u effettivi għas-soluzzjoni ta’ tilwimiet bejn il-klijenti tal-PEPP u l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP rigward id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), billi jintużaw korpi kompetenti eżistenti fejn xieraq. Tali proċeduri tal-ADR għandhom ikunu applikabbli, u l-kompetenza tal-korp tal-ADR rilevanti għandha tiġi estiża b’mod effettiv, għall-fornituri tal-PEPP jew għad-distributuri tal-PEPP li kontrihom jinfetħu l-proċeduri.
2.  
Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkooperaw b’mod effettiv għar-riżoluzzjoni ta’ tilwimiet transfruntiera li jikkonċernaw id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament.

KAPITOLU VII

BDIL TAL-FORNITURI TAL-PEPP

Artikolu 52

Forniment tas-servizz tal-bdil

1.  
Il-fornituri tal-PEPP għandhom jipprovdu servizz tal-bdil li, fuq talba tal-faddal tal-PEPP, l-ammonti korrispondenti jew, fejn applikabbli, assi mhux finanzjarji f’konformità mal-paragrafu 4, jittrasferixxi kwalunkwe bilanċ pożittiv minn kont tal-PEPP miżmum mal-fornitur tal-PEPP tat-trasferiment għal kont ġdid tal-PEPP bl-istess subkontijiet miftuħa mal-fornitur riċevitur tal-PEPP, bl-għeluq tal-kont tal-PEPP preċedenti.

Meta jintuża s-servizz tal-bdil, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jittrasferixxi l-informazzjoni kollha marbuta mas-subkontijiet kollha tal-kont tal-PEPP preċedenti, inklużi r-rekwiżiti ta’ rapportar, lill-fornitur tal-PEPP riċevitur. Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jirreġistra dik l-informazzjoni fis-subkontijiet korrispondenti.

Faddal tal-PEPP jista’ jitlob li jibdel għal fornituri tal-PEPP stabbiliti fl-istess Stat Membru (bdil domestiku) jew fi Stat Membru differenti (bdil transfruntier). Il-faddal tal-PEPP jista’ jeżerċita d-dritt li jbiddel il-fornituri matul il-fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’ dekumulazzjoni tal-PEPP.

2.  
Minkejja l-paragrafu 1, matul il-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornituri tal-PEPP m’għandhomx ikunu obbligati jipprovdu servizz ta’ bdil għall-PEPPs, meta faddala tal-PEPPs ikunu qed jirċievu l-pagamenti fil-forma ta’ annwalitajiet tul il-ħajja.
3.  
Il-faddal tal-PEPP jista’ jbiddel il-fornituri tal-PEPP wara perjodu minimu ta’ ħames snin mill-konklużjoni tal-kuntratt tal-PEPP, u, fil-każ ta’ qlib sussegwenti, wara ħames snin mill-bidla l-aktar reċenti, mingħajr preġudizzju għall-punt (a) tal-Artikolu 20(5). Il-fornitur tal-PEPP jista’ jħalli lill-faddal tal-PEPP jbiddel il-fornitur tal-PEPP b’mod aktar frekwenti.
4.  
Meta l-bdil ikun bejn il-fornituri tal-PEPP involuti fil-ġestjoni ta’ portafoll individwali għall-faddala tal-PEPP, il-faddala tal-PEPP jistgħu jagħżlu li jittrasferixxu assi mhux finanzjarji jew ammonti korrispondenti. Fil-każijiet l-oħra kollha, it-trasferiment tal-ammonti korrispondenti biss għandu jkun permess.

Il-kunsens bil-miktub tal-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jkun meħtieġ meta l-faddal tal-PEPP jitlob trasferiment tal-assi mhux finanzjarji.

Artikolu 53

Servizz tal-bdil

1.  
Fuq talba tal-faddal tal-PEPP, wara li l-faddal tal-PEPP ikun ħa deċiżjoni infurmata abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-fornituri tal-PEPP kif definit fl-Artikolu 56, is-servizz ta’ bdil għandu jinbeda mill-fornitur tal-PEPP riċevitur.
2.  

It-talba mill-faddal tal-PEPP għandha ssir b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn is-servizz tal-bdil qed jinbeda jew bi kwalunkwe lingwa oħra miftiehma bejn il-partijiet. Fit-talba, il-faddal tal-PEPP għandu:

(a) 

jagħti l-kunsens speċifiku tiegħu għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP li jittrasferixxi kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 4 u għandu jipprovdi l-kunsens speċifiku tiegħu għat-twettiq mill-fornitur tal-PEPP riċevitur ta’ kull wieħed mill-kompiti msemmija fil-paragrafu 5.

(b) 

bi qbil mal-fornitur tal-PEPP riċevitur jispeċifikaw id-data li minnha għandhom jiġu eżegwiti l-pagamenti għall-kont tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur.

Dik id-data għandha tkun tal-inqas ġimagħtejn ta’ xogħol wara d-data li fiha l-fornitur tal-PEPP riċevitur jirċievi d-dokumenti ttrasferiti mingħand il-fornitur tal-PEPP trasferitur skont il-paragrafu 4.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li t-talba mill-faddal tal-PEPP tkun bil-miktub u li kopja tat-talba aċċettata tiġi pprovduta lill-faddal tal-PEPP.

3.  
Fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol minn meta tasal it-talba msemmija fil-paragrafu 2, il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jitlob lill-fornitur tal-PEPP trasferitur iwettaq il-kompiti kif imsemmi fil-paragrafu 4.
4.  

Minn meta tasal talba mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur, il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) 

fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol, jibgħat id-Dikjarazzjoni tal-Benefiċċju tal-PEPP għall-perjodu mid-data tal-aħħar Dikjarazzjoni dwar il-Benefiċċju tal-PEPP sad-data tat-talba lill-faddal tal-PEPP u lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;

(b) 

fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, jibgħat lista tal-assi eżistenti li qed jiġu ttrasferiti fil-każ ta’ trasferiment ta’ assi kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) lill-fornitur tal-PEPP riċevitur;

(c) 

jieqaf jaċċetta pagamenti li jidħlu fil-kont tal-PEPP b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2;

(d) 

jittrasferixxi l-ammonti korrispondenti, jew meta applikabbli, l-assi mhux finanzjarji f’konformità mal-Artikolu 52(4), mill-kont tal-PEPP fil-kont il-ġdid tal-PEPP miftuħ mal-fornitur tal-PEPP riċevitur fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba;

(e) 

jagħlaq il-kont tal-PEPP fid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP jekk il-faddal tal-PEPP ma jkollux obbligi pendenti. Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jinforma minnufih lill-faddal tal-PEPP meta t-tali obbligi pendenti jipprevjenu l-għeluq tal-kont tal-faddal tal-PEPP.

5.  
Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, kif previst fit-talba u sa fejn l-informazzjoni pprovduta mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew mill-faddal tal-PEPP jippermetti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur jagħmel dan, iwettaq kwalunkwe tħejjija meħtieġa biex jaċċetta pagamenti deħlin u jaċċettahom b’effett mid-data speċifikata mill-faddal tal-PEPP fit-talba.

Artikolu 54

Tariffi u miżati marbuta mas-servizz tal-bdil

1.  
Il-faddala tal-PEPP għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni personali tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur jew riċevitur mingħajr ħlas.
2.  
Il-fornitur tal-PEPP trasferitur għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba mill-fornitur tal-PEPP riċevitur skont il-punt (a) tal-Artikolu 53(4) mingħajr ma jitlob ħlas mingħand il-faddal tal-PEPP jew mingħand il-fornitur tal-PEPP riċevitur.
3.  
It-tariffi u l-miżati totali mitluba mill-fornitur tal-PEPP trasferitur lill-faddal tal-PEPP għall-għeluq tal-kont tal-PEPP miżmum miegħu għandhom ikunu limitati għall-kostijiet amministrattivi attwali mġarrba mill-fornitur tal-PEPP u m’għandhomx jaqbżu 0,5 % tal-ammonti korrispondenti jew il-valur monetarju tal-assi mhux finanzjarji li għandhom jiġu ttrasferiti lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perċentwal aktar baxx tat-tariffi u l-miżati kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu u perċentwal differenti meta l-fornitur tal-PEPP jippermetti lill-faddala tal-PEPP jaqilbu fornitur tal-PEPP aktar ta’ spiss kif imsemmi fl-Artikolu 52(3).

Il-fornitur tal-PEPP trasferitur ma għandux jitlob tariffi jew miżati addizzjonali lill-fornitur tal-PEPP riċevitur.

4.  
Il-fornitur tal-PEPP riċevitur jista’ jitlob biss il-kostijiet amministrattivi u ta’ tranżazzjoni attwali tas-servizz tal-bdil.

Artikolu 55

Protezzjoni tal-faddala tal-PEPP kontra telf finanzjarju

1.  
Kwalunkwe telf finanzjarju, inklużi tariffi, miżati u mgħax, imġarrab mill-faddal tal-PEPP u li jirriżulta direttament min-nuqqas ta’ konformità ta’ fornitur tal-PEPP involut fil-proċess tal-bdil mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 53 għandu jintradd lura minn dak il-fornitur tal-PEPP mingħajr dewmien.
2.  
Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika fil-każijiet ta’ ċirkostanzi anormali u imprevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-fornitur tal-PEPP li jitlob l-applikazzjoni ta’ dawk iċ-ċirkostanzi, li l-konsegwenzi tagħhom kienu jkunu inevitabbli minkejja l-isforzi kollha biex dan ma jiġrix, jew fejn il-fornitur tal-PEPP ikun marbut b’obbligi legali oħra koperti mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.
3.  
Ir-responsabbiltà skont il-paragrafu 1 għandha tkun stabbilita skont ir-rekwiżiti legali applikabbli f’livell nazzjonali.
4.  
Il-faddal tal-PEPP għandu jġarrab kwalunkwe riskju ta’ telf finanzjarju marbut mar- rimborż in natura tal-assi miżmuma fil-kont tal-PEPP għall-fini tat-trasferiment tagħhom mill-fornitur tal-PEPP trasferitur lill-fornitur tal-PEPP riċevitur kif imsemmi fl-Artikolu 52(4).
5.  
It-trasferiment tal-fornitur tal-PEPP m’għandux ikun obbligat li jiżgura l-protezzjoni tal-kapital jew li jipprovdi l-garanzija fil-mument tal-bdil.

Artikolu 56

Informazzjoni dwar is-servizz tal-bdil

1.  

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jagħtu lill-faddala tal-PEPP l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil sabiex il-faddal tal-PEPP ikun jista’ jieħu deċiżjoni infurmata:

(a) 

ir-rwoli tal-fornitur tal-PEPP trasferitur u dak riċevitur għal kull pass tal-proċess tal-bdil, kif indikat fl-Artikolu 53;

(b) 

il-perjodu ta’ żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;

(c) 

it-tariffi u l-miżati mitluba għall-proċess tal-bdil;

(d) 

l-implikazzjonijiet possibbli tal-bdil, b’mod partikolari fuq il-protezzjoni jew il-garanzija tal-kapital, u informazzjoni oħra relatata mas-servizz tal-bdil;

(e) 

informazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ assi mhux finanzjarji, jekk applikabbli.

Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Kapitolu IV.

Il-fornitur tal-PEPP riċevitur għandu, fejn applikabbli, jinforma lill-faddal tal-PEPP dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe skema ta’ garanzija, inkluża skema ta’ garanzija tad-depożiti, skema ta’ kumpens lill-investitur jew skema ta’ garanzija tal-assigurazzjoni, li tkopri lil dak il-faddal tal-PEPP.

2.  
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-fornitur tal-PEPP. Għandha tiġi pprovduta ukoll lill-faddala tal-PEPP fuq talba f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 24.

KAPITOLU VIII

FAŻI TA’ DEKUMULAZZJONI

Artikolu 57

Kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni

1.  
Il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni u l-pagamenti maħruġa tas-subkontijiet nazzjonali għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri sakemm ma jkunux speċifikati f’dan ir-Regolament.
2.  
Dawn il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu b’mod partikolari l-istabbiliment tal-età minima għall-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, ta’ perjodu massimu qabel ma jilħqu l-età tal-irtirar biex jissieħbu f’PEPP, kif ukoll il-kundizzjonijiet għar-rimborż qabel l-età minima għall-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, b’mod partikolari f’każ ta’ diffikultà partikolari.

Artikolu 58

Forom ta’ pagamenti maħruġa

1.  

Il-fornituri tal-PEPP għandhom jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-faddala tal-PEPP forma waħda jew iktar minn fost dawn il-forom ta’ pagamenti maħruġa li ġejjin:

(a) 

annwalitajiet;

(b) 

somma f’daqqa;

(c) 

pagamenti ta’ prelevament;

(d) 

taħlitiet ta’ dawn ta’ hawn fuq.

2.  
Faddala tal-PEPP għandhom jagħżlu l-forom tal-pagamenti maħruġa għall-fażi ta’ dekumulazzjoni meta jikkonkludu kuntratt tal-PEPP u meta jitolbu ftuħ ta’ subkont ġdid. Il-forma tal-pagamenti maħruġa tista’ tvarja minn subkont għal subkont.
3.  
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 57 jew 59, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri li jiffavorixxu forom partikolari ta’ pagamenti maħruġa. Tali miżuri jistgħu jinkludu limiti kwantitattivi fuq pagamenti ta’ somma f’daqqa biex jinkoraġġixxu aktar il-forom l-oħra ta’ pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Dawn il-limiti kwantitattivi għandhom japplikaw biss għall-pagamenti maħruġa li jikkorrispondu għall-kapital akkumulat fis-subkontijiet tal-PEPP marbuta mal-Istati Membri li l-liġi nazzjonali tagħhom tipprevedi limiti kwantitattivi fuq pagamenti ta’ somma f’daqqa.
4.  
L-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li taħthom vantaġġi u inċentivi mogħtija għandhom jitħallsu lura lilhom.

Artikolu 59

Modifiki tal-forom tal-pagamenti maħruġa

1.  

Jekk il-fornitur tal-PEPP jipprovdi forom differenti ta’ pagamenti maħruġa, il-faddal tal-PEPP għandu jitħalla jimmodifika l-forma tal-pagamenti maħruġa ta’ kull subkont miftuħ:

(a) 

sena qabel il-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni;

(b) 

fil-bidu tal-fażi tal-akkumulazzjoni;

(c) 

fil-mument tal-bdil.

Il-modifika tal-forma tal-pagamenti maħruġa għandha tkun mingħajr ħlas għall-faddal tal-PEPP.

2.  
Malli jirċievi talba mill-faddal tal-PEPP biex jimmodifika l-forma tiegħu ta’ pagamenti maħruġa, il-fornitur tal-PEPP għandu jipprovdi lill-faddal tal-PEPP b’informazzjoni f’format ċar u li jinftiehem dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tali bidla fuq il-faddal tal-PEPP jew il-benefiċjarju tal-PEPP, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe impatt fuq l-inċentivi nazzjonali li jistgħu japplikaw għas-subkontijiet eżistenti tal-PEPP tal-faddal tal-PEPP.

Artikolu 60

Ippjanar tal-irtirar u parir dwar il-pagamenti maħruġa

1.  

Għall-PEPP bażiku, fil-bidu tal-fażi ta’ dekumulazzjoni, il-fornitur tal-PEPP għandu joffri lill-faddal tal-PEPP l-ippjanar tal-irtirar personali fuq l-użu sostenibbli tal-kapital akkumulat fis-subkontijiet tal-PEPP, filwaqt li jqis mill-inqas:

(a) 

il-valur tal-kapital akkumulat fis-subkontijiet tal-PEPP;

(b) 

l-ammont totali ta’ drittijiet oħra tal-irtirar akkumulati; u

(c) 

it-talbiet u l-ħtiġijiet relatati mal-irtirar fit-tul tal-faddal tal-PEPP.

2.  
L-ippjanar tal-irtirar msemmi fil- paragrafu 1 għandu jinkludi rakkomandazzjoni personali lill-faddal tal-PEPP dwar il-forma ottimali tiegħu jew tagħha tal-pagamenti maħruġa sakemm ma tiġix pprovduta forma waħda biss ta’ pagamenti maħruġa. Jekk pagament ta’ somma f’daqqa ma jkunx konformi mal-ħtiġijiet relatati tal-irtirar tal-faddal tal-PEPP, il-parir għandu jkun akkumpanjat minn twissija dwar dan.

KAPITOLU IX

SUPERVIŻJONI

Artikolu 61

Superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u monitoraġġ mill-EIOPA

1.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP għandhom jissorveljaw il-konformità ma’ dan ir-Regolament fuq bażi kontinwa u f’konformità mar-reġim u l-istandards superviżorji settorjali rilevanti. Huma għandhom ikunu responsabbli wkoll għas-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi stabbiliti fir-regoli jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-fornitur tal-PEPP, u tal-adegwatezza u tal-organizzazzjoni tiegħu fir-rigward tal-kompiti li jrid iwettaq meta jipprovdi PEPP
2.  
L-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw il-prodotti tal-pensjoni personali pprovduti jew distribwiti sabiex jivverifikaw li tali prodotti huma ddeżinjati “PEPP” jew huwa ssuġġerit li tali prodotti huma PEPPs biss meta jkunu rreġistrati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 62

Setgħat tal-awtoritajiet kompetenti

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 63

Setgħat ta’ intervent fuq il-prodott tal-awtoritajiet kompetenti

1.  

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu jew jirrestrinġu, fl-Istat Membru tagħha jew minnu, il-kummerċjalizzazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ PEPP skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-awtoritajiet kompetenti jkunu ssodisfati li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-PEPP tqajjem tħassib sinifikanti jew imtenni dwar il-protezzjoni ta’ faddal jew li huwa ta’ riskju għall-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fi ħdan mill-inqas Stat Membru wieħed;

(b) 

l-azzjoni tkun proporzjonata filwaqt li titqies in-natura tar-riskji identifikati, il-livell ta’ sofistikazzjoni tal-faddala tal-PEPP ikkonċernati u l-effett probabbli tal-azzjoni fuq il-faddala tal-PEPP li jkunu kkonkludew kuntratt tal-PEPP;

(c) 

l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonsultaw kif xieraq l-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra li jistgħu jkunu affettwati b’mod sinifikanti mill-azzjoni; u

(d) 

l-azzjoni ma jkollhiex effett diskriminatorju fuq is-servizzi jew l-attivitajiet forniti minn Stat Membru ieħor.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l–awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew imqassam lill-faddala tal-PEPP. Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jimponu projbizzjoni jew restrizzjoni skont dan l-Artikolu sakemm, sa mhux inqas minn xahar qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, ma jkunux innotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha involuti u lill-EIOPA bil-miktub jew permezz ta’ mezz ieħor miftiehem bejn l-awtoritajiet dwar id-dettalji ta’:

(a) 

il-PEPP li miegħu hija relatata l-azzjoni proposta;

(b) 

in-natura preċiża tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni proposta u meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ; u

(c) 

l-evidenza li fuqha bbażaw id-deċiżjoni tagħhom u li abbażi tagħha għandhom raġunijiet validi biex jemmnu li kull waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu 1 huma ssodisfati.

3.  
F’każijiet eċċezzjonali fejn l-awtoritajiet kompetenti iqisu li jkun jeħtieġ li tittieħed azzjoni urġenti skont dan l-Artikolu sabiex ikun evitat li jsir dannu minħabba l-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu azzjoni fuq bażi proviżorja b’avviż bil-miktub ta’ mhux anqas minn 24 siegħa qabel ma jkun maħsub li l-miżura tidħol fis-seħħ, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-EIOPA, dment li l-kriterji kollha f’dan l-Artikolu jiġu ssodisfati u li, barra minn hekk, jiġi stabbilit b’mod ċar li perjodu ta’ notifika ta’ xahar ma jindirizzax it-tħassib jew theddida speċifika b’mod adegwat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jieħdu azzjoni fuq bażi proviżorja għal perjodu li jaqbeż it-tliet xhur.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li timponi xi projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni, żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż li minnu jidħlu fis-seħħ il-miżuri u l-evidenza li fuqha hija tkun sodisfatta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha fil-paragrafu 1. Il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni għandha tapplika biss fir-rigward ta’ azzjonijiet li ttieħdu wara l-pubblikazzjoni tal-avviż.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrevokaw projbizzjoni jew restrizzjoni jekk il-kondizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma jibqgħux japplikaw.

Artikolu 64

Faċilitazzjoni u koordinazzjoni

1.  
L-EIOPA għandha twettaq rwol ta’ faċilitazzjoni u koordinazzjoni fir-rigward tal-azzjoni meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 63. B’mod partikolari, l-EIOPA għandha tiżgura li l-azzjoni meħuda minn awtorità kompetenti tkun ġustifikata u proporzjonata u li fejn xieraq jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti.
2.  
Wara li tirċievi notifika skont l-Artikolu 63 dwar kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni li ser tiġi imposta skont dak l-Artikolu, l-EIOPA għandha toħroġ opinjoni dwar jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni hijiex ġustifikata u proporzjonata. Jekk l-EIOPA tikkunsidra li awtoritajiet kompetenti oħra jeħtieġ jieħdu miżuri sabiex jiġi indirizzat ir-riskju, għandha tiddikjara dan fl-opinjoni tagħha. L-opinjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-EIOPA.
3.  
Fejn awtorità kompetenti tipproponi li tieħu, jew tieħu, azzjoni li tmur kontra opinjoni maħruġa mill-EIOPA skont il-paragrafu 2 jew ma taċċettax li tieħu azzjoni kontra tali opinjoni, hi għandha tippubblika minnufih fis-sit web tagħha avviż li jispjega bis-sħiħ ir-raġunijiet għaliex għamlet dan.

Artikolu 65

Setgħat ta’ intervent tal-EIOPA fuq il-prodott

1.  
B’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA għandha timmonitorja s-suq għall-PEPP li jkunu kummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Unjoni.
2.  
F’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-EIOPA tista’, meta l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ ta’ ċerti PEPPs jew PEPPs b’ċerti karatteristiċi speċifikati.

Projbizzjoni jew restrizzjoni tista’ tapplika f’ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, li għandhom jiġu speċifikati mill-EIOPA.

3.  

L-EIOPA għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu wara li tikkonsulta lill-ESAs l-oħra, fejn xieraq, u biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-azzjoni proposta tindirizza tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha fl-Unjoni;

(b) 

ir-rekwiżiti regolatorji eżistenti tal-Unjoni skont id-dritt tal-Unjoni li huma applikabbli ma jindirizzawx it-theddida.

(c) 

awtorità jew awtoritajiet kompetenti ma jkunux ħadu azzjoni sabiex jindirizzaw it-theddida jew l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu ma jindirizzawx it-theddida b’mod adegwat.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu jkunu ġew issodisfati, l-EIOPA tista’ timponi l-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi prekawzjonarja qabel ma PEPP ikun ġie kkumerċjalizzat, distribwit jew mibjugħ lill-klijenti tal-PEPP.

4.  

Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a) 

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq il-faddala tal-PEPP li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni; jew

(b) 

ma toħloqx riskju ta’ arbitraġġ regolatorju.

Meta awtorità jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont l-Artikolu 63, l-EIOPA tista’ tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu mingħajr ma toħroġ l-opinjoni prevista fl-Artikolu 64.

5.  
Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li qed tipproponi.
6.  
L-EIOPA għandha tippubblika fis-sit web tagħha avviż dwar kwalunkwe deċiżjoni li biha tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu. Dak l-avviż għandu jispeċifika d-dettalji tal-projbizzjoni jew tar-restrizzjoni u jispeċifika żmien wara l-pubblikazzjoni tal-avviż minn meta ser jidħlu fis-seħħ il-miżuri. Projbizzjoni jew restrizzjoni għandha tapplika biss għal azzjoni meħuda wara li l-miżuri jidħlu fis-seħħ.
7.  
L-EIOPA għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 2 f’intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta’ tliet xhur, din għandha tiskadi.
8.  
Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-EIOPA skont dan l-Artikolu għandha tieħu preċedenza fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti.
9.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 72 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bi kriterji u fatturi li għandhom jiġu applikati mill-EIOPA filwaqt li tiddetermina meta jkun hemm tħassib sinifikanti dwar il-protezzjoni tal-faddal tal-PEPP, inkluż fir-rigward tan-natura tal-irtirar fit-tul tal-prodott, jew theddida għall-funzjonament ordinat u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha jew parti minnha tal-Unjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Dawk il-kriterji u l-fatturi għandhom jinkludu:

(a) 

il-grad ta’ kumplessità ta’ PEPP u r-relazzjoni mat-tip ta’ faddal tal-PEPP li lilu jiġi kkummerċjalizzat u mibjugħ;

(b) 

il-grad ta’ innovazzjoni ta’ PEPP, ta’ attività jew prattika;

(c) 

l-effett ta’ lieva li prodott jew prassi jipprovdu;

(d) 

fir-rigward tal-funzjonament ordnat u l-integrità tas-swieq finanzjarji, id-daqs jew l-ammont totali ta’ kapital akkumulat tal-PEPP.

Artikolu 66

Kooperazzjoni u konsistenza

1.  
Kull awtorità kompetenti għandha tikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’dan ir-Regolament fl-Unjoni kollha.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw ma’ xulxin f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), mad-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE u 2014/65/UE, (UE) 2016/97 u (UE) 2016/2341.
3.  
L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jikkooperaw ma’ xulxin bl-iskop li jwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
4.  
L-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jiskambjaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet rispettivi tagħhom skont dan ir-Regolament b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, b’mod partikolari biex jidentifikaw u jirrimedjaw kull ksur ta’ dan ir-Regolament.
5.  
Biex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika d-dettalji tal- kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni, flimkien mar-rekwiżiti meħtieġa biex tiġi ppreżentata l-informazzjoni ta’ hawn fuq f’format standardizzat biex ikun jista’ jsir tqabbil.

L-EIOPA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Awwissu 2020.

Is-setgħa tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

KAPITOLU X

PENALITAJIET

Artikolu 67

Penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra

1.  
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u d-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar il-penalitajiet amministrattivi adatti u miżuri oħra applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penalitajiet amministrattivi kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għal ksur li jkun soġġett għal sanzjonijiet kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom.

Sad-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafu lill-Kummissjoni u lill-EIOPA. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-EIOPA mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti fihom.

2.  

Il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra stabbiliti fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mill-inqas għal sitwazzjonijiet meta:

(a) 

impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tkun kisbet reġistrazzjoni ta’ PEPP permezz ta’ dikjarazzjonijiet foloz jew qarrieqa jew xi mezz irregolari ieħor bi ksur tal-Artikoli 6 u 7;

(b) 

impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) tipprovdi, tiddistribwixxi rispettivament, prodotti bid-deżinjazzjoni “Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” mingħajr ir-reġistrazzjoni meħtieġa;

(c) 

fornitur tal-PEPP ma pprovdiex is-servizz ta’ portabilità bi ksur tal-Artikoli 18 jew 19 jew l-informazzjoni dwar dak is-servizz meħtieġa skont l-Artikolu 20 u 21, jew naqas milli jissodisfa r-rekwiżiti u l-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu IV, fil-Kapitolu V, fl-Artikoli 48 u 50 u fil-Kapitolu VII;

(d) 

depożitarju naqas milli jissodisfa d-dmirijiet ta’ sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 48.

3.  

L-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jimponu mill-inqas dawn il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra li ġejjin fir-rigward tas-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

dikjarazzjoni pubblika, li tindika l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika u n-natura tal-ksur skont l-Artikolu 69;

(b) 

ordni li titlob lill-persuna fiżika jew ġuridika biex tieqaf minn din l-imġiba u ma tirrepetihiex;

(c) 

projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża finanzjarja jew kwalunkwe persuna fiżika oħra, li jkunu responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet maniġerjali fit-tali impriżi;

(d) 

f’każ ta’ persuna ġuridika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 5 000 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019.

(e) 

fil-każ ta’ persuna ġuridika, il-multi amministrattivi massimi msemmijin fil-punt (d) jistgħu jkunu sa 10 % tal-fatturat annwali totali skont l-aħħar kontijiet disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv; meta l-persuna ġuridika tkun impriża prinċipali jew sussidjarja tal-impriża prinċipali li trid tħejji kontijiet finanzjarji konsolidati skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ), il-fatturat annwali totali relevanti għandu jkun il-fatturat annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ fatturat f’konformità mal-atti leġiżlattivi kontabilistiċi relevanti skont l-aħħar kontijiet konsolidati disponibbli approvati mill-korp maniġerjali, superviżorju jew amministrattiv tal-impriża prinċipali finali;

(f) 

f’każ ta’ persuna fiżika, multi amministrattivi massimi tal-anqas ta’ EUR 700 000 , jew fi Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fl-14 ta’ Awwissu 2019;

(g) 

multi amministrattivi finali li tal-inqas jilħqu d-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista’ jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punti (d), (e) jew (f) rispettivament.

4.  
Kwalunkwe deċiżjoni li timponi l-penalitajiet amministrattivi jew miżuri oħra stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 3 għandhom ikunu raġjonevoli u jkunu soġġetti għad-dritt ta’ appell quddiem tribunal.
5.  
Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra jipproduċu r-riżultati segwiti minn dan ir-Regolament u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom sabiex jevitaw il-possibbiltà ta’ duplikazzjoni u trikkib meta japplikaw penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra f’każijiet transfruntiera.

Artikolu 68

Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra

1.  

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat li jimponu l-penali u miżuri oħra msemmija fl-Artikolu 67 skont l-oqfsa legali nazzjonali tagħhom:

(a) 

direttament;

(b) 

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħra;

(c) 

permezz ta’ applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.  

L-awtoritajiet kompetenti, fid-determinazzjoni tat-tip u l-livell ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra imposta skont l-Artikolu 67(3), għandhom iqisu ċ-ċirkustanzi relevanti kollha, inklużi, fejn xieraq:

(a) 

il-materjalità, il-gravità u d-durata tal-ksur;

(b) 

il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c) 

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli kif indikat b’mod partikolari mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew mill-introjtu annwali u mill-assi netti tal-persuna fiżika responsabbli;

(d) 

l-importanza tal-profitti miksuba jew tat-telf li jkun ġie evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e) 

it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, meta jkun jista’ jiġi stabbilit;

(f) 

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtoritajiet kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li jiġi żgurat li jiġu ċeduti l-profitti miksubin jew it-telf evitat minn dik il-persuna;

(g) 

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

Artikolu 69

Pubblikazzjoni tal-penalitajiet amministrattivi u ta’ miżuri oħra

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw mingħajr dewmien żejjed fuq is-siti web uffiċjali tagħhom kwalunkwe deċiżjoni ta’ impożizzjoni ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra għall-ksur ta’ dan ir-Regolament wara li d-destinatarju tal-penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra jkun ġie nnotifikat b’dik id-deċiżjoni.
2.  
Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u l-penalitajiet amministrattivi jew miżuri oħra imposti.
3.  

Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, f’każ ta’ persuni ġuridiċi, jew l-identità u d-data personali, f’każ ta’ persuni fiżiċi, titqies mill-awtoritajiet kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta’ każ b’każ, jew meta l-awtoritajiet kompetenti iqisu li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew ta’ investigazzjoni kontinwa, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jew:

(a) 

jiddiferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra sakemm ma jibqgħux jeżistu r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ pubblikazzjoni; jew

(b) 

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra, waqt li jħallu barra għal perjodu ta’ żmien raġonevoli l-identità u d-dejta personali tad-destinatarju, jekk ikun imbassar li f’dak iż-żmien ir-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima ma jibqgħux jeżistu u dment li din il-pubblikazzjoni anonima tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata; jew

(c) 

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew miżura oħra affattu f’każ li l-opzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tkunx imxekkla;

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri li jitqiesu ta’ natura minuri.

4.  
Fil-każ ta’ deċiżjoni ta’ pubblikazzjoni ta’ penali amministrattiva jew ta’ miżura oħra fuq bażi anonima kif imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 3, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista’ tiġi posposta. Meta deċiżjoni li tiġi imposta penali amministrattiva jew miżura oħra tkun soġġetta għal appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll mingħajr dewmien idaħħlu dik l-informazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tagħhom u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura oħra għandha tiġi ppubblikata wkoll.
5.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandha tibqa’ fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal tal-anqas ħames snin wara li tiġi ppubblikata. Data personali li tkun tinsab fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-siti web uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti għall-perjodu li hu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data biss.

Artikolu 70

Obbligu li tippreżenta informazzjoni lill-EIOPA b’rabta ma’ penalitajiet amministrattivi u ma’ miżuri oħra

1.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-EIOPA dwar il-penalitajiet amministrattivi kollha u miżuri oħra imposti imma mhux ippubblikati, f’konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 69(3), inkluż kwalunkwe appell fir-rigward tiegħu u l-eżitu tiegħu.
2.  
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu kull sena lill-EIOPA b’informazzjoni aggregata rigward il-penalitajiet amministrattivi u miżuri oħra kollha imposti skont l-Artikolu 67.

L-EIOPA għandha tippubblika dik l-informazzjoni f’rapport annwali.

3.  
Meta l-Istati Membri jkunu għażlu li, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 67(1), jistabbilixxu sanzjonijiet kriminali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tagħhom għandhom, fuq bażi annwali, jipprovdu lill-EIOPA b’data anonimizzata u aggregata rigward l-investigazzjonijiet kriminali kollha li jkunu twettqu u s-sanzjonijiet kriminali kollha li jkunu ġew imposti. L-EIOPA għandha tippubblika d-data dwar is-sanzjonijiet kriminali imposti f’rapport annwali.
4.  
Fejn l-awtoritajiet kompetenti jkunu żvelaw penali amministrattiva, miżura oħra jew sanzjoni kriminali lill-pubbliku, huma għandhom, fl-istess ħin, jirrapportaw dak il-fatt lill-EIOPA.

▼M1

Artikolu 70a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

1.  
Mill-10 ta’ Jannar 2028, meta jippubblika kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur tal-PEPP għandu jissottometti dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4), ta’ dak ir-Regolament;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

id-daqs tal-fornitur tal-PEPP skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d) ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(v) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.

2.  
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), il-fornituri tal-PEPP għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
3.  
Sad-9 ta’ Jannar 2028, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
4.  
Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 65(6) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-EIOPA.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

5.  
Mill-10 ta’ Jannar 2028, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 63(4) u l-Artikolu 69(1) u (4) ta’ dan ir-Regolament għandha ssir aċċessibbli fuq l-ESAP. Għal dak il-fini, il-korp ta’ ġbir kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 għandu jkun l-awtorità kompetenti.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(b) 

tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:

(i) 

l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li miegħu hija relatata l-informazzjoni;

(ii) 

meta jkun disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;

(iii) 

it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;

(iv) 

indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tinkludix data personali.

6.  

Għall-fini li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika:

(a) 

kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;

(b) 

l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c) 

għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-EIOPA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-fini.

L-EIOPA għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu hija mogħtija lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

7.  
Meta jkun meħtieġ, l-EIOPA għandha tadotta linji gwida biex tiżgura li l-metadata sottomessa f’konformità mal-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), hija korretta.

▼B

KAPITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 71

Ipproċessar ta’ data personali

Fir-rigward tal-proċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, il-fornituri tal-PEPP, id-distributuri tal-PEPP u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-fini ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u mad-Direttiva 2002/58/KE. Fir-rigward tal-proċessar ta’ data personali mill-EIOPA fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, l-EIOPA għandha tikkonforma mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Artikolu 72

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 40(9), 45(4) u 65(9) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ erba’ snin mill-14 ta’ Awwissu 2019. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.
3.  
Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 40(9), 45(4) u 65(9) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adotta skont l-Artikoli 40(9), 45(4) u 65(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill

Artikolu 73

Evalwazzjoni u rapport

1.  
Ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u wara li tikkonsulta lill-EIOPA u l-ESAs l-oħrajn fejn ikun xieraq, tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta leġiżlattiva.
2.  

Ir-Rapport għandu jkopri, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) 

il-funzjonament tal-proċedura għar-reġistrazzjoni tal-PEPPs f’konformità mal-Kapitolu II;

(b) 

il-portabilità, b’mod partikolari s-subkontijiet disponibbli għall-faddala tal-PEPP u l-possibbiltà li l-faddal ikompli jikkontribwixxi għall-aħħar subkont miftuħ f’konformità mal-Artikolu 20(3) u (4);

(c) 

l-iżvilupp tas-sħubijiet;

(d) 

il-Funzjonament tas-servizz tal-bdil u l-livell tat-tariffi u l-miżati;

(e) 

il-livell ta’ penetrazzjoni tas-suq tal-PEPP u l-effett ta’ dan ir-Regolament dwar il-provvista tal-pensjonijiet madwar l-Ewropa, inkluża s-sostituzzjoni ta’ prodotti eżistenti u l-użu tal-PEPP Bażiku;

(f) 

il-proċedura tal-ilmenti;

(g) 

l-integrazzjoni tal-fatturi ESG fil-politika ta’ investiment tal-PEPP;

(h) 

il-livell ta’ tariffi, miżati u spejjeż li jiġġarrbu direttament jew indirettament mill-faddala tal-PEPP, inkluża valutazzjoni tan-nuqqasijiet possibbli tas-suq;

(i) 

il-konformità tal-fornituri tal-PEPP ma’ dan ir-Regolament u mal-istandards stabbiliti mil-liġi settorjali applikabbli;

(j) 

l-applikazzjoni ta’ tekniki differenti ta’ mitigazzjoni tar-riskju użati mill-fornituri tal-PEPP;

(k) 

il-forniment ta’ PEPP b’libertà li jiġu provduti servizzi u libertà ta’ stabbiliment;

(l) 

jekk ikun hemm merti li tiġi żvelata informazzjoni dwar il-prestazzjoni fl-imgħoddi tal-prodott lil faddala tal-PEPP prospettivi, filwaqt li titqies l-informazzjoni għax-xenarji ta’ prestazzjoni li se jiġu inklużi fil-PEPP;

(m) 

jekk il-parir mogħti lill-faddala tal-PEPP huwiex adegwat, b’mod partikolari fir-rigward ta’ forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa.

Il-valutazzjoni msemmija fil-punt (e) ta’ dan l-ewwel subparagrafu għandha tqis ir-raġunijiet li minħabba fihom ma jinfetħux subkontijiet f’ċerti Stati Membri u valutazzjoni tal-progress u tal-isforz magħmul mill-fornituri tal-PEPP fl-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet tekniċi għall-ftuħ tas-subkontijiet.

3.  
Il-Kummissjoni għandha twaqqaf bord b’partijiet ikkonċernati rilevanti sabiex timmonitorja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PEPP fuq bażi kontinwa. Dak il-bord għandu jinkludi mill-inqas l-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti, rappreżentanti tal-industrija u tal-konsumaturi u esperti indipendenti.

Is-segretarjat tal-bord għandu jkun l-EIOPA.

Artikolu 74

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika 12-il xahar wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-atti delegati msemmija fl-Artikoli 28(5), 30(2), 33(3), 36(2), 37(2), 45(3) u 46(3).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19).

( 2 ) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

( 3 ) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

( 4 ) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

( 5 ) Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63).

( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

( 7 ) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

( 8 ) Ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jistabbilixxi punt ta’ aċċess uniku Ewropew li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà (ĠU L, 2023/2859, 20.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2859/oj).

Top