Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02019R0934-20220130

    Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat-12 ta' Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/934/2022-01-30

    02019R0934 — MT — 30.01.2022 — 002.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/934

    tat-12 ta' Marzu 2019

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV

    (ĠU L 149 7.6.2019, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/565 tat-13 ta’ Frar 2020

      L 129

    1

    24.4.2020

     M2

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/16 tat-22 ta’ Ottubru 2021

      L 5

    1

    10.1.2022


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 289, 8.11.2019, p.  59 (2019/934)




    ▼B

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/934

    tat-12 ta' Marzu 2019

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV



    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    Dan ir-Regolament jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jirrigwarda ż-żoni ta' vitikultura li fihom tista' tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV.

    Artikolu 2

    Żoni ta' vitikultura li fihom l-inbejjed jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali massima ta' 20 % vol.

    Iż-żoni ta' vitikultura msemmija fl-ewwel inċiż tal-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom ikunu ż-żoni C I, C II u C III, imsemmija fl-Appendiċi 1 ta' dak l-Anness u ż-żoni taż-żona ta' vitikultura B fejn jistgħu jiġu prodotti l-inbejjed bojod bl-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin: “Vin de pays de Franche-Comté” u “Vin de pays du Val de Loire”.

    Artikolu 3

    Prattiki enolġiċi awtorizzati

    1.  
    Il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imsemmija fl-Artikolu 80(1) ta' dak ir-Regolament, huma stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    It-Tabella 1 tal-Parti A tal-Anness I tistabbilixxi l-proċessi enoloġiċi awtorizzati u l-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tagħhom.

    It-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I tistabbilixxi l-komposti enoloġiċi awtorizzati u l-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu tagħhom.

    2.  
    Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fil-kolonna 2 tat-Tabella 1 u fil-kolonna 3 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C.
    3.  
    Il-parti B tal-Anness I tistabbilixxi l-kontenuti massimi tad-diossidu tal-kubrit fl-inbejjed.
    4.  
    Il-parti C tal-Anness I tistabbilixxi l-kontenuti massimi tal-aċidu volatili tal-inbejjed.
    5.  
    Il-parti D tal-Anness I tistabbilixxi r-regoli dwar iż-żieda ta' ħlewwa.

    Artikolu 4

    Użu sperimentali ta' prattiki enoloġiċi ġodda

    1.  

    Għall-finijiet sperimentali msemmija fl-Artikolu 83(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kull Stat Membru jista' jawtorizza l-użu ta' ċerti prattiki u proċessi enoloġiċi li mhumiex stipulati f'dak ir-Regolament jew f'dan ir-Regolament, għal perjodu massimu ta' ħames snin, bil-kundizzjoni li:

    (a) 

    il-prattiki u l-proċessi konċernati jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 80(1) u tal-Artikolu 80(3)(b) sa (e), tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

    (b) 

    it-tali prattiki u proċessi jiġu applikati għal kwantitajiet li ma jaqbżux il-50 000 ettolitru fis-sena għal kwalunkwe esperiment wieħed;

    (c) 

    fil-bidu tal-esperiment l-Istat Membru konċernat jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bit-termini ta' kull awtorizzazzjoni;

    (d) 

    il-proċessi jiddaħħlu fid-dokument ta' akkumpanjament imsemmi fl-Artikolu 147(1) kif ukoll fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    “Esperiment” tfisser operazzjoni jew operazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta' proġett ta' riċerka definit b'mod tajjeb bi protokoll sperimentali uniku.

    2.  
    Il-prodotti miksubin mill-użu sperimentali ta' tali prattiki u proċessi enoloġiċi jistgħu jitqiegħdu fis-suq ta' Stat Membru differenti mill-Istat Membru konċernat, dejjem jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru destinatarju jkunu ngħataw notifika minn qabel tat-termini tal-awtorizzazzjoni u tal-kwantitajiet konċernati mill-Istat Membru li qed jawtorizza l-esperiment.
    3.  
    Fi żmien perjodu ta' tliet xhur wara t-tmiem tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, l-Istat Membru konċernat għandu jibgħat lill-Kummissjoni rapport dwar l-esperiment awtorizzat u r-riżultati tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri l-oħra dwar dawk ir-riżultati.
    4.  
    Skont dawn ir-riżultati, l-Istat Membru konċernat jista' japplika għall-awtorizzazzjoni mingħand il-Kummissjoni biex ikompli bl-esperiment, possibbilment bi kwantità ta' prodotti li tkun akbar minn dik tal-esperiment oriġinali, għal perjodu massimu ieħor ta' tliet snin. L-Istat Membru konċernat għandu jibgħat fajl xieraq b'appoġġ għall-applikazzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 229(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
    5.  
    In-notifikazzjoni ta' informazzjoni jew ta' dokumenti lill-Kummissjoni stipulata fil-punt (c) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 3 u 4, għandha ssir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 ( 1 ).

    Artikolu 5

    Prattiki enoloġiċi applikabbli għall-kategoriji tal-inbejjed frizzanti

    Minbarra l-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati speċifiċi u r-restrizzjonijiet, inkluż l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni, li jikkonċernaw l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed frizzanti ta' kwalità u l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità għolja, imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Prattiki enoloġiċi applikabbli għall-inbejjed likuri

    Minbarra l-prattiki enoloġiċi u r-restrizzjonijiet ta' applikazzjoni ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati speċifiċi u r-restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-inbejjed likuri msemmija fil-punt (3) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huma elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 7

    Definizzjoni tal-coupage

    1.  
    It-taħlit ta' most u ta' nbid, “coupage”, kif imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 75(3) u fit-Taqsima C tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tfisser it-taħlit ta' nbejjed jew ta' mosti ta' oriġini differenti, ta' varjetajiet tad-dielja differenti, ta' snin ta' ħsad differenti jew ta' kategoriji differenti ta' nbid jew ta' most.
    2.  

    Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala kategoriji differenti ta' nbid jew ta' most:

    (a) 

    l-inbid aħmar, l-inbid abjad, kif ukoll il-mosti jew l-inbejjed xierqa biex jipproduċu waħda minn dawn il-kategoriji ta' nbid;

    (b) 

    l-inbejjed mingħajr denominazzjoni ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, l-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (DOP) u l-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), kif ukoll il-mosti jew l-inbejjed xierqa biex jipproduċu waħda minn dawn il-kategoriji ta' nbid.

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu, l-inbid rożè għandu jitqies bħala nbid aħmar.

    3.  

    Il-proċessi li ġejjin m'għandhomx jitqiesu bħala coupage:

    (a) 

    l-arrikkiment permezz taż-żieda ta' most tal-għeneb konċentrat jew ta' most tal-għeneb konċentrat rettifikat;

    (b) 

    iż-żieda ta' ħlewwa.

    Artikolu 8

    Regoli ġenerali għat-taħlit u l-coupage

    1.  
    Inbid jista' jinkiseb permezz tat-taħlit jew il-coupage biss jekk il-kostitwenti ta' dak it-taħlit jew il-coupage jkollhom il-karatteristiċi meħtieġa għall-ksib ta' nbid u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u ta' dan ir-Regolament.

    Il-coupage ta' nbid abjad bla DOP/IĠP ma' nbid aħmar bla DOP/IĠP ma tistax tipproduċi nbid rosé.

    Madankollu, it-tieni subparagrafu ma jeskludix il-coupage tat-tip imsemmi f'dak is-subparagrafu meta l-prodott finali huwa maħsub għall-preparazzjoni ta' cuvée kif definit fil-punt 12 tal-Parti IV tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew għall-produzzjoni ta' nbejjed semifrizzanti.

    2.  
    Il-coupage ta' most tal-għeneb jew ta' nbid li jkun ġie soġġettat għall-prattika enoloġika msemmija fil-punt 11.1 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' most jew ma' nbid li ma ġiex soġġettat għall-istess prattika enoloġika, għandha tkun ipprojbita.

    Artikolu 9

    Speċifikazzjonijiet dwar il-purezza u l-identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi

    1.  
    Meta ma jkunux stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 ( 2 ), l-ispeċifikazzjonijiet tal-purità u tal-identifikazzjoni ta' sustanzi użati fil-prattiki enoloġiċi msemmija fl-Artikolu 75(3)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu dawk imsemmija fil-kolonna 4 tat-Tabella 2 tal-Parti A tal-Anness I ta' dan ir-Regolament.
    2.  
    L-enzimi u l-preparazzjonijiet enzimatiċi li jintużaw fil-prattiki u l-proċessi enoloġiċi awtorizzati elenkati fil-Parti A tal-Anness I għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

    Artikolu 10

    Kundizzjonijiet li jirregolaw iż-żamma, iċ-ċirkolazzjoni u l-użu ta' prodotti li ma jikkonformawx mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew ma' dan ir-Regolament

    1.  
    Il-prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 80(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq u għandhom jinqerdu. Madankollu, f'ċerti kundizzjonijiet li għandhom jiġu ddeterminati minnhom, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-użu ta' wħud mit-tali prodotti minn distilleriji jew minn fabbriki tal-ħall jew għal skopijiet industrijali.
    2.  
    It-tali prodotti ma jistgħux jinżammu mingħajr motivazzjoni leġittima minn produttur jew negozjant, u jistgħu jinġarru biss lejn distilleriji, fabbriki tal-ħall, jew stabbilimenti li jużawhom għal skopijiet jew prodotti industrijali, jew lejn impjanti tar-rimi.
    3.  
    L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw iż-żieda ta' aġenti denaturanti jew ta' indikaturi fl-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati b'mod aktar faċli. Meta jkun iġġustifikat, huma jistgħu wkoll jipprojbixxu l-użu stipulat fil-paragrafu 1 u jesiġu li l-prodotti jinqerdu.
    4.  
    L-inbid prodott sal-1 ta' Awwissu 2009 jista' jingħata jew jiġi fornut għall-konsum dirett mill-bniedem, dejjem jekk jissodisfa r-regoli tal-Unjoni jew nazzjonali fis-seħħ qabel dik id-data.

    Artikolu 11

    Kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-arrikkiment, għall-aċidifikazzjoni u għad-deaċidifkazzjoni ta' prodotti oħra minbarra l-inbid

    Il-proċessi awtorizzati msemmija fil-punt 1 tat-Taqsima D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 iridu jitwettqu f'operazzjoni waħda. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li wħud minn dawn il-proċessi jitwettqu f'aktar minn operazzjoni waħda, meta din il-prattika tiżgura vinifikazzjoni aħjar tal-prodotti konċernati. Fit-tali każijiet, il-limiti stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom japplikaw għall-operazzjoni kollha kemm hi.

    Artikolu 12

    Tferrigħ ta' nbid jew ta' most fuq il-karfa, jew fuq ir-residwu mill-għasra jew fuq il-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”

    It-tferrigħ ta' nbid jew ta' most fuq il-karfa, jew fuq ir-residwu mill-għasra jew fuq il-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”, kif previst fil-punt 2 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandu jitwettaq kif ġej, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2004:

    (a) 

    it-“Tokaji fordítás” jew it-“Tokajský forditáš” għandu jiġi ppreparat billi jitferra' most jew inbid fil-polpa magħsura tal-“aszú” jew tal-“výber”;

    (b) 

    it-“Tokaji máslás” jew it-“Tokajský mášláš” għandu jiġi ppreparat billi jitferra' most jew inbid fuq il-karfa tal-“szamorodni”/“samorodné” jew tal-“aszú”/“výber”.

    Il-prodotti konċernati jridu jkunu tal-istess sena tal-ħsad.

    Artikolu 13

    Iffissar ta' persentaġġ minimu tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji

    1.  
    Soġġett għall-punt 1 tat-Taqsima D tal-Parti II tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri għandhom jiffissaw persentaġġ minimu għall-volum tal-alkoħol li għandu jkun hemm fil-prodott sekondarju, wara s-separazzjoni tiegħu mill-inbejjed, fi proporzjon mal-volum li jkun hemm fl-inbid prodott. L-Istati Membri jistgħu jimmodulaw dak il-persentaġġ minimu tal-alkoħol skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.
    2.  
    Meta ma jintlaħaqx il-persentaġġ rilevanti ffissat mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1, l-operatur konċernat għandu jikkonsenja kwantità ta' nbid mill-produzzjoni tiegħu li tkun tikkorrispondi mal-kwantità meħtieġa biex jintlaħaq il-persentaġġ minimu.
    3.  

    Għall-fini li jiġi ddeterminat il-volum tal-alkoħol fil-prodotti sekondarji fi proprozjon ma' dak li jkun hemm fl-inbid prodott, il-gradi standard tal-qawwa alkoħolika naturali tal-inbid skont il-volum, li jridu jiġu applikati fiż-żoni differenti tal-produzzjoni tal-inbid, għandhom ikunu:

    (a) 

    8,0 % għaż-żona A;

    (b) 

    8,5 % għaż-żona B;

    (c) 

    9,0 % għaż-żona C I;

    (d) 

    9,5 % għaż-żona C II;

    (e) 

    10,0 % għaż-żona C III.

    Artikolu 14

    Rimi tal-prodotti sekondarji

    1.  
    Il-produtturi għandhom jirtiraw il-prodotti sekondarji tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, soġġett għar-rekwiżiti tal-konsenja u r-reġistrazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 ( 4 ) u l-Artikolu 14(1)(b) (vii) u l-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 ( 5 ), rispettivament.
    2.  
    L-irtirar għandu jsir mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena tal-inbid li matulha nkisbu l-prodotti sekondarji, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli, b'mod partikolari rigward il-ħarsien ambjentali.
    3.  
    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-produtturi li matul is-sena tal-inbid konċernata, ma jipproduċux aktar minn 50 ettolitru ta' nbid jew ta' most fl-istabbiliment tagħhom stess, mhumiex obbligati jirtiraw il-prodotti sekondarji tagħhom.
    4.  
    Il-produtturi jistgħu jissodisfaw l-obbligu li jarmu parti mill-prodotti sekondarji jew il-prodotti sekondarji kollha tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi proċessar ieħor tal-għeneb, billi jwasslu l-prodotti sekondarji sad-distillazzjoni. Dan ir-rimi tal-prodotti sekondarji għandu jiġi ċċertifikat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru konċernat.
    5.  
    L-Istati Membri jistgħu jeżiġu li t-twassil lejn id-distillazzjoni ta' parti mill-prodotti sekondarji jew tal-prodotti sekondarji kollha tal-produzzjoni tal-inbid jew ta' xi pproċessar ieħor tal-għeneb isir obbligatorju għal uħud mill-produtturi jew għall-produtturi kollha fit-territorju tagħhom, skont kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

    ▼M1

    Artikolu 15

    Arranġamenti tranżizzjonali

    L-istokkijiet tal-prodotti tad-dielja manifatturati qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-regoli fis-seħħ qabel dik id-data jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum mill-bniedem.

    ▼B

    Artikolu 16

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 huwa mħassar.

    Artikolu 17

    Dħul fis-seħħ

    1.  
    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
    2.  
    Għandu japplika minn mis-7 ta' Diċembru 2019.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    PARTI A

    PRATTIKI ENOLĠIĊI AWTORIZZATI



    TABELLA 1: PROĊESSI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (1).

     

    1

    2

     

    Proċessi enoloġiċi

    Kundizzjonijiet u limiti tal-użu (1)

    1

    Arjazzjoni jew ossiġenazzjoni

    Unikament għal meta jintuża l-ossiġenu gassuż.

    2

    Trattamenti bis-sħana

    ►C1  Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajls 1.8 (1970), 2.2.4 (1988), 3.4.3 (1988) u 3.4.3.1 (1990) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. ◄

    3

    Ċentrifugazzjoni u filtrazzjoni b'aġent filtranti inert jew mingħajru

    L-użu ta' aġent filtranti inert ma jridx iħalli residwi mhux mixtieqa fil-prodott trattat.

    4

    Ħolqien ta' atmosfera inerta

    Unikament għall-iskop li l-prodott jiġi mmanipulat filwaqt li jibqa' protett mill-arja.

    5

    Eliminazzjoni tad-diossidu tal-kubrit permezz ta' proċessi fiżiċi

    Unikament bl-għeneb frisk, bil-most tal-għeneb, bil-most tal-għeneb parzjalment iffermentat, bil-most tal-għeneb parzjalment iffermentat miksub mill-għeneb imqadded, bil-most tal-għeneb konċentrat, bil-most tal-għeneb konċentrat rettifikat, jew bl-inbid ġdid li jkun għadu qed jiffermenta.

    6

    Reżini ta' skambju joniku

    Unikament bil-most tal-għeneb maħsub għall-manifattura tal-most tal-għeneb konċentrat u rettifikat. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 3.

    7

    Gassifikazzjoni

    Unikament għal meta jintuża l-argon jew in-nitroġenu.

    8

    Flotazzjoni

    Meta jintuża n-nitroġenu jew id-diossidu tal-karbonju jew billi tingħata l-arjazzjoni. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 2.1.14 (1999).

    9

    Diski tal-paraffina pura impregnati bl-isotijoċjanat tal-allil

    Unikament għall-iskop li tinħoloq atmosfera sterilizzata. Fl-Italja huwa permess biss sakemm ikun konformi mal-leġiżlazzjoni ta' dak il-pajjiż u f'kontenituri li jesgħu aktar minn 20 litru biss. L-użu tal-isotijoċjanat tal-allil huwa soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti mogħtija fit-Tabella 2 dwar il-komposti enoloġiċi awtorizzati.

    10

    Trattament bl-elettrodijaliżi

    Unikament għall-iskop li tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid. Unikament għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale u għall-prodotti definiti fil-punti (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 5 ta' dan l-Anness.

    11

    Biċċiet tal-injam tal-ballut

    Fil-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-inbid, inkluż fil-fermentazzjoni tal-għeneb frisk u tal-most tal-għeneb. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 7.

    12

    Korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol fl-inbid

    Korrezzjoni mwettqa biss għall-inbid. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 8.

    13

    Skambjaturi ta' katjoni għall-istabilizzazzjoni tartarika

    Unikament għall-istabbilizzazzjoni tartarika tal-most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale u għall-prodotti definiti fil-punti (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 3.3.3 (2011) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. Dan għandu jikkonforma wkoll mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    14

    Trattament elettromembranarju

    Unikament għall-aċidifikazzjoni jew id-deaċidifikazzjoni. Soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mar-Regolament (UE) Nru 10/2011 (3) u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. ►C1  Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajls 2.1.3.1.3 (2010), 2.1.3.2.4 (2012), 3.1.1.4 (2010), 3.1.2.4 (2012) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. ◄ It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    15

    Skambjaturi ta' katjoni għall-aċidifikazzjoni

    Soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Dan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajls 2.1.3.1.4 (2012) u 3.1.1.5 (2012) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV. It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    16

    Abbinament tal-membrani

    Unikament għat-tnaqqis fil-kontenut taz-zokkor tal-most kif definit fil-punt 10 tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 9.

    17

    Kuntatturi tal-membrana

    Unikament għall-iskop li jiġi mmaniġġjat il-gass maħlul fl-inbid. Unikament għall-prodotti definiti fil-punti (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Iż-żieda tad-diossidu tal-karbonju għall-prodotti definiti fil-punti (4), (5), (6) u (8) tal-Parti II ta' dak l-Anness hija pprojbita. Dan għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mar-Regolament (KE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tiegħu. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 3.5.17 (2013) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV.

    18

    Teknoloġija tal-membrana abbinata mal-karbonju attivat

    Unikament għall-iskop li jitnaqqas l-eċċess tal-4-etilfenol u tal-4-etilgwajakolu fl-inbejjed. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 10.

    19

    Folji filtranti li fihom iż-żeolit y-faujasit

    Unikament għall-iskop tal-assorbiment tal-aloanisoli. Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-fajl 3.2.15 (2016) tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV.

    (1)   

    Is-sena fil-parentesi li ssegwi r-referenzi għall-fajl tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV, tindika l-verżjoni tal-fajl awtorizzat mill-Unjoni bħala prattiki enoloġiċi awtorizzati, soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu stabbiliti f'din it-tabella.

    (2)   

    Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).

    (3)   

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).



    TABELLA 2: KOMPOSTI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3 (1).

     

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    7

    8

     

    Sustanzi/Attivitajiet

    Numru E

    u/jew

    Numru CAS

    Il-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV (1)

    Ir-referenza għall-fajl Codex tal-OIV kif imsemmi fl-Artikolu 9(1)

    Addittiv

    Għajnuna għall-ipproċessar/sustanza użata bħala għajnuna għall-ipproċessar (2)

    Kundizzjonijiet u limiti tal-użu (3)

    Kategoriji ta' prodotti tal-inbid (4)

    1

    Regolaturi tal-aċidità

    1.1

    Aċidu tartariku (L(+)-)

    E 334/CAS 87-69-4

    Fajl 2.1.3.1.1 (2001);

    3.1.1.1 (2001)

    COEI-1-LTARAC

    x

     

    Kundizzjonijiet u limiti stabbiliti fit-Taqsimiet C u D tal-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament. Speċifikazzjonijiet għall-aċidu tartariku (L(+)-) stabbiliti fil-punt 2 tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness.

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    1.2

    Aċidu maliku (D,L-; L-)

    E 296/-

    Fajl 2.1.3.1.1 (2001);

    3.1.1.1 (2001)

    COEI-1-ACIMAL

    x

     

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    1.3

    Aċidu lattiku

    E 270/-

    Fajl 2.1.3.1.1 (2001);

    3.1.1.1 (2001)

    COEI-1-ACILAC

    x

     

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    1.4

    L(+)-tartrat tal-potassju

    E 336(ii)/CAS 921-53-9

    Fajl 2.1.3.2.2 (1979);

    3.1.2.2 (1979)

    COEI-1-POTTAR

     

    x

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    1.5

    Bikarbonat tal-potassju

    E 501(ii)/CAS 298-14-6

    Fajl 2.1.3.2.2 (1979);

    3.1.2.2 (1979)

    COEI-1-POTBIC

     

    x

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    1.6

    Karbonat tal-kalċju

    E 170/CAS 471-34-1

    Fajl 2.1.3.2.2 (1979);

    3.1.2.2 (1979)

    COEI-1-CALCAR

     

    x

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    1.7

    Tartrat tal-kalċju

    E 354/-

    Fajl 3.3.12 (1997)

    COEI-1-CALTAR

     

    x

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    1.8

    Sulfat tal-kalċju

    E 516/-

    Fajl 2.1.3.1.1.1 (2017)

     

    x

     

    Kundizzjonijiet u limiti stabbiliti fil-punt 2(b) tat-Taqsima A tal-Anness III. Livell ta' użu massimu: 2 g/l.

    (3)

    1.9

    Karbonat tal-potassju

    E 501(i)

    Fajl 2.1.3.2.5 (2017); 3.1.2.2 (1979)

     

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    2

    Preservattivi u antiossidanti

    2.1

    Diossidu tal-kubrit

    E 220/CAS 7446-09-5

    Fajl 1.12 (2004); 2.1.2 (1987);

    3.4.4 (2003)

    COEI-1-SOUDIO

    x

     

    Limiti (jiġifieri l-kwantità massima fil-prodott imqiegħed fis-suq) kif stabbiliti fit-Taqsima B tal-Anness I.

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    2.2

    Bisulfit tal-potassju

    E 228/CAS 7773-03-7

    Fajl 2.1.2 (1987)

    COEI-1-POTBIS

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    2.3

    Metabisulfit tal-potassju

    E 224/CAS 16731-55-8

    Fajl 1.12 (2004), 3.4.4 (2003)

    COEI-1-POTANH

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    2.4

    Sorbat tal-potassju

    E 202

    Fajl 3.4.5 (1988)

    COEI-1-POTSOR

    x

     

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    2.5

    Liżożima

    E 1105

    Fajl 2.2.6 (1997); 3.4.12 (1997)

    COEI-1-LYSOZY

    x

    x

     

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    2.6

    Aċidu L-askorbiku

    E 300

    Fajl 1.11 (2001); 2.2.7 (2001); 3.4.7 (2001)

    COEI-1-ASCACI

    x

     

    Kontenut massimu fl-inbid trattat b'dan il-mod u mqiegħed fis-suq: 250 mg/l. Massimu ta' 250 mg/l kull trattament.

    Għeneb frisk, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    2.7

    Dimetilkarbonat (DMDC)

    E242/CAS 4525-33-1

    Fajl 3.4.13 (2001)

    COEI-1-DICDIM

    x

     

    It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    3

    Sekwestranti

    3.1

    Karbonju għall-użu enoloġiku

     

    Fajl 2.1.9 (2002); 3.5.9 (1970)

    COEI-1-CHARBO

     

    x

     

    Inbejjed bojod, (2), (10), u (14)

    3.2

    Fibri veġetali selettivi

     

    Fajl 3.4.20 (2017)

    COEI-1-FIBVEG

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    4

    Attivaturi għall-fermentazzjoni alkoħolika u malolattika

    4.1

    Ċelluloża mikrokristallina

    E 460(i)/CAS 9004-34-6

    Fajl 2.3.2 (2005), 3.4.21 (2015)

    COEI-1-CELMIC

     

    x

    Dan għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012.

    Għeneb frisk, (2), (4), (5), (6), (7), (10), (11) u (12)

    4.2

    Fosfat tal-idroġenu tad-diammonju

    E 342/CAS 7783-28-0

    Fajl 4.1.7 (1995)

    COEI-1-PHODIA

     

    x

    Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika. Limitu massimu ta' 1 g/l (espress f'melħ) (5) jew ta' 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbejjed frizzanti.

    Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12), (13), it-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta' (4), (5), (6) u (7).

    4.3

    Sulfat tal-ammonju

    E 517/CAS 7783-20-2

    Fajl 4.1.7 (1995)

    COEI-1AMMSUL

     

    x

    4.4

    Bisulfit tal-ammonju

    -/CAS 10192-30-0

     

    COEI_1-AMMHYD

     

    x

    Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika. Limitu massimu ta' 0,2 g/l (espress fi mluħa) u sal-limiti stabbiliti fil-punti 2.1 sa 2.3.

    Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12) u (13)

    4.5

    Kloridrat tat-tijamina

    -/CAS 67-03-8

    Fajl 2.3.3 (1976); 4.1.7 (1995)

    COEI-1-THIAMIN

     

    x

    Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika.

    Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12), (13), it-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta' (4), (5), (6) u (7)

    4.6

    Awtolisati tal-ħmira

    -/-

    Fajl 2.3.2 (2005); 3.4.21 (2015)

    COEI-1-AUTLYS

     

    (2)

     

    Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12) u (13)

    4.7

    Qxur tal-ħmira

    -/-

    Fajl 2.3.4 (1988); 3.4.21 (2015)

    COEI-1-YEHULL

     

    (2)

     

    Għeneb frisk, (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    4.8

    Ħmira inattivata

    -/-

    Fajl 2.3.2 (2005); 3.4.21 (2015)

    COEI-1-INAYEA

     

    (2)

     

    Għeneb frisk, (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    4.9

    Ħmira inattivata b'livelli garantiti ta' glutatijon

    -/-

    Fajl 2.2.9 (2017)

    COEI-1-LEVGLU

     

    (2)

    Unikament għall-fermentazzjoni alkoħolika.

    Għeneb frisk, (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5

    Aġenti kjarifikanti

    5.1

    Ġelatina alimentari

    -/CAS 9000-70-8

    Fajl 2.1.6 (1997); 3.2.1 (2011)

    COEI-1-GELATI

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.2

    Proteina tal-qamħ

     

    Fajl 2.1.17 (2004); 3.2.7 (2004)

    COEI-1-PROVEG

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.3

    Proteina tal-piżelli

     

    Fajl 2.1.17 (2004); 3.2.7 (2004)

    COEI-1-PROVEG

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.4

    Proteina tal-patata

     

    Fajl 2.1.17 (2004); 3.2.7 (2004)

    COEI-1-PROVEG

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.5

    Isinglass

     

    Fajl 3.2.1 (2011)

    COEI-1-COLPOI

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    5.6

    Kaseina

    -/CAS 9005-43-0

    Fajl 2.1.16 (2004)

    COEI-1-CASEIN

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.7

    Kaseinati tal-potassju

    -/CAS 68131-54-4

    Fajl 2.1.15 (2004); 3.2.1 (2011)

    COEI-1-POTCAS

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.8

    Albumina tal-bajd

    -/CAS 9006-59-1

    Fajl 3.2.1 (2011)

    COEI-1-OEUALB

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    5.9

    Bentonit

    E 558/-

    Fajl 2.1.8 (1970); 3.3.5 (1970)

    COEI-1-BENTON

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.10

    Diossidu tas-silikon (ġell jew soluzzjoni kollojdali)

    E 551/-

    Fajl 2.1.10 (1991); 3.2.1 (2011); 3.2.4 (1991)

    COEI-1-DIOSIL

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.11

    Kawlina

    -/CAS 1332-58-7

    Fajl 3.2.1 (2011)

    COEI-1-KAOLIN

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    5.12

    Tannini

     

    Fajl 2.1.7 (1970); 2.1.17 (2004); 3.2.6 (1970); 3.2.7 (2004); 4.1.8 (1981); 4.3.2 (1981)

    COEI-1-TANINS

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (15) u (16)

    5.13

    Kitosan derivat mill-Aspergillus niger

    -/CAS 9012-76-4

    ►C1  Fajl 2.1.22 (2009); 3.2.1 (2011); 3.2.12 (2009) ◄

    COEI-1-CHITOS

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.14

    Kitina-glukanu derivat mill-Aspergillus niger

    Kitina: CAS 1398-61-4; Glukan: CAS 9041-22-9.

    ►C1  Fajl 2.1.23 (2009); 3.2.1 (2011); 3.2.13 (2009) ◄

    COEI-1-CHITGL

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.15

    Estratti tal-proteina tal-ħmira

    -/-

    Fajl 2.1.24 (2011); 3.2.14 (2011); 3.2.1 (2011)

    COEI-1-EPLEV

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    5.16

    Polivinilpolipirrolidon

    E 1202/CAS 25249-54-1

    Fajl 3.4.9 (1987)

    COEI-1-PVPP

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (15) u (16)

    5.17

    Alġinat tal-kalċju

    E 404/CAS 9005-35-0

    Fajl 4.1.8 (1981)

    COEI-1-ALGIAC

     

    x

    Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed frizzanti u semi-frizzanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib.

    (4), (5), (6), (7), (8) u (9)

    5.18

    Alġinat tal-potassju

    E 402/CAS 9005-36-1

    Fajl 4.1.8 (1981)

    COEI-1-POTALG

     

    x

    Fil-produzzjoni tal-kategoriji kollha tal-inbejjed frizzanti u semi-frizzanti miksuba mill-fermentazzjoni fil-fliexken u bil-karfa sseparata permezz tat-tiswib.

    (4), (5), (6), (7), (8) u (9)

    6

    Aġenti stabbilizzaturi

    6.1

    Tartrat idroġenat tal-potassju

    E336(i)/CAS 868-14-4

    Fajl 3.3.4 (2004)

    COEI-1-POTBIT

     

    x

    Biex jgħin biss fil-preċipitazzjoni tal-imluħa tartariċi.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.2

    Tartrat tal-kalċju

    E354/-

    Fajl 3.3.12 (1997)

    COEI-1-CALTAR

     

    x

     

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.3

    Aċidu ċitriku

    E 330

    Fajl 3.3.8 (1970); 3.3.1 (1970)

    COEI-1-CITACI

    x

     

    Kontenut massimu fl-inbid trattat b'dan il-mod u mqiegħed fis-suq: 1 g/l

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.4

    Tannini

    -/-

    3.3.1 (1970);

    COEI-1-TANINS

     

     

     

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.5

    Ferroċjanur tal-potassju

    E 536/-

    Fajl 3.3.1 (1970)

    COEI-1-POTFER

     

    x

    Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.6

    Fitat tal-kalċju

    -/CAS 3615-82-5

    Fajl 3.3.1 (1970)

    COEI-1-CALPHY

     

    x

    Għall-inbejjed ħomor, limitu massimu ta' 8 g/hl

    Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.7

    Aċidu metatartariku

    E 353/-

    Fajl 3.3.7 (1970)

    COEI-1-METACI

    x

     

     

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.8

    Gomma Arabika

    E 414/CAS 9000-01-5

    Fajl 3.3.6 (1972)

    COEI-1-GOMARA

    x

     

    Quantum satis

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.9

    Aċidu tartariku D, L- jew il-melħ newtrali tiegħu tal-potassju

    -/CAS 133-37-9

    Fajl 2.1.21 (2008); 3.4.15 (2008)

    COEI-1-DLTART

     

    x

    Unikament għall-ippreċipitar tal-eċċess ta' kalċju.

    Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.10

    Mannoproteini tal-ħmira

    -/-

    Fajl 3.3.13 (2005)

    COEI-1-MANPRO

    x

     

     

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    6.11

    Karbossimetilċelluloża

    E466/-

    Fajl 3.3.14 (2008)

    COEI-1-CMC

    x

     

    Unikament biex tiġi żgurata l-istabbilizzazzjoni tartarika.

    Inbejjed bojod, (4), (5), (6), (7), (8), (9)

    6.12

    Kopolimeri polivinilimidażol-polivinilpirrolidon (PVI/PVP)

    -/CAS 87865-40-5

    Fajl 2.1.20 (2014); 3.4.14 (2014)

    COEI-1-PVIPVP

     

    x

    It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    6.13

    Poliaspartat tal-potassju

    E 456/CAS 64723-18-8

    Fajl 3.3.15 (2016)

    COEI-1-POTASP

    x

     

    Unikament għall-iskop li jikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni tartarika.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    7

    Enżimi (6)

    7.1

    Ureażi

    EC 3.5.1.5

    Fajl 3.4.11 (1995)

    COEI-1-UREASE

     

    x

    Unikament għall-iskop li jitnaqqas il-livell tal-urea fl-inbid.

    Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 ta' dan l-Anness.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    7.2

    Pektina-liażi

    EC 4.2.2.10

    Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013)

    COEI-1-ACTPLY

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    7.3

    Pektinametilesterażi

    EC 3.1.1.11

    Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013)

    COEI-1-ACTPME

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    7.4

    Poligalatturonażi

    EC 3.2.1.15

    Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013)

    COEI-1-ACTPGA

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    7.5

    Emiċellulażi

    EC 3.2.1.78

    Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013)

    COEI-1-ACTGHE

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    7.6

    Ċellulażi

    EC 3.2.1.4

    Fajl 2.1.4 (2013); 2.1.18 (2013); 3.2.8 (2013); 3.2.11 (2013)

    COEI-1-ACTCEL

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    7.7

    Beta-glukanażi

    EC 3.2.1.58

    Fajl 3.2.10 (2004)

    COEI-1-BGLUCA

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    7.8

    Glikosidażi

    EC 3.2.1.20

    Fajl 2.1.19 (2013); 3.2.9 (2013)

    COEI-1-GLYCOS

     

    x

    Unikament għal skopijiet enoloġiċi fil-maċerazzjoni, fil-kjarifikazzjoni, fl-istabbilizzazzjoni, fil-filtrazzjoni u għall-iżvelar tal-prekursuri aromatiċi tal-għeneb.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    8

    Gassijiet u gassijiet tal-ippakkjar (7)

    8.1

    Argon

    E 938/CAS 7440-37-1

    Fajl 2.2.5 (1970); 3.2.3 (2002)

    COEI-1-ARGON

    (7)

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    8.2

    Nitroġenu

    E 941/CAS 7727-37-9

    Fajl 2.1.14 (1999);2.2.5 (1970); 3.2.3 (2002)

    COEI-1-AZOTE

    (7)

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    8.3

    Diossidu tal-karbonju

    E 290/CAS 124-38-9

    Fajl 1.7 (1970); 2.1.14 (1999); 2.2.3 (1970); 2.2.5 (1970); 2.3.9 (2005); 4.1.10 (2002)

    COEI-1-DIOCAR

    (7)

    x

    Għall-inbejjed mhux frizzanti, il-kontenut massimu tad-diossidu tal-karbonju fl-inbid trattat b'dan il-mod u mqiegħed fis-suq huwa 3 g/l, u l-pressjoni żejda minħabba d-diossidu tal-karbonju għandha tkun anqas minn 1 bar f'temperatura ta' 20 °C.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    8.4

    Ossiġenu gassuż

    E 948/CAS 17778-80-2

    Fajl 2.1.1 (2016); 3.5.5 (2016)

    COEI-1-OXYGEN

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    9

    Aġenti tal-fermentazzjoni

    9.1

    Ħmira għall-produzzjoni tal-inbid

    -/-

    Fajl 2.3.1 (2016); 4.1.8 (1981)

    COEI-1-LESEAC

     

    (2)

     

    Għeneb frisk, (2), (10), (11), (12), (13), it-tieni fermentazzjoni alkoħolika ta' (4), (5), (6) u (7)

    9.2

    Batterji tal-aċidu lattiku

    -/-

    Fajl 3.1.2 (1979); 3.1.2.3 (1980)

    COEI-1-BALACT

     

    (2)

     

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (15) u (16)

    10

    Korrezzjoni tad-difetti

    10.1

    Sulfat tar-ram, pentaidrat

    -/CAS 7758-99-8

    Fajl 3.5.8 (1989)

    COEI-1-CUISUL

     

    x

    Limitu massimu ta' 1 g/hl, dejjem jekk il-prodott trattat ma jkollux kontenut ta' ram ta' aktar minn 1 mg/l, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed likuri preparati mill-most tal-għeneb frisk mhux iffermentat jew ftit iffermentat, li l-kontenut ta' ram tagħhom ma jistax ikun ta' aktar minn 2 mg/l.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    10.2

    Ċitrat tar-ram

    -/CAS 866-82-0

    Fajl 3.5.14 (2008)

    COEI-1-CUICIT

     

    x

    Limitu massimu ta' 1 g/hl, dejjem jekk il-prodott trattat ma jkollux kontenut ta' ram ta' aktar minn 1 mg/l, bl-eċċezzjoni tal-inbejjed likuri prodotti minn most tal-għeneb frisk mhux iffermentat jew ftit iffermentat, li l-kontenut ta' ram tagħhom ma jistax ikun ta' aktar minn 2 mg/l.

    most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    10.3

    Kitosan derivat mill-Aspergillus niger

    -/CAS 9012-76-4

    Fajl 3.4.16 (2009)

    COEI-1-CHITOS

     

    x

     

    (1), (2), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    10.4

    Kitina-glukanu derivat mill-Aspergillus niger

    Kitina: CAS 1398-61-4; Glukan: CAS 9041-22-9.

    Fajl 3.4.17 (2009)

    COEI-1-CHITGL

     

    x

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    10.5

    Ħmira inattivata

    -/-

     

    COEI-1-INAYEA

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    11

    Prattiki oħra

    11.1

    Reżina tal-arżnu ta' Aleppo

    -/-

     

     

    x

     

    Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness.

    (2), (10), (11)

    11.2

    Karfa friska

    -/-

     

     

     

    (2)

    Unikament fl-inbejjed mhux ħelwin. Il-karfa friska hija sana u mhux dilwita u fiha ħmira li tirriżulta mill-vinifikazzjoni riċenti ta' nbid mhux ħelu. Kwantitajiet mhux akbar minn 5 % fil-volum tal-prodott trattat.

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (15) u (16)

    11.3

    Karamella

    E 150 a-d/-

    Fajl 4.3 (2007)

    COEI-1-CARAMEL

    x

     

    Li jsaħħaħ il-kulur kif definit fil-punt 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

    (3)

    11.4

    Isotijoċjanat tal-allil

    -/57-06-7

     

     

     

    x

    Unikament għall-iskop li jiġu impregnati d-diski tal-paraffina pura. Ara t-Tabella 1.

    Ma għandu jkun hemm l-ebda traċċa tal-isotijoċjanat tal-allil fl-inbid.

    Unikament għall-most parzjalment iffermentat għall-konsum dirett mill-bniedem tale quale, u għall-inbid.

    11.5

    Ħmira inattivata

    -/-

     

    COEI-1-INAYEA

     

    (2)

     

    (1), (3), (4), (5), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12), (15) u (16)

    (1)   

    Is-sena fil-parentesi li ssegwi r-referenzi għall-fajl tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV, tindika l-verżjoni tal-fajl awtorizzat mill-Unjoni bħala prattiki enoloġiċi awtorizzati, soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limiti tal-użu stabbiliti f'din it-tabella.

    (2)   

    Is-sustanzi użati bħala għajnuniet għall-ipproċessar kif imsemmija fl-Artikolu 20(d) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

    (3)   

    Il-komposti enoloġiċi awtorizzati għandhom jintużaw b'konformità mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-fajls tal-Kodiċi tal-Prattiki Enoloġiċi tal-OIV imsemmija fil-kolonna 3 sakemm ma jkunux japplikaw aktar kundizzjonijiet u limiti tal-użu kif stabbiliti f'din il-kolonna.

    (4)   

    Jekk mhux applikabbli għall-kategoriji kollha ta' prodotti tal-inbid stabbiliti fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (5)   

    L-imluħa tal-ammonju msemmija fil-linja 4.2, 4.3 u 4.4 jistgħu jintużaw ukoll flimkien, sal-limitu globali ta' 1 g/l jew 0,3 g/l għat-tieni fermentazzjoni tal-inbid frizzanti. Madankollu, il-melħ tal-ammonju msemmi fil-linja 4.4 ma jistax jaqbeż il-limitu msemmi fil-linja 4.4.

    (6)   

    Ara wkoll l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.

    (7)   

    Meta jintużaw bħala addittivi, fil-punt 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).




    Appendiċi 1

    Aċidu tartariku (L (+)-) u prodotti derivati

    1. L-aċidu tartariku, li l-użu tiegħu għall-iskopijiet ta' deaċidifikazzjoni huwa previst fl-entrata tal-linja 1.1 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, jista' jintuża biss għal prodotti li:

    huma mill-varjetajiet tad-dielja Elbling u Riesling; u
    jinkisbu mill-għeneb maħsud mir-reġjuni ta' vitikultura fin-naħa tat-tramuntana taż-żona ta' vitikultura A:
    — 
    Ahr,
    — 
    Rheingau,
    — 
    Mittelrhein,
    — 
    Mosel,
    — 
    Nahe,
    — 
    Rheinhessen,
    — 
    Pfalz,
    — 
    Moselle luxembourgeoise.

    2. L-aċidu tartariku, li l-użu tiegħu huwa previst fl-entrata tal-linja 1.1 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, imsejjaħ ukoll aċidu tartariku (L(+)-), irid ikun ta' oriġini agrikola u estratt speċifikament mill-prodotti tal-inbid. Dan irid jikkonforma wkoll mal-kriterji ta' purità stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 231/2012.

    3. Il-prodotti derivati li ġejjin tal-aċidu tartariku (L (+) -), li l-użu tagħhom huwa previst fl-entrati tal-linja li ġejjin tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, iridu jkunu ta' oriġini agrikola:

    — 
    tartrat tal-kalċju (1.7)
    — 
    tartrat tal-potassju (1.4)
    — 
    tartrat idroġenat tal-potassju (6.1)
    — 
    aċidu metatartariku (6.7).




    Appendiċi 2

    Reżina tal-arżnu ta' Aleppo

    1. Ir-reżina tal-arżnu ta' Aleppo, li l-użu tagħha huwa previst fil-punt 11.1 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, tista' tintuża biss għall-produzzjoni ta' nbid “retsina”. Din il-prattika enoloġika tista' titwettaq biss:

    (a) 

    fit-territorju ġeografiku tal-Greċja;

    (b) 

    bl-użu tal-most tal-għeneb ġej mill-varjetajiet tal-għeneb, miż-żoni ta' produzzjoni u miż-żoni ta' vitikultura kif speċifikati fid-dispożizzjonijiet nazzjonali Griegi fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 1980;

    (c) 

    billi jinżdied 1 000  gramma jew anqas ta' reżina kull ettolitru tal-prodott użat, qabel il-fermentazzjoni jew, meta l-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ma taqbiżx terz tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum, waqt il-fermentazzjoni.

    2. Il-Greċja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni minn qabel jekk ikollha l-intenzjoni li temenda d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 1(b). Dik in-notifika għandha ssir skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183. Jekk il-Kummissjoni ma tweġibx fi żmien xahrejn minn meta tirċievi din in-notifika, il-Greċja tista' timplimenta l-emendi pjanati.




    Appendiċi 3

    Reżini ta' skambju joniku

    Ir-reżini ta' skambju joniku li jistgħu jintużaw skont l-entrata tal-linja 6 tat-Tabella 1 ta' dan l-Anness huma l-kopolimeri tal-istirene u tad-divinilbenżen li fihom gruppi ta' aċidu sulfoniku jew ta' ammonju. Dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Barra minn hekk, meta jiġu ttestjati bil-metodu ta' analiżi stabbilit fit-tielet paragrafu ta' dan l-Appendiċi, dawn ma jridux jitilfu aktar minn 1 mg/l ta' materja organika fi kwalunkwe mis-solventi elenkati. Dawn iridu jiġu rriġenerati b'sustanzi permissibbli għall-użu fil-preparazzjoni tal-oġġetti tal-ikel.

    Dawn ir-reżini jistgħu jintużaw biss bis-superviżjoni ta' enologu jew ta' tekniku, u f'installazzjonijiet approvati mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jintużaw dawn ir-reżini. L-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu d-dmirijiet u r-responsabbiltà li minnhom huma inkarigati l-enologi u t-tekniċi approvati.

    Metodu ta' analiżi għad-determinazzjoni tat-telf ta' materja organika mir-reżini ta' skambju joniku:

    1.   KAMP U QASAM TA' APPLIKAZZJONI

    Il-metodu jistabbilixxi t-telf ta' materja organika mir-reżini ta' skambju joniku.

    2.   DEFINIZZJONI

    It-telf ta' materja organika mir-reżini ta' skambju joniku. It-telf ta' materja organika huwa ddeterminat bil-metodu speċifikat.

    3.   PRINĊIPJU

    Is-solventi tal-estrazzjoni jiġu mgħoddija minn reżini ppreparati u l-piż tal-materja organika estratta tiġi ddeterminata b'mod gravimetriku.

    4.   REAĠENTI

    Ir-reaġenti kollha għandhom ikunu ta' kwalità analitika.

    Solventi tal-estrazzjoni.

    4.1. 

    Ilma distillat jew ilma deonizzat ta' purità ekwivalenti.

    4.2. 

    Etanol, 15 % v/v. Ipprepara billi tħallat 15-il parti ta' etanol assolut ma' 85 parti ilma (il-punt 4.1).

    4.3. 

    Aċidu aċetiku, 5 % m/m. Ipprepara billi tħallat 5 partijiet ta' aċidu aċetikut ma' 95 parti ilma (il-punt 4.1).

    5.   APPARAT

    5.1. 

    Kolonni tal-kromatografija ta' skambju joniku.

    5.2. 

    Ċilindri tal-kejl, kapaċità 2 l.

    5.3. 

    Dixxijiet ta' evaporazzjoni li kapaċi jifilħu sħana ta' 850 oC f'muffle furnace.

    5.4. 

    Forn tat-tnixxif, ikkontrollat termostatikament f'temperatura ta' 105 ± 2 oC.

    5.5. 

    Muffle furnace, ikkontrollat termostatikament f'temperatura ta' 850 ± 25 oC.

    5.6. 

    Miżien analitiku, preċiż sa 0,1 mg.

    5.7. 

    Evaporatur, hot plate jew evaporatur infra-red.

    6.   PROĊEDURA

    6.1. 

    Żid ma' kull wieħed mit-tliet kolonni separati tal-kromatografija ta' skambju joniku (il-punt 5.1) 50 ml tar-reżina ta' skambju joniku li trid tiġi ttestjata, maħsula u ttrattata skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur għall-preparazzjoni tar-reżini għall-użu mal-ikel.

    6.2. 

    Għar-reżini anjoniċi, għaddi t-tliet solventi ta' estrazzjoni (il-punti 4.1, 4.2 u 4.3) separatament mill-kolonni ppreparati (il-punt 6.1) b'rata ta' fluss ta' minn 350 sa 450 ml/h. F'kull każ neħħi l-ewwel litru tal-elwat u iġbor iż-żewġ litri segwenti f'ċilindri tal-kejl (il-punt 5.2). Għar-reżini katjoniċi, għaddi biss is-solventi indikati fil-punti 4.1 u 4.2 tul il-kolonni ppreparati għal dan l-iskop.

    6.3. 

    Evapora t-tliet elwati fuq hot plate jew bl-evaporatur infra-red (il-punt 5.7) f'dixxijiet tal-evaporazzjoni separati (il-punt 5.3) li jkunu tnaddfu u ntiżnu minn qabel (m0). Qiegħed id-dixxijiet f'forn (il-punt 5.4) u nixxef għall-piż kostanti (m1).

    6.4. 

    Wara li tkun irreġistrajt il-piż kostanti (il-punt 6.3), qiegħed id-dixx tal-evaporazzjoni fil-muffle furnace (il-punt 5.5) u inċinera sakemm tikseb il-piż kostanti (m2).

    6.5. 

    Ikkalkula l-materja organika estratta (il-punt 7.1). Jekk ir-riżultat huwa akbar minn 1 mg/l, wettaq test blank tar-reaġenti u erġa' kkalkola l-piż tal-materja organika estratta.

    It-test blank għandu jitwettaq billi jiġu rripetuti l-operazzjonijiet fil-punti 6.3 u 6.4 imma bl-użu ta' żewġ litri tas-solvent tal-estrazzjoni, biex jagħti l-piżijiet m3 u m4 fil-punti 6.3 u 6.4 rispettivament.

    7.   ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI

    7.1. 

    Formula u kalkolu tar-riżultati

    Il-materja organika estratta mir-reżini ta' skambju joniku, espressa f'mg/litru, tinkiseb bil-formula:

    500 (m1 – m2)

    meta m1 u m2 huma espressi fi grammi.

    Il-piż ikkoreġut (mg/l) tal-materja organika estratta mir-reżina ta' skambju joniku, jinkiseb bil-formula:

    500 (m1 – m2 – m3 + m4)

    meta m1, m2, m3 u m4 huma espressi fi grammi.

    7.2. 

    Id-differenza fir-riżultati bejn żewġ determinazzjonijiet paralleli mwettqa fuq l-istess kampjun ma tridx taqbeż 0,2 mg/l.




    Appendiċi 4

    Ferroċjanur tal-potassju

    Fitat tal-kalċju

    Aċidu tartariku DL

    Il-ferroċjanur tal-potassju jew il-fitat tal-kalċju, li l-użu tiegħu huwa previst fl-entrati tal-linja 6.5 u 6.6 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, jew l-aċidu tartariku DL, li l-użu tiegħu huwa previst fl-entrata tal-linja 6.9 tat-Tabella 2 ta' dan l-Anness, jista' jintuża biss bis-superviżjoni ta' enologu jew ta' tekniku uffiċjalment approvat mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettaq il-proċess, u li l-limiti tar-responsabbiltà tiegħu jiġu ddeterminati, jekk meħtieġ, mill-Istat Membru konċernat.

    Wara t-trattament bil-ferroċjanur tal-potassju jew bil-fitat tal-kalċju, l-inbid għandu jkollu fih traċċi tal-ħadid.

    Is-superviżjoni tal-użu tal-prodott li għalih jirreferi l-ewwel paragrafu għandha tkun irregolata bid-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri.




    Appendiċi 5

    Rekwiżiti dwar it-trattament bl-elettrodijaliżi

    L-iskop ta' dan it-trattament huwa li tinkiseb l-istabbiltà tartarika tal-inbid fir-rigward tat-tartrat idroġenat tal-potassju u tat-tartrat tal-kalċju (u mluħa tal-kalċju oħra), bl-estrazzjoni ta' joni fis-supersaturazzjoni fl-inbid bl-azzjoni ta' kamp elettriku u bl-użu ta' membrani li jkunu permeabbli għall-anjoni jew għall-katjoni.

    1.   REKWIŻITI DWAR IL-MEMBRANI

    1.1. Il-membrani jiġu rranġati b'mod alternanti f'sistema tat-tip “filtru-pressa” jew xi sistema oħra xierqa li tissepara l-kompartiment tat-trattament (l-inbid) u dak tal-konċentrazzjoni (l-ilma mormi).

    1.2. Il-membrani permeabbli għall-katjoni jridu jkunu ddisinjati biex jiġbdu biss il-katjoni, b'mod partikolari K+, Ca++.

    1.3. Il-membrani permeabbli għall-anjoni jridu jkunu ddisinjati biex jiġbdu biss l-anjoni, b'mod partikolari l-anjoni tat-tartrat.

    1.4. Il-membrani ma jridux jimmodifikaw eċċessivament il-kompożizzjoni fiżikokimika u l-karatteristiċi sensorjali tal-inbid. Dawn iridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    — 
    iridu jiġu manifatturati skont il-prattika tajba tal-manifattura minn sustanzi awtorizzati għall-manifattura ta' materjali tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-oġġetti tal-ikel kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011,
    — 
    l-utent tat-tagħmir tal-elettrodijaliżi jrid juri li l-membrani li jintużaw jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' hawn fuq u li kull sostituzzjoni tkun twettqet minn persunal speċjalizzat,
    — 
    ma jridu jirrilaxxaw ebda sustanza fi kwantitajiet li jipperikolaw is-saħħa tal-bniedem jew li jaffettwaw it-togħma jew ir-riħa ta' oġġetti tal-ikel u jridu jilħqu l-kriterji stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 10/2011,
    — 
    l-użu tagħhom ma jridx iwassal għal interazzjonijiet bejn il-kostitwenti tagħhom b'tali mod li l-inbid jirriżulta fil-formazzjoni ta' komposti ġodda li jistgħu jkunu tossiċi fil-prodott trattat.

    L-istabbilità tal-membrani friski tal-elettrodijaliżi għandha tiġi ddeterminata bl-użu ta' simulant li jirriproduċi l-kompożizzjoni fiżikokimika tal-inbid għall-investigazzjoni tal-migrazzjoni possibbli minnhom ta' ċerti sustanzi.

    Il-metodu sperimentali rakkomandat huwa kif ġej:

    Is-simulant huwa soluzzjoni idroalkoħolika mnaqqsa għall-pH u l-konduttività tal-inbid. Il-kompożizzjoni tagħha hija kif ġej:

    — 
    etanol assolut: 11 l,
    — 
    tartrat idroġenat tal-potassju: 380 g,
    — 
    klorur tal-potassju: 60 g,
    — 
    aċidu sulfuriku konċentrat: 5 ml,
    — 
    ilma distillat: għall-kwantità ta' 100 litru,

    Din is-soluzzjoni tintuża għat-testijiet ta' migrazzjoni f'ċirkwit magħluq fuq kolonna tal-elettrodijaliżi taħt tensjoni (1 volt/ċellula), u fuq il-bażi ta' 50 l/m2 ta' membrani anjoniċi u katjoniċi, sakemm tintlaħaq demineralizzazzjoni tas-soluzzjoni ta' 50 %. Iċ-ċirkwit effluwenti jinbeda b'soluzzjoni ta' klorur tal-potassju ta' 5 g/l. Isiru testijiet għas-sustanzi migranti kemm fis-simulant kif ukoll fl-effluwent.

    Jiġu ddeterminati l-molekuli organiċi li jiffurmaw parti mill-kompożizzjoni tal-membrana li huma suxxettibbli li jemigraw għal ġos-soluzzjoni trattata. Titwettaq determinazzjoni speċifika għal kull wieħed minn dawn il-kostitwenti minn laboratorju approvat. Il-kontenut fis-simulant tal-komponenti determinati kollha jrid ikun anqas minn 50 μg/l.

    B'mod ġenerali, ir-regoli ġenerali għall-kontrolli tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-oġġetti tal-ikel iridu jiġu applikati għal dawn il-membrani.

    2.   REKWIŻITI DWAR L-UTILIZZAZZJONI TAL-MEMBRANI

    Il-par ta' membrani huwa fformulat sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    — 
    it-tnaqqis tal-pH tal-inbid ma jridx ikun aktar minn 0,3 unitajiet tal-pH,
    — 
    it-tnaqqis tal-aċidità volatili irid ikun anqas minn 0,12 g/l (2 meq espress bħala aċidu aċetiku),
    — 
    it-trattament ma jridx jaffettwa l-kostitwenti mhux joniċi tal-inbid, b'mod partikolari l-polifenoli u l-polisakkaridi,
    — 
    id-diffużjoni ta' molekuli żgħar bħall-etanol trid titnaqqas u m'għandhiex tikkawża tnaqqis fil-qawwa alkoħolika ta' aktar minn 0,1 % vol.,
    — 
    il-membrani jridu jiġu kkonservati u mnaddfa b'metodi approvati b'sustanzi awtorizzati għall-użu fil-preparazzjoni tal-oġġetti tal-ikel,
    — 
    il-membrani jiġu mmarkati sabiex tkun tista' tiġi ċċekkjata l-alternazzjoni fil-munzell,
    — 
    it-tagħmir għandu jitħaddem permezz ta' mekkaniżmu ta' kmand u kontroll li jqis l-instabbiltà partikolari ta' kull inbid sabiex jelimina biss is-supersaturazzjoni tat-tartrat idroġenat tal-potassju u tal-imluħa tal-kalċju,
    — 
    it-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat.

    It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.




    Appendiċi 6

    Rekwiżiti dwar l-ureażi

    1. Kodiċi internazzjonali għall-ureażi: EC 3-5-1-5, Nru CAS: 9002-13-5.

    2. Attività: attività ureażi (attiva f'pH aċiduż), biex l-urea tissepara f'ammonijaka u f'diossidu tal-karbonju. L-attività msemmija ma tkunx anqas minn 5 unitajiet/mg, meta unità waħda tkun definita bħala l-ammont li jipproduċi μmol wieħed ta' ammonijaka kull minuta f'37 oC minn 5 g/l urea f'pH 4.

    3. Oriġini: Lactobacillus fermentum.

    4. Qasam ta' applikazzjoni: is-separazzjoni tal-urea preżenti fl-inbid maħsub għall-maturazzjoni prolongata, meta l-konċentrazzjoni inizjali tal-urea tkun ogħla minn 1 mg/l.

    5. Doża massima: 75 mg ta' preparazzjoni enżimatika għal kull litru ta' nbid trattat, li ma taqbiżx 375 unità ta' ureażi għal kull litru ta' nbid. Wara t-trattament, l-attività enżimatika residwa kollha trid tiġi eliminata bil-filtrazzjoni tal-inbid (daqs tal-pori < 1 μm).

    6. Speċifikazzjonijiet tal-purità kimika u mikrobijoloġika:



    Telf mat-tnixxif

    Anqas minn 10 %

    Metalli tqal

    Anqas minn 30 ppm

    Pb

    Anqas minn 10 ppm

    As

    Anqas minn 2 ppm

    Koliformi totali

    Assenti

    Salmonella spp

    Assenti f'kampjun ta' 25 g

    Total aerobiku

    Anqas minn 5 × 104 ċelloli/g

    L-ureażi li tintuża fit-trattament tal-inbid trid tiġi ppreparata f'kundizzjonijiet simili għal dawk tal-ureażi kif kopert fid-dokument “Opinion on the use of urease prepared from Lactobacillus fermentum in wine production” tal-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel tal-10 ta' Diċembru 1998.




    Appendiċi 7

    Rekwiżiti dwar il-biċċiet tal-injam tal-ballut

    SKOP, ORIĠINI, U QASAM TA' APPLIKAZZJONI

    Il-biċċiet tal-injam tal-ballut jintużaw għall-produzzjoni u għall-maturazzjoni tal-inbejjed, inkluż għall-fermentazzjoni tal-għeneb frisk u tal-most, kif ukoll sabiex jagħtu lill-inbid ċerti karatteristiċi mill-injam tal-ballut.

    Il-biċċiet tal-injam tal-ballut iridu jkunu esklussivament tal-genus Quercus.

    Jistgħu jitħallew fl-istat naturali tagħhom, jew jiġu msaħħna f'temperatura baxxa, medja jew għolja, iżda ma jistgħux ikunu għaddew minn kombustjoni, lanqas mill-kombustjoni tas-superfiċje, ma jistax ikun fihom il-karbonju u ma jistgħux jitrammlu malli jintmessu. Ma jistgħux ikunu għaddew minn xi proċess kimiku, enżimatiku jew fiżiku għajr it-tisħin. L-ebda prodott ma jista' jiżdied bl-iskop li tiżdied it-togħma naturali jew jiżdied l-ammont tal-komposti fenoliċi tagħhom.

    TIKKETTAR

    It-tikketta trid issemmi l-oriġini tal-ispeċi botanika tal-ballut kif ukoll l-intensità tat-tisħin, il-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-prekawzjonijiet tas-sikurezza.

    DIMENSJONIJIET

    Id-dimensjonijiet tal-biċċiet tal-injam tal-ballut iridu jkunu tali li mill-anqas 95 % bil-piż jinżamm b'filtru malja ta' 2 mm (jiġifieri 9 mesh).

    PURITÀ

    Il-biċċiet tal-injam tal-ballut ma jistgħux jirrilaxxaw xi sustanza f'konċentrazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa.

    It-trattament għandu jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.




    Appendiċi 8

    Rekwiżiti dwar it-trattament tal-korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol tal-inbejjed

    It-trattament tal-korrezzjoni tal-kontenut tal-alkoħol (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-trattament”) għandu l-għan li jnaqqas l-ammont żejjed tal-etanol fl-inbid, sabiex jittejjeb il-bilanċ fit-togħma tiegħu.

    Rekwiżiti:

    (1) 

    L-objettivi jistgħu jintlaħqu permezz ta' tekniki ta' separazzjoni applikati waħedhom jew flimkien.

    (2) 

    L-inbejjed trattati ma jrid ikollhom l-ebda difett organolettiku, u jridu jkunu xierqa għall-konsum dirett mill-bniedem.

    (3) 

    It-tneħħija tal-alkoħol mill-inbid ma tistax issir jekk waħda mill-operazzjonijiet ta' arrikkiment stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tkun ġiet applikata għal wieħed mill-prodotti tal-inbid użati fil-preparazzjoni tal-inbid konċernat.

    (4) 

    Il-kontenut tal-alkoħol jista' jitnaqqas b'massimu ta' 20 % u l-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-prodott finali trid tkun konformi ma' dik definita fil-punt (a) tat-tieni paragrafu tal-punt (1) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (5) 

    It-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat.

    (6) 

    It-trattament irid jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (7) 

    L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li t-trattament jiġi nnotifikat minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti.




    Appendiċi 9

    Rekwiżiti dwar it-trattament tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most permezz tal-abbinament tal-membrani

    It-trattament tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “it-trattament”) għandu l-għan li jneħħi z-zokkor mill-most, permezz tal-abbinament tal-membrani li jassoċja l-mikrofiltrazzjoni u l-ultrafiltrazzjoni man-nanofiltrazzjoni jew mal-ożmożi inversa.

    Rekwiżiti:

    (1) 

    It-trattament iwassal għal tnaqqis fil-volum skont il-kwantità u l-kontenut taz-zokkor tas-soluzzjoni taz-zokkor li tkun tneħħiet mill-most inizjali.

    (2) 

    Il-proċeduri jridu jippermettu li jinżamm il-kontenut tal-kostitwenti tal-most l-oħra, minbarra z-zokkor.

    (3) 

    It-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor fil-most jeskludi l-korrezzjoni tal-kontenut tal-akoħol tal-inbejjed li jinkisbu minn dan il-most.

    (4) 

    It-trattament ma jridx jintuża flimkien ma' waħda mill-operazzjonijiet ta' arrikkiment previsti fil-Parti I tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (5) 

    It-trattament isir fuq volum ta' most determinat skont l-ammont tat-tnaqqis tal-kontenut taz-zokkor li jrid jinkiseb.

    (6) 

    L-ewwel stadju għandu l-għan li jadatta l-most għat-tieni stadju tal-konċentrazzjoni, min-naħa waħda, u li jikkonserva l-makromolekuli li jkunu ta' daqs ikbar mil-limitu ta' qtugħ tal-membrana, min-naħa l-oħra. Dan l-istadju jista' jitwettaq permezz tal-ultrafiltrazzjoni.

    (7) 

    Il-permeat miksub waqt l-ewwel stadju tat-trattament imbagħad jiġi kkonċentrat permezz tan-nanofiltrazzjoni jew tal-ożmożi inversa.

    L-ilma oriġinali u l-aċidi organiċi li ma jinżammux min-nanofiltrazzjoni jistgħu, b'mod partikolari, jiġu introdotti mill-ġdid fil-most li jkun sarlu t-trattament.

    (8) 

    It-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat.

    (9) 

    Il-membrani li jintużaw iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 u tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.




    Appendiċi 10

    Rekwiżiti dwar it-trattament tal-inbejjed bl-użu tat-teknoloġija tal-membrana abbinata mal-karbonju attivat biex jitnaqqas l-eċċess tal-4-etilfenol u tal-4-etilgwajakolu

    L-għan ta' dan it-trattament huwa li jitnaqqas il-kontenut tal-4-etilfenol u l-4-etilgwajakolu ta' oriġini mikrobjali li jikkostitwixxi difetti organolettiċi u jostor l-aromi tal-inbid.

    Rekwiżiti:

    (1) 

    It-trattament jeħtieġ isir bir-responsabbiltà ta' enologu jew ta' tekniku kwalifikat.

    (2) 

    It-trattament irid jiddaħħal fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 147(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    (3) 

    Il-membrani li jintużaw iridu jkunu konformi mar-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 1935/2004 u (UE) Nru 10/2011 u mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implimentazzjoni tagħhom. Dawn iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Kodiċi Enoloġiku Internazzjonali ppubblikat mill-OIV.

    PARTI B

    KONTENUT MASSIMU TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED

    A.   IL-KONTENUT TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED

    1. Il-kontenut totali tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed, minbarra l-inbejjed frizzanti u l-inbejjed likuri, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jaqbeż:

    (a) 

    150 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor;

    (b) 

    200 milligramma kull litru għall-inbejjed bojod u rożè.

    2. Minkejja l-punti 1(a) u (b), il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit għandu jiżdied, fir-rigward tal-inbejjed b'kontenut taz-zokkor, espress bħala s-somma ta' glukożju u fruttożju, ta' mhux anqas minn ħames grammi kull litru, għal:

    (a) 

    200 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor;

    (b) 

    250 milligramma kull litru għall-inbejjed bojod u rożè;

    (c) 

    300 milligrammi kull litru għal:

    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għad-deskrizzjoni “Spätlese”, skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni,
    — 
    l-inbejjed bojod li huma intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin: Bordeaux supérieur, Graves de Vayres, Côtes de Bordeaux-Saint-Macaire għall-inbejjed imsejħa “moelleux”, Premières Côtes de Bordeaux, Côtes de Bergerac, Côtes de Montravel, Gaillac segwita mit-termini “doux” jew “vendanges tardives”, Rosette u Savennières,
    — 
    l-inbejjed bojod li huma intitolati għad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti Allela, Navarra, Penedès, Tarragona u Valencia u l-inbejjed intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta mill-Comunidad Autónoma del Pais Vasco u deskritti bħala “vendimia tardia”,
    — 
    l-inbejjed ħelwin li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Binissalem-Mallorca”,
    — 
    l-inbejjed magħmulin mill-għeneb misjur iżżejjed u mill-għeneb imqadded li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Málaga” b'kontenut taz-zokkor residwu ta' 45 g/l jew aktar,
    — 
    l-inbejjed li joriġinaw mir-Renju Unit, prodotti skont il-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit meta l-kontenut taz-zokkor ikun ta' aktar minn 45 g/l,
    — 
    l-inbejjed mill-Ungerija b'denominazzjoni ta' oriġini protetta “Tokaji” u deskritti b'konformità mad-dispożizzjonijiet Ungeriżi bħala “Tokaji édes szamorodni” jew “Tokaji szàraz szamorodni”,
    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin: Loazzolo, Alto Adige u Trentino deskritt bit-termini jew b'wieħed mit-termini: “passito” jew “vendemmia tardiva”,
    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta: “Colli orientali del Friuli” flimkien mat-terminu “Picolit”,
    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti “Moscato di Pantelleria naturale” u “Moscato di Pantelleria”,
    — 
    l-inbejjed mir-Repubblika Ċeka li huma intitolati għall-indikazzjoni “pozdní sběr”,
    — 
    l-inbejjed mis-Slovakkja, li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “neskorý zber”, kif ukoll l-inbejjed “Tokaj” Slovakki intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Tokajské samorodné suché” jew “Tokajské samorodné sladké”,
    — 
    l-inbejjed mis-Slovenja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “vrhunsko vino ZGP — pozna trgatev”,
    — 
    l-inbejjed bojod b'dawn l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin, b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' aktar minn 15 % vol. u b'kontenut taz-zokkor ta' aktar minn 45 g/l:
    — 
    Franche-Comté,
    — 
    Coteaux de l'Auxois,
    — 
    Saône-et-Loire,
    — 
    Coteaux de l'Ardèche,
    — 
    Collines rhodaniennes,
    — 
    Comté Tolosan,
    — 
    Côtes de Gascogne,
    — 
    Gers,
    — 
    Lot,
    — 
    Côtes du Tarn,
    — 
    Corrèze,
    — 
    Ile de Beauté,
    — 
    Oc,
    — 
    Thau,
    — 
    Val de Loire,
    — 
    Méditerranée,
    — 
    Comtés rhodaniens,
    — 
    Côtes de Thongue,
    — 
    Côte Vermeille,
    — 
    Agenais,
    — 
    Landes,
    — 
    Allobrogie,
    — 
    Var,
    — 
    l-inbejjed ħelwin li joriġinaw mill-Greċja, b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' 15 % vol. jew aktar u b'kontenut taz-zokkor ta' 45 g/l jew aktar li huma intitolati għal waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin:
    — 
    Άγιο Όρος (Mount Athos - Holly Mount Athos - Holly Mountain Athos - Mont Athos - Άγιο Όρος Άθως),
    — 
    Αργολίδα (Αrgolida),
    — 
    Αχαΐα (Achaia),
    — 
    Επανομή (Epanomi),
    — 
    Κυκλάδες (Cyclades),
    — 
    Λακωνία (Lakonia),
    — 
    Πιερία (Pieria),
    — 
    Τύρναβος (Tyrnavos),
    — 
    Φλώρινα (Florina),
    — 
    l-inbejjed ħelwin li joriġinaw minn Ċipru, b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' 15 % vol. jew anqas, b'kontenut taz-zokkor ta' 45 g/l jew anqas, li huma intitolati għad-denominazzjoni ġeografika protetta “Κουμανδαρία (Commandaria)”,
    — 
    l-inbejjed ħelwin li joriġinaw minn Ċipru, prodotti mill-għeneb misjur iżżejjed jew mill-għeneb imqadded, b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' 15 % vol. jew aktar, b'kontenut taz-zokkor ta' 45 g/l jew aktar li huma intitolati għal waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin:
    — 
    Τοπικός Οίνος Λεμεσός (Inbid reġjonali ta' Lemesos),
    — 
    Τοπικός Οίνος Πάφος (Inbid reġjonali ta' Pafos),
    — 
    Τοπικός Οίνος Λάρνακα (Inbid reġjonali ta' Larnaka),
    — 
    Τοπικός Οίνος Λευκωσία (Inbid Reġjonali ta' Lefkosia),
    — 
    l-inbejjed li joriġinaw minn Malta b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' 13,5 % vol. jew aktar u b'kontenut taz-zokkor ta' 45 g/l jew aktar li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Malta” u “Gozo”,
    — 
    l-inbejjed mill-Kroazja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “kvalitetno vino KZP – desertno vino” jew “vrhunsko vino KZP – desertno vino” meta il-kontenut taz-zokkor ikun ta' aktar minn 50 g/l jew “vrhunsko vino KZP – kasna berba”;
    — 
    l-inbejjed mill-għeneb imqadded bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Ponfini”, meta l-kontenut taz-zokkor ikun ta' aktar minn 50 g/l,
    — 
    l-inbejjed bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Muškat momjanski/Moscato di Momiano” deskritti bit-termini “kvalitetno vino KZP – desertno vino” jew “vrhunsko vino KZP – desertno vino” meta l-kontenut taz-zokkor ikun ta' aktar minn 50 g/l;
    (d) 

    350 milligrammi kull litru għal:

    — 
    l-inbejjed intitolati għad-deskrizzjoni “Auslese” skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni,
    — 
    l-inbejjed bojod Rumeni li huma intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin: Murfatlar, Cotnari, Târnave, Pietroasa, Valea Călugărească,
    — 
    l-inbejjed mir-Repubblika Ċeka li huma intitolati għad-deskrizzjoni “výběr z hroznů”,
    — 
    l-inbejjed li joriġinaw mis-Slovakkja, li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “výber z hrozna”, kif ukoll l-inbejjed Slovakki “Tokaj” li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Tokajský másláš” jew “Tokajský forditáš”,
    — 
    l-inbejjed mis-Slovenja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “vrhunsko vino ZGP — izbor”,
    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għall-espressjoni tradizzjonali “Késġi szüretelésű bor”,
    — 
    l-inbejjed mill-Italja tat-tip “aleatico” li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Pergola”, u l-espressjoni tradizzjonali “passito”,
    — 
    l-inbejjed mill-Kroazja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “vrhunsko vino KZP — izborna berba”,
    — 
    l-inbejjed mill-Ungerija li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti skont id-dispożizzjonijiet Ungeriżi bħala “Válogatott szüretelésű bor'” jew “Főbor”;
    (e) 

    400 milligrammi kull litru għal:

    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għad-deskrizzjonijiet “Beerenauslese”, “Ausbruch”, “Ausbruchwein”, “Trockenbeerenauslese”, “Strohwein”, “Schilfwein” u “Eiswein”, skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni,
    — 
    l-inbejjed bojod li huma intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin: Sauternes, Barsac, Cadillac, Cérons, Loupiac, Sainte-Croix- du-Mont, Monbazillac, Bonnezeaux, Quarts de Chaume, Coteaux du Layon, Coteaux de l'Aubance, Graves Supérieures, Sainte-Foy Bordeaux, Haut-Montravel, Saussignac, Jurançon ħlief meta segwita mit-terminu “sec”, Anjou-Coteaux de la Loire, Coteaux du Layon segwita mill-isem tal-muniċipalità tal-oriġini, Chaume, Coteaux de Saumur, Coteaux du Layon segwita mit-terminu premier cru u kompletata bid-denominazzjoni ġeografika komplementari Chaume, Pacherenc du Vic Bilh ħlief meta segwita mit-terminu “sec”, Alsace u Alsace grand cru segwita mit-terminu “vendanges tardives” jew “sélection de grains nobles”,
    — 
    l-inbejjed ħelwin li joriġinaw mill-Greċja, prodotti mill-għeneb misjur iżżejjed u mill-għeneb imqadded, b'kontenut taz-zokkor residwu, espress bħala zokkor, ta' 45 g/l jew aktar u li huma intitolati għal waħda mid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti li ġejjin:
    — 
    Δαφνές (Dafnes),
    — 
    Λήμνος (Limnos),
    — 
    Malvasia Πάρος (Malvasia Paros),
    — 
    Malvasia Σητείας (Malvasia Sitia),
    — 
    Malvasia Χάνδακας - Candia,
    — 
    Μονεμβασία- Malvasia (Monemvasia – Malvasia),
    — 
    Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Muscat of Kefalonia - Muscat de Céphalonie),
    — 
    Μοσχάτος Λήμνου (Muscat of Limnos),
    — 
    Μοσχάτο Πατρών (Muscat of Patra),
    — 
    Μοσχάτος Ρίου Πάτρας (Muscat of Rio Patra),
    — 
    Μοσχάτος Ρόδου (Muscat of Rodos),
    — 
    Νεμέα (Nemea),
    — 
    Σάμος (Samos),
    — 
    Σαντορίνη (Santorini),
    — 
    Σητεία (Sitia),
    u l-inbejjed ħelwin li joriġinaw mill-Greċja, prodotti mill-għeneb misjur iżżejjed u mill-għeneb imqadded, li huma intitolati għal waħda mill-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li ġejjin:
    — 
    Άγιο Όρος (Mount Athos - Holly Mount Athos - Holly Mountain Athos - Mont Athos - Άγιο Όρος Άθως),
    — 
    Αιγαίο Πέλαγος (Aegean Sea - Aigaio Pelagos),
    — 
    Δράμα (Drama),
    — 
    Ηράκλειο (Iraklio),
    — 
    Καστοριά (Kastoria),
    — 
    Κρήτη (Crete),
    — 
    Μακεδονία (Macedonia),
    — 
    Ρέθυμνο (Rethimno),
    — 
    Σιάτιστα (Siatista),
    — 
    Στερεά Ελλάδα (Sterea Ellada),
    — 
    Χανιά (Chania),
    — 
    l-inbejjed mir-Repubblika Ċeka li huma intitolati għad-deskrizzjonijiet “výběr z bobulí”, “výběr z cibéb”, “ledové víno” jew “slámové víno”,
    — 
    l-inbejjed mis-Slovakkja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-termini “bobuľový výber”, “hrozienkový výber”, “cibébový výber”, “ľadové víno” jew “slamové víno” u l-inbejjed Slovakki “Tokaj” intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Tokajský výber”, “Tokajská esencia” jew “Tokajská výberová esencia”,
    — 
    l-inbejjed mill-Ungerija li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti skont id-dispożizzjonijiet Ungeriżi bħala “Tokaji máslás”, “Tokaji fordítás”, “Tokaji aszúeszencia”, “Tokaji eszencia”, “Tokaji aszú” jew “Töppedt szőlőből készült bor” jew “Jégbor”,
    — 
    l-inbejjed li huma intitolati għad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Albana di Romagna” u deskritti bit-terminu “passito”,
    — 
    l-inbejjed Lussemburgiżi li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-termini “vendanges tardives”, “vin de glace” jew “vin de paille”,
    — 
    l-inbejjed mill-Portugall li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta jew għal indikazzjoni ġeografika protetta kif ukoll għall-ispeċifikazzjoni “colheita tardia”,
    — 
    l-inbejjed mis-Slovenja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-termini “vrhunsko vino ZGP — jagodni izbor”, “vrhunsko vino ZGP — ledeno vino” jew “vrhunsko vino ZGP — suhi jagodni izbor”,
    — 
    l-inbejjed li joriġinaw mill-Kanada li huma intitolati għad-deskrizzjoni “Icewine”,
    — 
    l-inbejjed mill-Kroazja li huma intitolati għal denominazzjoni ta' oriġini protetta u deskritti bit-terminu “vrhunsko vino KZP – izborna berba bobica”, “vrhunsko vino KZP – izborna berba prosušenih bobica” jew “vrhunsko vino KZP – ledeno vino”.

    3. Il-listi tal-inbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta stabbiliti fil-punti 2(c), (d) u (e) jistgħu jiġu emendati biex jinkludu nbejjed ġodda jew meta jiġu emendati l-kundizzjonijiet tal-produzzjoni tal-inbejjed jew meta tinbidel id-denominazzjoni ta' oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika. L-Istati Membri għandhom jibagħtu talba għal deroga lill-Kummissjoni b'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 u għandhom jipprovdu l-informazzjoni teknika kollha meħtieġa għall-inbejjed konċernati, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott tagħhom u l-kwantitajiet annwali prodotti.

    4. Fis-snin meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jeħtieġuha b'mod eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw żieda ta' massimu ta' 50 milligramma kull litru fit-total massimu tal-livelli tad-diossidu tal-kubrit ta' anqas minn 300 milligramma kull litru għall-inbejjed prodotti f'ċerti żoni ta' vitikultura fit-territorju tagħhom. Fi żmien xahar wara l-għoti tad-deroga l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-derogi lill-Kummissjoni, b'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 billi jispeċifikaw is-sena, iż-żoni ta' vitikulutra u l-inbejjed konċernati u billi jipprovdu evidenza li tindika li l-kundizzjonijiet klimatiċi jagħmlu ż-żieda meħtieġa. Imbagħad il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deroga fis-sit web tagħha.

    5. L-Istati Membri jistgħu japplikaw dispożizzjonijiet aktar restrittivi għall-inbejjed prodotti fit-territorju tagħhom.

    B.   IL-KONTENUT TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED LIKURI

    Il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed likuri, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jaqbeż:

    (a) 

    150 mg/l meta l-kontenut taz-zokkor ikun ta' anqas minn 5 g/l;

    (b) 

    200 mg/l meta l-kontenut taz-zokkor ma jkunx anqas minn 5 g/l.

    C.   IL-KONTENUT TAD-DIOSSIDU TAL-KUBRIT TAL-INBEJJED FRIZZANTI

    1. Il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit tal-inbejjed frizzanti, mar-rilaxx tagħhom fis-suq għall-konsum dirett mill-bniedem, ma jistax jaqbeż:

    (a) 

    185 mg/l għall-kategoriji kollha tal-inbid frizzanti ta' kwalità; u

    (b) 

    235 mg/l għal inbejjed frizzanti oħra.

    2. Meta l-kundizzjonijiet klimatiċi jeħtieġuha f'ċerti żoni ta' vitikultura tal-Unjoni, l-Istati Membri konċernati jistgħu jawtorizzaw żieda sa 40 mg/l fil-kontenut massimu totali tad-diossidu tal-kubrit għall-inbejjed frizzanti msemmija fil-punt 1(a) u (b) prodotti fit-territorju tagħhom, dejjem jekk l-inbejjed koperti minn din l-awtorizzazzjoni ma jintbagħtux barra mill-Istat Membru konċernat.

    PARTI C

    IL-KONTENUT MASSIMU TAL-AĊIDU VOLATILI TAL-INBEJJED

    1. Il-kontenut tal-aċidu volatili ma għandux jaqbeż:

    (a) 

    18 milliekwivalenti kull litru għall-most parzjalment iffermentat;

    (b) 

    18 milliekwivalenti kull litru għall-inbejjed bojod u rożè; jew

    (c) 

    20 milliekwivalenti kull litru għall-inbejjed ħomor.

    2. Il-livelli msemmija fil-punt 1 għandhom japplikaw:

    (a) 

    għall-prodotti mill-għeneb tal-ħsad fi ħdan l-Unjoni, fl-istadju tal-produzzjoni u fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni;

    (b) 

    għall-most tal-għeneb parzjalment iffermentat u għall-inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi, fl-istadji kollha wara d-dħul tagħhom fit-territorju ġeografiku tal-Unjoni.

    3. L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mil-limiti stabbiliti fil-punt 1:

    (a) 

    għal ċerti nbejjed b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta:

    — 
    meta jkunu ġew immaturati għal perjodu ta' mill-anqas sentejn, jew
    — 
    meta jkunu ġew prodotti skont metodi partikolari;
    (b) 

    għall-inbejjed b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' mill-anqas 13 % vol.

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-derogi lill-Kummissjoni skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/1183 u fi żmien xahar wara d-data tal-għoti tad-deroga. Imbagħad il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deroga fis-sit web tagħha.

    PARTI D

    LIMITI U KUNDIZZJONIJIET GĦAŻ-ŻIEDA FIL-ĦLEWWA TAL-INBEJJED

    1. Iż-żieda fil-ħlewwa tal-inbid tista' tiġi awtorizzata biss jekk titwettaq bl-użu ta' wieħed jew aktar minn dawn il-prodotti li ġejjin:

    (a) 

    most tal-għeneb;

    (b) 

    most tal-għeneb konċentrat;

    (c) 

    most tal-għeneb konċentrat rettifikat.

    Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid konċernat ma għandhiex tiżdied b'aktar minn 4 % vol.

    2. Iż-żieda fil-ħlewwa tal-inbejjed importati maħsubin għall-konsum dirett mill-bniedem u li jkollhom indikazzjoni ġeografika hija pprojbita fit-territorju tal-Unjoni. Iż-żieda fil-ħlewwa ta' nbejjed oħra importati għandha tkun soġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħall-inbejjed prodotti fl-Unjoni.

    3. Iż-żieda fil-ħlewwa ta' nbid b'denominazzjoni ta' oriġini protetta tista' tiġi awtorizzata minn Stat Membru biss jekk issir:

    (a) 

    skont il-kundizzjonijiet u l-limiti stabbiliti f'dan l-Anness;

    (b) 

    fir-reġjun li fih ġie prodott l-inbid jew f'żona qrib ħafna.

    Il-most tal-għeneb u l-most tal-għeneb konċentrat imsemmija fil-punt 1 għandhom joriġinaw mill-istess reġjun bħall-inbid li tinżiedlu l-ħlewwa.

    4. Iż-żieda fil-ħlewwa tal-inbejjed għandha tkun awtorizzata biss fl-istadji tal-produzzjoni u tal-bejgħ bl-ingrossa.




    ANNESS II

    PRATTIKI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI U RESTRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI, GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI TA' KWALITÀ U GĦALL-INBEJJED FRIZZANTI AROMATIĊI TA' KWALITÀ

    A.    Inbid frizzanti

    1. Għall-finijiet ta' dan il-punt u tat-Taqsimiet B u C ta' dan l-Anness:

    (a) 

    “likur tirage” (tirage liqueur) tfisser il-prodott miżjud mal-cuvée biex jipprovoka l-fermentazzjoni sekondarja;

    (b) 

    “likur ta' spedizzjoni” (expedition liqueur) tfisser il-prodott miżjud mal-inbejjed frizzanti biex jingħataw kwalitajiet ta' togħma speċjali.

    2. Il-likur ta' spedizzjoni jista' jkun fih biss:

    — 
    sukrożju,
    — 
    most tal-għeneb,
    — 
    most tal-għeneb fil-fermentazzjoni,
    — 
    most tal-għeneb konċentrat,
    — 
    most tal-għeneb konċentrat rettifikat,
    — 
    inbid, jew
    — 
    taħlita ta' dawn,

    biż-żieda possibbli ta' distillat tal-inbid.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-arrikkiment awtorizzat bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għall-kostitwenti tal-cuvée, kull arrikkiment tal-cuvée għandu jkun ipprojbit.

    4. Madankollu, fir-rigward tar-reġjuni u l-varjetajiet li għalihom huwa ġustifikat mil-lat tekniku, kull Stat Membru jista' jawtorizza l-arrikkiment tal-cuvée fil-post ta' produzzjoni tal-inbejjed frizzanti, dejjem jekk:

    (a) 

    l-ebda wieħed mill-kostitwenti tal-cuvée ma jkun għadda minn arrikkiment;

    (b) 

    il-kostitwenti msemmija jinkisbu biss mill-għeneb maħsud fit-territorju tiegħu;

    (c) 

    l-arrikkiment jitwettaq f'operazzjoni waħda;

    (d) 

    il-limiti li ġejjin ma jinqabżux:

    (i) 

    3 % vol. għal cuvée magħmula minn kostitwenti li joriġinaw miż-żona ta' vitikultura A;

    (ii) 

    2 % vol. għal cuvée magħmula minn kostitwenti li joriġinaw miż-żona ta' vitikultura B;

    (iii) 

    1,5 % vol. għal cuvée magħmula minn kostitwenti li joriġinaw miż-żona ta' vitikultura C;

    (e) 

    il-metodu użat huwa ż-żieda ta' sukrożju, ta' most tal-għeneb konċentrat jew ta' most tal-għeneb konċentrat rettifikat.

    5. Iż-żieda tal-likur tirage u ż-żieda tal-likur ta' spedizzjoni m'għandhom jitqiesu la bħala arrikkiment u lanqas bħala żieda ta' ħlewwa. Iż-żieda tal-likur tirage ma għandhiex iġġib magħha żieda fil-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-cuvée ta' aktar minn 1,5 % vol. Din iż-żieda għandha titkejjel billi tiġi kkalkolata l-qabża bejn il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-cuvée u bejn il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid frizzanti qabel iż-żieda tal-likur ta' spedizzjoni.

    6. Iż-żieda tal-likur ta' spedizzjoni għandha ssir b'mod li ma żżidx il-qawwa alkoħolika proprja b'aktar minn 0,5 % vol.skont il-volum tal-inbid frizzanti.

    7. Iż-żieda fil-ħlewwa tal-cuvée u tal-kostitwenti tiegħu għandu jkun projbit.

    8. Minbarra xi aċidifikazzjoni jew deaċidifikazzjoni tal-kostitwenti skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-cuvée tista' tkun soġġetta għall-aċidifikazzjoni jew għad-deaċidifikazzjoni. L-aċidifikazzjoni u d-deaċidifikazzjoni tal-cuvée għandhom ikunu reċiprokament esklussivi. L-aċidifikazzjoni tal-inbejjed tista' sseħħ biss sa limitu massimu ta' 1,5 g/l, espress bħala aċidu tartariku, jew 20 milliekwivalenti kull litru.

    9. Fis-snin meta jkun hemm kundizzjonijiet klimatiċi eċċezzjonali, il-limitu massimu ta' 1,5 grammi kull litru, jew ta' 20 milliekwivalenti kull litru, jista' jiżdied għal 2,5 grammi kull litru, jew 34 milli-ekwivalenti kull litru, sakemm l-aċidità naturali tal-prodotti ma tkunx anqas minn 3 g/l, espressa bħala aċidu tartariku, jew 40 milliekwivalenti kull litru.

    10. Id-diossidu tal-karbonju li jinsab fl-inbejjed frizzanti jista' jiġi prodott unikament mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-cuvée li minnha jkun sar l-inbid konċernat.

    Din il-fermentazzjoni, sakemm ma tkunx maħsuba għall-ipproċessar tal-għeneb, tal-most tal-għeneb jew tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat direttament f'nbid frizzanti, tista' tirriżulta biss miż-żieda tal-likur tirage. Tista' ssir biss fi fliexken jew f'tankijiet magħluqin.

    L-użu tad-diossidu tal-karbonju fil-każ tal-proċess tat-trasferiment permezz ta' kontropressjoni huwa awtorizzat bis-superviżjoni u bil-kundizzjoni li l-iskambji inevitabbli ta' gass mad-diossidu tal-karbonju mill-fermentazzjoni alkoħolika tal-cuvée ma jżidux il-pressjoni tad-diossidu tal-karbonju li jkun hemm fl-inbejjed frizzanti.

    11. Fil-każ ta' nbejjed oħra minbarra dawk frizzanti b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:

    (a) 

    il-likur tirage maħsub għall-preparazzjoni tagħhom jista' jkun fih biss:

    — 
    most tal-għeneb,
    — 
    most tal-għeneb fil-fermentazzjoni,
    — 
    most tal-għeneb konċentrat,
    — 
    most tal-għeneb konċentrat rettifikat, jew
    — 
    sukrożju u nbid;
    (b) 

    il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum, inkluż l-alkoħol li jinsab fil-likur ta' spedizzjoni jekk dan ikun żdied miegħu, għandha tkun ta' mhux anqas minn 9,5 % vol.

    B.    Inbid frizzanti ta' kwalità

    1. Il-likur tirage maħsub għall-produzzjoni ta' nbid frizzanti ta' kwalità jista' jkun fih biss:

    (a) 

    sukrożju,

    (b) 

    most tal-għeneb konċentrat,

    (c) 

    most tal-għeneb konċentrat rettifikat,

    (d) 

    most tal-għeneb jew most tal-għeneb parzjalment iffermentat, jew

    (e) 

    inbid.

    2. L-Istati Membri produtturi jistgħu jiddefinixxu kwalunkwe karatteristika supplimentari jew aktar stretta jew kundizzjonijiet ta' produzzjoni u ta' ċirkolazzjoni għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità prodotti fit-territorju tagħhom.

    3. Il-manifattura tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità hija koperta wkoll mir-regoli msemmija:

    — 
    fil-punti 1 sa 10 tat-Taqsima A,
    — 
    fil-punt 3 tat-Taqsima C għall-qawwa alkoħolika proprja, fil-punt 5 tat-Taqsima C għall-pressjoni żejda minima u fil-punti 6 u 7 tat-Taqsima C għat-tul minimu tal-proċess tal-produzzjoni, mingħajr preġudizzju għall-punt 4(d) tat-Taqsima B ta' dan l-Anness,

    4. Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità:

    (a) 

    ħlief permezz ta' deroga, dawn jistgħu jinkisbu biss billi, meta jiġi kkostitwit il-cuvée, isir użu esklussiv minn most tal-għeneb jew minn most parzjalment iffermentat miksub mill-varjetajiet ta' nbid li jinsabu fil-lista mogħtija fl-Appendiċi ta' dan l-Anness. Madankollu, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità jistgħu jiġu prodotti b'mod tradizzjonali, bl-użu, bħala kostitwenti tal-cuvée, ta' nbejjed miksuba mill-għeneb tal-varjetà “Glera” maħsud fir-reġjuni Veneto u Friuli-Venezia Giulia;

    (b) 

    il-kontroll tal-proċess ta' fermentazzjoni qabel u wara li jkun ġie kkostitwit il-cuvée, sabiex il-cuvée jsir frizzanti, jista' jsir biss b'refriġerazzjoni jew bi proċessi fiżiċi oħra;

    (c) 

    iż-żieda ta' likur ta' spedizzjoni għandha tkun ipprojbita;

    (d) 

    it-tul tal-proċess ta' produzzjoni għall-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità ma jistax ikun ta' anqas minn xahar.

    C.    Inbejjed frizzanti u nbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    1. Il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-cuvées maħsubin għall-preparazzjoni tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ma għandhiex tkun anqas minn:

    — 
    9,5 % vol. fiż-żoni ta' vitkultura C III,
    — 
    9 % vol. f'żoni ta' vitikultura oħra.

    2. Madankollu, il-cuvées maħsubin għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità bid-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti “Prosecco”, “Conegliano Valdobbiadene — Prosecco” u “Colli Asolani — Prosecco” jew “Asolo — Prosecco”, u li jkunu magħmula minn varjetà tad-dielja unika, jista' jkollhom qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' mhux anqas minn 8,5 % vol.

    3. Il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, inkluż l-alkoħol li jinsab fil-likur ta' spedizzjoni jekk dan ikun żdied miegħu, għandha tkun ta' mhux anqas minn 10 % vol.

    4. Il-likur tirage għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jista' jkun fih biss:

    (a) 

    sukrożju,

    (b) 

    most tal-għeneb konċentrat,

    (c) 

    most tal-għeneb konċentrat rettifikat;

    kif ukoll:

    (a) 

    most tal-għeneb,

    (b) 

    most tal-għeneb parzjalment iffermentat,

    (c) 

    inbid;

    adattati biex jipproduċu l-istess inbid frizzanti jew inbid frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta bħal dak li miegħu jiżdied il-likur tirage.

    5. Minkejja l-punt 5(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta jinżammu f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa li jifilħu anqas minn 25 cl, l-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta għandu jkollhom pressjoni żejda ta' mhux anqas minn 3 bar.

    6. It-tul ta' żmien li l-proċess jieħu sakemm isiru nbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, inkluż il-maturazzjoni fl-impriża fejn isiru u kkalkulat mill-bidu tal-proċess ta' fermentazzjoni maħsub biex l-inbejjed isiru frizzanti, ma jistax ikun anqas minn:

    (a) 

    sitt xhur meta l-proċess ta' fermentazzjoni maħsub biex l-inbejjed isiru frizzanti jseħħ f'tankijiet magħluqa;

    (b) 

    disa' xhur meta l-proċess ta' fermentazzjoni maħsub biex l-inbejjed isiru frizzanti jseħħ fil-fliexken.

    7. It-tul ta' żmien tal-proċess ta' fermentazzjoni maħsub biex l-inbejjed isiru frizzanti, u t-tul ta' żmien tal-preżenza tal-cuvée fuq il-karfa, m'għandhomx ikunu iqsar minn:

    — 
    90 jum,
    — 
    30 jum jekk il-fermentazzjoni ssir f'kontenituri li jkollhom mekkaniżmu li jħawwad.

    8. Ir-regoli stabbiliti fil-punti 1 sa 10 tat-Taqsima A u fil-punt 2 tat-Taqsima B għandhom japplikaw ukoll għall-inbejjed frizzanti u għall-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta.

    9. Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:

    (a) 

    għall-kostituzzjoni tal-cuvée, dawn l-inbejjed jistgħu jinkisbu unikament bl-użu tal-most tal-għeneb jew tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat tal-varjetajiet tad-dielja fil-lista mogħtija fl-Appendiċi ta' dan l-Anness, dejjem jekk dawn il-varjetajiet ikunu rikonoxxuti bħala adattati għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta fir-reġjun li l-isem tiegħu jkun jidher fuq l-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta. Permezz ta' deroga, inbid frizzanti aromatiku ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jista' jiġi prodott bl-użu, bħala l-kostitwenti tal-cuvée, tal-inbejjed magħmulin mill-għeneb tal-varjetà tad-dielja “Glera” maħsud fir-reġjuni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini “Prosecco”, “Conegliano-Valdobbiadene — Prosecco”, “Colli Asolani — Prosecco” u “Asolo — Prosecco”;

    (b) 

    il-kontroll tal-proċess ta' fermentazzjoni qabel u wara li jkun ġie kkostitwit il-cuvée, sabiex il-cuvée jsir frizzanti, jista' jsir biss b'refriġerazzjoni jew bi proċessi fiżiċi oħra;

    (c) 

    iż-żieda ta' likur ta' spedizzjoni għandha tkun ipprojbita;

    (d) 

    il-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ma tistax tkun anqas minn 6 % vol.;

    (e) 

    il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ma tistax tkun anqas minn 10 % vol.;

    (f) 

    meta jinżammu f'temperatura ta' 20 °C f'kontenituri magħluqa, l-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta għandu jkollhom pressjoni żejda ta' mhux anqas minn 3 bar;

    (g) 

    minkejja l-punt 6 ta' din it-Taqsima, it-tul ta' żmien tal-proċess tal-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti aromatiċi ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta m'għandux ikun ta' anqas minn xahar.




    Appendiċi

    Lista ta' varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li jistgħu jintużaw biex jikkostitwixxu l-cuvée għall-preparazzjoni tal-inbejjed frizzanti aromatiċi u tal-inbejjed frizzanti ta' kwalità b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Airén
    Albariño
    Aleatico N
    Alvarinho
    Ασύρτικο (Assyrtiko)
    Bourboulenc B
    Brachetto N.
    Busuioacă de Bohotin
    Clairette B
    Colombard B
    Csaba gyöngye B
    Cserszegi fűszeres B
    Devín
    Fernão Pires
    Freisa N
    Gamay N
    Gewürztraminer Rs
    Girò N
    Glera
    Γλυκερύθρα (Glykerythra)
    Huxelrebe
    Irsai Olivér B
    Macabeo B
    Macabeu B
    Toutes les Malvasías
    Il-Malvoisies kollha
    Mauzac blanc u rosé
    Monica N
    Tous les Moscateles
    Μοσχοφίλερο (Moschofilero)
    Müller-Thurgau B
    Il-Muscatels kollha
    Manzoni moscato
    Nektár
    Pálava B
    Parellada B
    Perle B
    Piquepoul B
    Poulsard
    Ροδίτης (Roditis)
    Scheurebe
    Tămâioasă românească
    Torbato
    Touriga Nacional
    Verdejo
    Zefír B




    ANNESS III

    PRATTIKI ENOLOĠIĊI AWTORIZZATI U RESTRIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-INBEJJED LIKURI U GĦALL-INBEJJED LIKURI B'DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA JEW B'INDIKAZZJONI ĠEOGRAFIKA PROTETTA

    A.    Inbejjed likuri

    1. Il-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li jintużaw għall-preparazzjoni tal-inbejjed likuri u tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta jistgħu jkunu għaddew biss, skont il-każ, mill-prattiki u l-proċessi enoloġiċi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew f'dan ir-Regolament.

    2. Madankollu,

    (a) 

    iż-żieda fil-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tista' tirriżulta biss mill-użu tal-prodotti msemmija fil-punti (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; u

    (b) 

    permezz ta' deroga, Spanja hija awtorizzata tippermetti l-użu tas-sulfat tal-kalċju għall-inbejjed Spanjoli indikati bit-termini tradizzjonali “vino generoso” jew “vino generoso de licor”, meta din tkun prattika tradizzjonali u bil-kundizzjoni li l-kontenut ta' sulfat tal-prodott trattat b'dan il-mod ma jkunx aktar minn 2,5 g/l, espress bħala sulfat tal-potassju. L-inbejjed miksubin b'dan il-mod jistgħu jkunu soġġettati għall-aċidifikazzjoni supplimentari sal-limitu massimu ta' 1,5 g/l.

    3. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għall-inbejjed likuri u għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta mħejjija fit-territorju tagħhom, il-prattiki enoloġiċi msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f'dan ir-Regolament għandhom ikunu awtorizzati għal dawk il-prodotti.

    4. Dawn li ġejjin huma awtorizzati wkoll:

    (a) 

    iż-żieda fil-ħlewwa, soġġetta għal dikjarazzjoni u rekwiżit ta' reġistrazzjoni, meta l-prodotti użati ma jkunux ġew arrikkiti b'most tal-għeneb konċentrat, permezz ta':

    — 
    most tal-għeneb konċentrat jew most tal-għeneb konċentrat rettifikat, bil-kondizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid konċernat ma tkunx aktar minn 3 % vol.,
    — 
    most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb konċentrat rettifikat jew most tal-għeneb imqadded li fih ikun ġie miżjud alkoħol newtrali ta' oriġini vitikulturali sabiex ma jkunx hemm fermentazzjoni, għall-inbid Spanjol deskritt mill-espressjoni tradizzjonali “vino generoso de licor” u dejjem jekk iż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid konċernat ma tkunx aktar minn 8 % vol.,
    — 
    most tal-għeneb konċentrat jew most tal-għeneb konċentrat rettifikat, għall-inbejjed likuri bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Madeira”, bil-kundizzjoni li ż-żieda tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-inbid konċernat ma taqbiżx it-8 % vol.;
    (b) 

    iż-żieda ta' alkoħol, ta' distillat jew ta' spirti, kif imsemmi fil-punti (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, biex tagħmel tajjeb għat-telf minħabba l-evaporazzjoni waqt il-maturazzjoni;

    (c) 

    il-maturazzjoni f'reċipjenti f'temperatura li ma taqbiżx 50 oC, għall-inbejjed likuri bid-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Madeira”.

    5. Il-varjetajiet tad-dielja li minnhom jiġu prodotti l-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jintużaw għall-preparazzjoni tal-inbejjed likuri u tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta, jintgħażlu minn dawk imsemmija fl-Artikolu 81(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    6. Il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li tintuża għall-preparazzjoni ta' nbid likur minbarra nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jew b'indikazzjoni ġeografika protetta ma tistax tkun anqas minn 12 % vol.

    B.    Inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta (dispożizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fit-Taqsima A ta' dan l-Anness u li jikkonċernaw speċifikament l-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta)

    1. Il-lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi l-użu ta' most tal-għeneb jew ta' taħlita ta' most tal-għeneb u nbid, imsemmija fir-raba' inċiż tal-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, hija stabbilita fit-Taqsima A tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness.

    2. Il-lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li magħhom jistgħu jiżdiedu l-prodotti msemmija fil-punt (3)(f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 hija mogħtija fit-Taqsima B tal-Appendiċi 1 ta' dan l-Anness.

    3. Il-prodotti msemmija fil-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tal-most tal-għeneb konċentrat u tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat miksub minn għeneb imqadded, imsemmija fil-punt (3)(f)(iii) ta' dik il-Parti II tal-Anness VII użati għall-preparazzjoni ta' nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jridu jkunu ġejjin mir-reġjun, li l-isem tiegħu jkun jidher fuq dan l-inbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta.

    Madankollu, fir-rigward tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta “Málaga” u “Jerez-Xérès-Sherry”, tal-most tal-għeneb imqadded li miegħu jiżdied l-alkoħol newtrali ta' oriġini vitikulturali sabiex ma jkunx hemm fermentazzjoni, miksub mill-varjetà tad-dielja Pedro Ximénez, mir-reġjun “Montilla-Moriles”.

    4. L-operazzjonijiet imsemmija fil-punti 1 sa 4 tat-Taqsima A ta' dan l-Anness għall-preparazzjoni ta' nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta jistgħu jitwettqu biss fir-reġjun imsemmi fil-punt 3.

    Madankollu, fir-rigward tal-inbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, li għalih hija riżervata d-denominazzjoni “Porto” għall-prodott ippreparat mill-għeneb miksub mir-reġjun imsejjaħ “Douro”, il-proċessi addizzjonali tal-manifattura u tal-maturazzjoni jistgħu jsiru fir-reġjun imsemmi jew f'Vila Nova de Gaia — Porto.

    5. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni ta' natura aktar restrittiva li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ppreparati fit-territorju tagħhom:

    (a) 

    il-qawwa alkoħolika naturali skont il-volum tal-prodotti msemmija fil-punt (3) (c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li tintuża għall-preparazzjoni ta' nbid likur b'denominazzjoni ta' oriġini protetta ma tistax tkun anqas minn 12 % vol. Madankollu, xi nbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta f'waħda mil-listi mogħtija fit-Taqsima A tal-Appendiċi 2 ta' dan l-Anness jistgħu jinkisbu minn:

    (i) 

    most tal-għeneb b'qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' mhux anqas minn 10 % vol. fil-każ ta' nbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta miksuba biż-żieda tal-ispirtu miskub mill-inbid jew mill-karfa tal-għeneb b'denominazzjoni tal-oriġini, possibbilment mill-istess azjenda; jew

    (ii) 

    most tal-għeneb parzjalment iffermentat jew, fil-każ tat-tieni inċiż hawn taħt, minn inbid b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn:

    — 
    11 % vol. fil-każ tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta miksubin biż-żieda ta' alkoħol newtrali, jew ta' distillat tal-inbid b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' mhux anqas minn 70 % vol., jew ta' spirti ta' oriġini vitikola,
    — 
    10,5 % vol. għall-inbejjed ippreparati mill-most tal-għeneb abjad imsemmija fil-lista 3 mogħtija fit-Taqsima A tal-Appendiċi 2,
    — 
    9 % vol., fil-każ ta' nbid likur Portugiż b'denominazzjoni ta' oriġini protetta “Madeira”, li l-produzzjoni tiegħu hija tradizzjonali u normali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprevedi t-tali nbid b'mod espliċitu;
    (b) 

    il-lista ta' nbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, li għandhom, minkejja l-punt (3)(b) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' anqas minn 17,5 % vol. iżda ta' mhux anqas minn 15 % vol., meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għalihom qabel l-1 ta' Jannar 1985 tipprevedi dan b'mod espliċitu, tingħata fit-Taqsima B tal-Appendiċi 2.

    6. It-termini speċifiċi tradizzjonali “οίνος γλυκύς φυσικός”, “vino dulce natural”, “vino dolce naturale” u “vinho doce natural” għandhom ikunu riżervati għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:

    — 
    miksubin mill-ħsad li mill-anqas 85 % minnu huwa tal-varjetajiet tad-dielja elenkati fl-Appendiċi 3,
    — 
    miksubin minn mosti b'kontenut taz-zokkor naturali inizjali ta' mill-anqas 212 gramma kull litru,
    — 
    miksubin biż-żieda ta' alkoħol, distillat jew spirti, kif imsemmi fil-punti (3)(e) u (f) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bl-esklużjoni ta' kull arrikkiment ieħor.

    7. Sa fejn ikun meħtieġ għall-konformità mal-prattiki ta' produzzjoni tradizzjonali, l-Istati Membri jistgħu, għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti fit-territorju tagħhom, jistipulaw li l-isem tradizzjonali speċifiku “vin doux naturel” jintuża biss għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li jkunu:

    — 
    magħmulin direttament minn produtturi li jaħsdu l-għeneb u esklussivament mill-ħsad tal-għeneb ta' Moskatell, Grenache, Maccabeo jew Malvoisie; madankollu, il-ħsad kollu miksub mill-vinji li huma mħawla wkoll b'varjetajiet tad-dielja differenti mill-erbgħa varjetajiet indikati hawn fuq jista' jiġi inkluż dejjem jekk dan ma jikkostitwixxix aktar minn 10 % tal-istokk totali,
    — 
    miksubin fil-limitu ta' rendiment/produttività għal kull ettaru ta' 40 hl tal-most tal-għeneb imsemmi fl-ewwel u fir-raba' inċiżi tal-punt (3)(c) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, imma jekk dan il-limitu ta' rendiment jiġi ssuperat il-ħsad ma jibqax eliġibbli għad-deskrizzjoni “vin doux naturel”,
    — 
    miksubin minn most tal-għeneb kif imsemmi fuq b'kontenut taz-zokkor naturali inizjali ta' mill-anqas 252 gramma kull litru,
    — 
    miksubin, bl-esklużjoni ta' kull arrikkiment ieħor, biż-żieda ta' alkoħol ta' oriġini vitikola li jammonta bħala minimu f'alkoħol pur għal 5 % tal-volum tal-most tal-għeneb imsemmi użat u bħala massimu għall-anqas waħda miż-żewġ proporzjonijiet li ġejjin:
    — 
    jew 10 % tal-volum tal-most tal-għeneb imsemmi użat, jew,
    — 
    40 % tal-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tal-prodott lest rappreżentat mis-somma tal-qawwa alkoħolika proprja skont il-volum u l-ekwivalenti tal-qawwa alkoħolika potenzjali skont il-volum ikkalkulata fuq il-bażi ta' 1 % vol. ta' alkoħol pur għal 17,5 gramma ta' zokkor residwu għal kull litru.

    8. L-isem speċifiku tradizzjonali “vino generoso” fil-każ tal-inbejjed likuri għandu jintuża biss għall-inbejjed likuri mhux ħelwin b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, prodotti totalment jew parzjalment taħt flor, kif ukoll għal dawk:

    — 
    miksubin biss mill-għeneb abjad miksub mill-varjetajiet tad-dielja ta' Palomino de Jerez, Palomino fino, Pedro Ximénez, Verdejo, Zalema u Garrido Fino,
    — 
    rilaxxati fis-suq wara li jkunu mmaturaw għal medja ta' sentejn fi btieti tal-ballut.

    Il-produzzjoni taħt flor imsemmija fl-ewwel inċiż tfisser il-proċess bijoloġiku li, meta jseħħ l-iżvilupp spontanju ta' tertuqa ta' ħmejjer tipiċi fuq is-superfiċje liberu tal-inbid wara l-fermentazzjoni alkoħolika totali tal-most, jagħti lill-prodott il-karatteristiċi analitiċi u organolettiċi speċifiċi.

    9. L-isem speċifiku tradizzjonali “vinho generoso” għandu jintuża biss għall-inbejjed likuri b'denominazzjonijiet ta' oriġini protetti “Porto”, “Madeira”, “Moscatel de Setúbal” u “Carcavelos”, flimkien mad-denominazzjoni ta' oriġini rispettiva.

    10. L-isem speċifiku tradizzjonali “vino generoso de licor” għandu jintuża biss għall-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta:

    — 
    miksubin minn “vino generoso”, kif imsemmi fil-punt 8, jew minn inbid taħt flor kapaċi li jipproduċi tali “vino generoso”, li jkun ġie miżjud b'most tal-għeneb imqadded miżjud b'alkoħol newtrali ta' oriġini vitikulturali sabiex jimpedixxi l-fermentazzjoni, jew b'most tal-għeneb konċentrat rettifikat jew b'“vino dulce natural”,
    — 
    rilaxxati fis-suq wara li jkunu mmaturaw għal medja ta' sentejn fi btieti tal-ballut.




    Appendiċi 1

    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi regoli speċjali

    A.   LISTA TAL-INBEJJED LIKURI B'DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA LI L-PRODUZZJONI TAGĦHOM TINVOLVI L-UŻU TA' MOST TAL-GĦENEB JEW TA' TAĦLITA TAGĦHOM MAL-INBID

    (Il-punt 1 tat-Taqsima B ta' dan l-Anness)

    IL-GREĊJA

    Σάμος (Samos), Μοσχάτος Πατρών (Muscat of Patra), Μοσχάτος Ρίου Πατρών (Muscat of Rio Patra), Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Muscat of Kefalonia/Muscat de Kephalonia), Μοσχάτος Ρόδου (Muscat of Rodos), Μοσχάτος Λήμνου (Muscat of Limnos), Σητεία (Sitia), Νεμέα (Nemea), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia), Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra)

    SPANJA



    L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Alicante

    Moscatel de Alicante

    Vino dulce

    Cariñena

    Vino dulce

    Condado de Huelva

    Pedro Ximénez

    Moscatel

    Mistela

    Empordà

    Mistela

    Moscatel

    Jerez-Xérès-Sherry

    Pedro Ximénez

    Moscatel

    Malaga

    Vino dulce

    Montilla-Moriles

    Pedro Ximénez

    Moscatel

    Priorato

    Vino dulce

    Tarragona

    Vino dulce

    Valencia

    Moscatel de Valencia

    Vino dulce

    L-ITALJA

    Cannonau di Sardegna, Giró di Cagliari, Malvasia di Bosa, Marsala, Moscato di Sorso-Sennori, Moscato di Trani, Nascodi Cagliari, Oltrepó Pavese Moscato, San Martino della Battaglia, Trentino, Vesuvio Lacrima Christi.

    B.   LISTA TAL-INBEJJED LIKURI B'DENOMINAZZJONI TA' ORIĠINI PROTETTA LI L-PRODUZZJONI TAGĦHOM TINVOLVI Ż-ŻIEDA TAL-PRODOTTI LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FIL-PUNT (3)(f) TAL-PARTI II TAL-ANNESS VII TAR-REGOLAMENT (UE) NRU 1308/2013

    (Il-punt 2 tat-Taqsima B ta' dan l-Anness)

    1.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi żieda ta' alkoħol mill-inbid jew ta' alkoħol mill-għeneb imnixxef, b'qawwa alkoħolika proprja ta' mhux anqas minn 95 % vol. u ta' mhux aktar minn 96 % vol.

    (L-ewwel inċiż tal-punt (3)(f)(ii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    IL-GREĊJA

    Σάμος (Samos), Μοσχάτος Πατρών (Muscat of Patra), Μοσχάτος Ρίου Πατρών (Muscat of Rio Patra), Μοσχάτος Κεφαλληνίας (Muscat of Kefalonia/Muscat de Kephalonia), Μοσχάτος Ρόδου (Muscat of Rodos), Μοσχάτος Λήμνου (Muscat of Limnos), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia).

    SPANJA

    Condado de Huelva, Jerez-Xérès-Sherry, Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda, Málaga, Montilla-Moriles, Rueda, Terra Alta.

    ĊIPRU

    Κουμανδαρία (Commandaria).

    2.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' spirti distillati mill-inbid jew mill-karfa tal-għeneb b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' mhux anqas minn 52 % vol. u ta' mhux aktar minn 86 % vol.

    (It-tieni inċiż tal-punt (3)(f)(ii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    IL-GREĊJA

    Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia), Σητεία (Sitia), Σαντορίνη (Santorini), Δαφνές (Dafnes), Νεμέα (Nemea).

    FRANZA

    Pineau des Charentes jew Pineau charentais, Floc de Gascogne, Macvin du Jura.

    ĊIPRU

    Κουμανδαρία (Commandaria).

    3.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' spirti distillati minn għeneb imqadded b'qawwa alkoħolika ta' mhux anqas minn 52 % vol. iżda anqas minn 94,5 % vol.

    (It-tielet inċiż tal-punt (3)(f)(ii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    IL-GREĊJA

    Μαυροδάφνη Πατρών (Mavrodaphni of Patra), Μαυροδάφνη Κεφαλληνίας (Mavrodaphne of Kefalonia).

    4.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' most parzjalment iffermentat minn għeneb imqadded

    (L-ewwel inċiż tal-punt (3)(f)(iii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    SPANJA



    L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Jerez-Xérès-Sherry

    Málaga

    Montilla-Moriles

    Vino generoso de licor

    Vino dulce

    Vino generoso de licor

    L-ITALJA

    Aleatico di Gradoli, Giró di Cagliari, Malvasia delle Lipari, Pantelleria passito

    ĊIPRU

    Κουμανδαρία (Commandaria).

    5.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' most tal-għeneb konċentrat miksub permezz ta' sħana diretta, li tikkonforma, bl-eċċezzjoni ta' din l-operazzjoni, mad-definizzjoni ta' most tal-għeneb konċentrat.

    (It-tieni inċiż tal-punt (3)(f)(iii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    SPANJA



    L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Alicante

     

    Condado de Huelva

    Empordà

    Jerez-Xérès-Sherry

    Málaga

    Montilla-Moriles

    Navarra

    Vino generoso de licor

    Garnacha/Garnatxa

    Vino generoso de licor

    Vino dulce

    Vino generoso de licor

    Moscatel

    L-ITALJA

    Marsala

    6.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi ż-żieda ta' most tal-għeneb konċentrat

    (It-tielet inċiż tal-punt (3)(f)(iii) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    SPANJA



    L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Málaga

    Vino dulce

    Montilla-Moriles

    Vino dulce

    Vino generoso de licor

    Tarragona

    Vino dulce

    Jerez-Xerès-Sherry

    Vino generoso de licor

    Condado de Huelva

    Vino generoso de licor

    L-ITALJA

    Oltrepó Pavese Moscato, Marsala, Moscato di Trani.




    Appendiċi 2

    A.    Il-listi msemmija fil-punt 5(a) tat-Taqsima B tal-Anness III

    1.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti mill-most tal-għeneb b'qawwa alkoħolika naturali skont il-volum ta' mhux anqas minn 10 % vol., miksubin biż-żieda tal-ispirtu tal-inbid jew tar-residwu mill-għasra b'denominazzjoni ta' oriġini protetta, li jista' jkun ġej mill-istess azjenda.

    FRANZA

    Pineau des Charentes jew Pineau charentais, Floc de Gascogne, Macvin du Jura.

    2.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti minn most li għadu qed jiffermenta, b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn 11 % vol., miksubin biż-żieda ta' alkoħol newtrali jew ta' distillat tal-inbid b'qawwa alkoħolika proprja skont il-volum ta' mhux anqas minn 70 % vol., jew ta' spirtu ta' oriġini vitikola.

    IL-PORTUGALL

    Porto — Port

    Moscatel de Setúbal, Setúbal

    Carcavelos

    Moscatel do Douro.

    L-ITALJA

    Moscato di Noto

    3.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta prodotti mill-inbid b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn 10,5 % vol.

    SPANJA

    Jerez-Xérès-Sherry

    Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda

    Condado de Huelva

    Rueda

    L-ITALJA

    Trentino

    4.    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta miksubin mill-fermentazzjoni tal-most tal-għeneb b'qawwa alkoħolika naturali inizjali skont il-volum ta' mhux anqas minn 9 % vol.

    IL-PORTUGALL

    Madeira

    B.    Il-listi msemmija fil-punt 5(b) tat-Taqsima B tal-Anness III

    Lista tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta b'qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta' anqas minn 17,5 % vol. iżda ta' mhux anqas minn 15 % vol., meta l-liġijiet nazzjonali applikabbli għalihom qabel l-1 ta' Jannar 1985 jipprevedu dan b'mod espliċitu

    (Il-punt (3)(b) tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013)

    SPANJA



    L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Condado de Huelva

    Jerez-Xérès-Sherry

    Manzanilla-Sanlúcar de Barrameda

    Málaga

    Montilla-Moriles

    Priorato

    Rueda

    Tarragona

    Vino generoso

    Vino generoso

    Vino generoso

    Seco

    Vino generoso

    Rancio seco

    Vino generoso

    Rancio seco

    L-ITALJA

    Trentino

    IL-PORTUGALL



    L-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta

    Deskrizzjoni tal-prodott kif stabbilita mir-regoli tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali

    Porto — Port

    Branco leve seco




    Appendiċi 3

    Lista tal-varjetajiet li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed likuri b'denominazzjoni ta' oriġini protetta li jkun fiha t-termini tradizzjonali speċifiċi “vino dulce natural”, “vino dolce naturale”,“vinho doce natural” u “οινος γλυκυς φυσικος”

    Muscats — Grenache — Garnacha Blanca — Garnacha Peluda — Listán Blanco — Listán Negro-Negramoll — Maccabéo — Malvoisies — Mavrodaphne — Assirtiko — Liatiko — Garnacha tintorera — Monastrell — Palomino — Pedro Ximénez — Albarola — Aleatico — Bosco — Cannonau — Corinto nero — Giró — Monica — Nasco — Primitivo — Vermentino — Zibibbo — Moscateles — Garnacha.



    ( 1 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal-20 ta' April 2017 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta' informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 100).

    ( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).

    ( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1332/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-enżimi tal-ikel u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 83/417/KEE, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, id-Direttiva 2000/13/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE u r-Regolament (KE) Nru 258/97 (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 7).

    ( 4 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 1).

    ( 5 ) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal-11 ta' Diċembru 2017 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta' akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, 28.2.2018, p. 60).

    Top