This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0818-20210803
Regulation (EU) 2019/818 of the European Parliament and of the Council of 20 May 2019 on establishing a framework for interoperability between EU information systems in the field of police and judicial cooperation, asylum and migration and amending Regulations (EU) 2018/1726, (EU) 2018/1862 and (EU) 2019/816
Consolidated text: Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816
Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816
02019R0818 — MT — 03.08.2021 — 001.004
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2019/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019 (ĠU L 135 22.5.2019, p. 85) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2021/1150 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 249 |
1 |
14.7.2021 |
|
REGOLAMENT (UE) 2021/1151 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-7 ta’ Lulju 2021 |
L 249 |
7 |
14.7.2021 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2019/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-20 ta' Mejju 2019
dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 1
Suġġett
Il-qafas għandu jinkludi l-komponenti tal-interoperabbiltà li ġejjin:
portal Ewropew tat-tfittxija (ESP);
servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku (BMS kondiviż);
repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR);
detettur ta' identitajiet multipli (MID).
Artikolu 2
Għanijiet
Billi jiżgura l-interoperabbiltà, dan ir-Regolament għandu l-għanijiet li ġejjin:
li jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-verifiki fil-fruntieri tal-fruntieri esterni;
li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni u għall-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali;
li jikkontribwixxi għal livell għoli ta' sigurtà fi ħdan l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni inklużi ż-żamma tas-sigurtà pubblika u tal-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri;
li jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi;
li jassisti fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali;
li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra;
li jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' persuni mhux magħrufa li ma jkunux jistgħu jidentifikaw lilhom infushom jew fdalijiet umani mhux identifikati f'każ ta' diżastru naturali, inċident jew attakk terroristiku.
L-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintlaħqu billi:
tiġi żgurata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;
isir kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità;
tittejjeb il-kwalità tad-data u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità għad-data maħżuna fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE filwaqt li jiġu rispettati r-rekwiżiti relatati mal-ipproċessar tad-data tal-istrumenti ġuridiċi li jirregolaw is-sistemi individwali, l-istandards u l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data;
tiġi ffaċilitata u appoġġata implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE;
jissaħħu, jiġu ssimplifikati u jiġu allinjati aħjar il-kundizzjonijiet relatati mas-sigurtà tad-data u mal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta' informazzjoni rispettivi tal-UE, mingħajr ma jaffettwaw il-protezzjoni u s-salvagwardji speċjali pprovduti lil ċerti kategoriji ta' data;
jiġu ssimplifikati l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-awtoritajiet maħtura għall-EES, għall-VIS, għall- ETIAS u għall-Eurodac, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet meħtieġa u proporzjonati għal dak l-aċċess;
jingħata appoġġ għall-finijiet tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN.
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 4
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“fruntieri esterni” tfisser fruntieri esterni kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399 ( 2 );
“verifiki fil-fruntieri” tfisser verifiki fil-fruntiera kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399;
“awtorità tal-fruntiera” tfisser il-gwardja tal-fruntiera assenjata f'konformità mad-dritt nazzjonali biex twettaq verifiki fil-fruntieri;
“awtoritajiet superviżorji” tfisser l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680;
“verifika” tfisser il-proċess ta' tqabbil ta' settijiet ta' data biex tiġi stabbilita l-validità tal-identità ddikjarata (verifika “one-to-one”);
“identifikazzjoni” tfisser il-proċess biex tiġi determinata l-identità ta' persuna permezz ta' tfittxija f'bażi tad-data ma' settijiet multipli ta' data (verifika “one-to-many”);
“data alfanumerika” tfisser data rrappreżentata minn ittri, ċifri, karattri speċjali, spazji u marki tal-punteġġjatura;
“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 27(3)(a) u (b);
“data tal-marki tas-swaba'” tfisser immaġnijiet ta' marki tas-swaba' u immaġnijiet ta' marki tas-swaba' latenti li minħabba l-karattru uniku tagħhom u l-punti ta' referenza li jkun fihom jippermettu li jsir tqabbil preċiż u konklużiv dwar l-identità ta' persuna;
“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġnijiet diġitali tal-wiċċ;
“data bijometrika” tfisser data tal-marki tas-swaba' jew immaġnijiet tal-wiċċ jew it-tnejn li huma;
“mudell bijometriku” tfisser rappreżentazzjoni matematika miksuba b'estrazzjoni tal-karatteristiċi mid-data bijometrika limitata għall-karatteristiċi neċessarji biex isiru identifikazzjonijiet u verifiki;
“dokument tal-ivvjaġġar” tfisser passaport jew dokument ieħor ekwivalenti li jintitola lid-detentur li jaqsam il-fruntieri esterni u li miegħu tista' titwaħħal viża;
“data tad-dokument tal-ivvjaġġar” tfisser it-tip, in-numru u l-pajjiż tal-ħruġ tad-dokument tal-ivvjaġġar, id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li joħroġ id-dokument tal-ivvjaġġar;
“sistemi ta' informazzjoni tal-UE” tfisser l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS u l-ECRIS-TCN;
“data tal-Europol” tfisser data personali pproċessata mill-Europol għall-fini msemmi fl-Artikolu 18(2)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/794;
“bażijiet ta' data tal-Interpol” tfisser il-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (il-bażi ta' data SLTD) tal-Interpol u l-bażi ta' data ta' Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma' Avviżi (il-bażi ta' data TDAWN) tal-Interpol.
“konkordanza” tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza b'riżultat ta' tqabbil awtomatizzat bejn data personali rreġistrata jew li qed tiġi rreġistrata f'sistema ta' informazzjoni jew f'bażi ta' data;
“awtorità tal-pulizija” tfisser l-awtorità kompetenti kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva(UE) 2016/680; 2016/680;
“awtoritajiet maħtura” tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), fil-punt (e) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI ( 4 ), u fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“reat terroristiku” tfisser reat skont id-dritt nazzjonali li jikkorrispondi jew li hu ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
“reat kriminali serju” tfisser reat li jikkorrispondi jew li huwa ekwivalenti għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI ( 7 ), jekk dan ikun punibbli skont id-dritt nazzjonali b'sentenza ta' priġunerija jew b'ordni ta' detenzjoni għal perjodu massimu ta' mill-inqas tliet snin;
is-“Sistema tad-Dħul/Ħruġ” jew “EES” tfisser is-Sistema ta' Dħul/Ħruġ stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2017/2226;
is-“Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża” jew “VIS” tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża stabbilita permezz tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
is-“Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar” jew “ETIAS” tfisser is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2018/1240;
“Eurodac” tfisser il-Eurodac stabbilita permezz tar-Regolament (UE); Nru 603/2013 ( 9 );
is-“Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen” jew “SIS” tfisser is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen stabbilita permezz tar-Regolamenti (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861 u (UE) 2018/1862;
“ECRIS-TCN” tfisser is-sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2019/816.
Artikolu 5
Nondiskriminazzjoni u drittijiet fundamentali
L-ipproċessar ta' data personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ma għandu jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra persuni għall-ebda raġuni bħas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-fattizzi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità u l-integrità tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata tal-individwu u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-anzjani, lill-persuni b'diżabbiltà u persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom jikkostitwixxu kunsiderazzjoni primarja.
KAPITOLU II
Il-portal Ewropew tat-tfittxija
Artikolu 6
Il-portal Ewropew tat-tfittxija
L-ESP għandu jkun magħmul minn:
infrastruttura ċentrali, inkluż portal tat-tfittxija li jippermetti t-tfittix simultanju fl-EES, il-VIS, l-ETIAS, l-Eurodac, is-SIS, l-ECRIS-TCN kif ukoll fid-data tal-Europol u fil-bażijiet ta' data tal-Interpol;
kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn l-ESP, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw l-ESP;
infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn l-ESP u l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac, is-SIS Ċentrali, l-ECRIS-TCN, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol kif ukoll bejn l-ESP u l-infrastrutturi ċentrali tas-CIR u l-MID.
Artikolu 7
Użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija
Dawk l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jagħmlu użu mill-ESP u mid-data pprovduta minnu biss għall-għanijiet u l-finijiet stabbiliti fl-istrumenti legali li jirregolaw lil dawk is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, fir-Regolament (UE) 2016/794 u f'dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Profili għall-utenti tal-portal Ewropew tat-tfittxija
Biex ikun jista' jsir użu mill-ESP, l-eu-LISA għandha, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, toħloq profil ibbażata fuq kull kategorija ta' utent tal-ESP, u fuq il-finijiet tat-tfittxijiet tagħhom, f'konformità mad-dettalji tekniċi u mad-drittijiet ta' aċċess imsemmija fil-paragrafu 2. Kull profil għandu, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali, jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
l-attributi tad-data li għandhom jintużaw għat-tfittxijiet;
is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li għandhom jiġu mfittxija, dawk li jistgħu jiġu mfittxija u dawk li għandhom jipprovdu tweġiba lill-utent;
id-data speċifika fis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li fihom tista' ssir tfittxija;
il-kategoriji tad-data li jistgħu jiġu pprovduti f'kull tweġiba.
Artikolu 9
Tfittxijiet
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20, it-tweġiba pprovduta mill-ESP għandha tindika għal liema sistema ta' informazzjoni jew bażi ta' data tappartjeni d-data.
L-ESP ma għandu jipprovdi l-ebda informazzjoni rigward id-data f'sistemi ta' informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet ta' data tal-Interpol li għalihom l-utent ma jkollu l-ebda aċċess taħt id-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli.
Artikolu 10
Żamma ta' reġistrazzjonijiet
Mingħajr preġudizzju għall- Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) 2018/1862, l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816 u l- Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fi ħdan l-ESP. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:
l-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija u l-profil tal-ESP użat;
id-data u l-ħin tat-tfittxija;
is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE u d-data tal-Europol imfittxija.
Artikolu 11
Proċeduri ta' riżerva f'każ ta' impossibbiltà teknika li jintuża l-portal Ewropew tat-tfittxija
KAPITOLU III
Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku
Artikolu 12
Servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku
Il-BMS kondiviż għandu jkun magħmul minn:
infrastruttura ċentrali, li għandha tissostitwixxi s-sistemi ċentrali tal-EES, tal-VIS, tas-SIS, tal-Eurodac u tal-ECRIS-TCN rispettivament, biex taħżen fiha l-mudelli bijometriċi u tippermetti t-tiftix b'data bijometrika;
infrastruttura tal-komunikazzjoni sigura bejn il-BMS kondiviż, is-SIS Ċentrali u s-CIR.
Artikolu 13
Il-ħżin ta' mudelli bijometriċi fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku
Il-BMS kondiviż għandu jaħżen il-mudelli bijometriċi, li għandu jikseb mid-data bijometrika li ġejja:
id-data msemmija fl-Artikolu 20(3)(w) u (y), eskluża d-data dwar il-marki tal-pala tal-id, tar-Regolament (UE) 2018/1862;
id-data msemmija fl-Artikolu 5(1)(b) u (2) tar-Regolament (UE) 2019/816.
Il-mudelli bijometriċi għandhom jinħażnu fil-BMS komuni f'forma separata loġikament skont is-sistema ta' informazzjoni tal-UE li minnha toriġina d-data.
Artikolu 14
It-tfittix tad-data bijometrika bis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku
Biex titfittex id-data bijometrika maħżuna fi ħdan is-CIR u s-SIS, is-CIR u s-SIS għandhom jużaw il-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż. It-tfittxijiet bid-data bijometrika għandhom isiru f'konformità mal-finijiet previsti f'dan ir-Regolament u fir-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816.
Artikolu 15
Żamma ta' data fis-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku
Id-data msemmija fl-Artikolu 13(1) u (2) għandha tinħażen fil-BMS kondiviż biss sakemm id-data bijometrika tibqa' maħżuna fis-CIR jew fis-SIS. Id-data għandha titħassar mill-BMS kondiviż b'mod awtomatizzat.
Artikolu 16
Żamma ta' reġistrazzjonijiet
Mingħajr preġudizzju għall- Artikoli 12 u 18 tar-Regolament (UE) 2018/1862 u għall-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2019/816, l-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data fil-BMS kondiviż. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:
l-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni li tkun qed tniedi t-tfittxija;
l-istorja tal-ħolqien u l-ħżin tal-mudelli bijometriċi;
is-sistemi ta' informazzjoni tal-UE mfittxija bil-mudelli bijometriċi maħżuna fil-BMS kondiviż;
id-data u l-ħin tat-tfittxija;
it-tip ta' data bijometrika użata għat-tnedija tat-tfittxija;
ir-riżultati tat-tfittxija u d-data u l-ħin tar-riżultat.
KAPITOLU IV
Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità
Artikolu 17
Repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità
Is-CIR għandu jkun magħmul minn:
infrastruttura ċentrali li għandha tieħu post is-sistemi ċentrali tal-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN rispettivament biex tinħażen fiha d-data msemmija fl-Artikolu 18;
kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-CIR, l-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li huma intitolati jużaw is-CIR f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali;
infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-CIR u l-EES, il-VIS, l-ETIAS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN kif ukoll mal-infrastrutturi ċentrali tal-ESP, tal-BMS kondiviż u tal-MID.
Artikolu 18
Id-data tar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità
Artikolu 19
Iż-żieda, l-emendar u t-tħassir ta' data fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità
Artikolu 20
Aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-identifikazzjoni
It-tfittxijiet tas-CIR għandhom isiru minn awtorità tal-pulizija f'konformità mal-paragrafi 2 u 5 biss fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
meta awtorità tal-pulizija ma tkunx tista' tidentifika persuna minħabba n-nuqqas ta' dokument tal-ivvjaġġar jew dokument kredibbli ieħor li juri l-identità ta' dik il-persuna;
meta jkun hemm dubji dwar id-data tal-identità pprovduta minn persuna;
meta jkun hemm dubji dwar l-awtentiċità tad-dokument tal-ivvjaġġar jew ta' dokument ieħor kredibbli pprovdut minn persuna;
meta jkun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur ta' dokument ta' vvjaġġar jew dokument ieħor kredibbli; jew
meta persuna ma tkunx tista' tikkoopera jew tirrifjuta li tikkoopera.
Tali tfittxijiet ma għandhomx ikunu permessi fir-rigward ta' minorenni taħt l-età ta' 12-il sena, sakemm dawn ma jkunux fl-aħjar interessi tal-minorenni.
Meta d-data bijometrika tal-persuna ma tkunx tista' tintuża jew meta t-tfittxija b'dik id-data ma tirnexxix, it-tfittxija għandha ssir bid-data tal-identità tal-persuna flimkien mad-data tad-dokument tal-ivvjaġġar, jew bid-data tal-identità pprovduta minn dik il-persuna.
Arikolu 21
Aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli
Artikolu 22
Tfittxija fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati ta' terroriżmu jew reati kriminali serji oħrajn
It-tweġiba li tindika li hemm data dwar dik il-persuna li tinsab preżenti fil-Eurodac għandha tintuża biss għall-finijiet tat-tressiq ta' talba għal aċċess sħiħ soġġett għall-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-istrument legali li jirregola tali aċċess.
Fil-każ ta' konkordanza jew konkordanzi multipli, l-awtorità maħtura jew il-Europol għandhom jagħmlu talba għal aċċess sħiħ għal mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni li minnhom ġiet iġġenerata konkordanza.
Meta, eċċezzjonalment, tali aċċess sħiħ ma jkunx mitlub, l-awtoritajiet maħtura għandhom jirreġistraw il-ġustifikazzjoni għaliex it-talba ma saritx, li għandha tkun rintraċċabbli għall-fajl nazzjonali. Europol għandha tirreġistra l-ġustifikazzjoni fil-fajl rilevanti.
Artikolu 23
Żamma ta' data fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità
Artikolu 24
Iż-żamma ta' reġistrazzjonijiet
L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data skont l-Artikolu 20 fis-CIR. Dawk ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:
l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija;
l-iskop tal-aċċess tal-utent li jagħmel tfittxija permezz tas-CIR;
id-data u l-ħin tat-tfittxija;
it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;
ir-riżultati tat-tfittxija.
L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data skont l-Artikolu 21 fis-CIR. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:
l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tniedi t-tfittxija;
l-iskop tal-aċċess tal-utent li jagħmel tfittxija permezz tas-CIR;
id-data u l-ħin tat-tfittxija;
fejn tinħoloq link, id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija u r-riżultati tat-tfittxija li jindikaw is-sistema ta' informazzjoni tal-UE li minnha tkun waslet id-data.
L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjonijiet kollha ta' proċessar tad-data skont l-Artikolu 22 fis-CIR. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:
id-data u l-ħin tat-tfittxija;
id-data użata għat-tnedija tat-tfittxija;
ir-riżultati tat-tfittxija;
l-aġenzija tal-Istat Membru jew tal-Unjoni li tagħmel tfittxija fis-CIR.
Ir-reġistrazzjonijiet tat-tali aċċess għandhom jiġu vverifikati b'mod regolari mill-awtorità superviżorja kompetenti f'konformità mal-Artikolu 41 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) 2016/794, f'intervalli li ma jaqbżux is-sitt xhur, biex jiġi vverifikat jekk il-proċeduri u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22(1) u (2) ta' dan ir-Regolament ġewx issodisfati.
Barra minn hekk, għal kwalunkwe aċċess għas-CIR skont l-Artikolu 22, kull Stat Membru għandu jżomm ir-reġistrazzjonijiet li ġejjin:
ir-referenza tal-fajl nazzjonali;
l-iskop tal-aċċess;
f'konformità mar-regoli nazzjonali, l-identità unika tal-utent tal-uffiċjal li għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li ordna t-tfittxija.
KAPITOLU V
Detettur ta' identitajiet multipli
Artikolu 25
Id-detettur ta' identitajiet multipli
L-MID għandu jkun magħmul minn:
infrastruttura ċentrali, li taħżen links u referenzi għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE;
infrastruttura tal-komunikazzjoni sikura li tqabbad l-MID mas-SIS u mal-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u tas-CIR.
Artikolu 26
Aċċess għad-detettur ta' identitajiet multipli
Għall-finijiet tal-verifika manwali tal-identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 29, l-aċċess għad-data msemmija fl-Artikolu 34 maħżuna fl-MID għandu jingħata lil:
l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li joħloq jew jaġġorna allert skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1862;
l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna meta tiġi rreġistrata jew modifikata data fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 5 jew 9 tar-Regolament (UE) 2019/816.
Artikolu 27
Detezzjoni ta' identitajiet multipli
Id-detezzjoni ta' identitajiet multipli fis-CIR u fis-SIS għandha titnieda meta:
jinħoloq jew jiġi aġġornat fis-SIS allert dwar persuna f'konformità mal-Kapitoli VI sa IX tar-Regolament (UE) 2018/1862;
jinħoloq jew jiġi modifikat rekord tad-data fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 5 jew 9 tar-Regolament (UE) 2019/816.
Minbarra l-proċess imsemmi fil-paragrafu 2, is-CIR u s-SIS Ċentrali għandhom jużaw l-ESP biex ifittxu d-data maħżuna fis-SIS Ċentrali u fis-CIR rispettivament billi jużaw id-data li ġejja:
il-kunjomijiet, l-ismijiet, l-ismijiet tat-twelid, l-ismijiet użati preċedentement u l-psewdonimi, il-post tat-twelid, id-data tat-twelid, is-sess u kwalunkwe nazzjonalita' kif imsemmija fl-Artikolu 20(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862;
il-kunjom (isem tal-familja), l-ewwel -ismijiet (ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (belt u pajjiż), in-nazzjonalità jew nazzjonalitajiet u s-sess kif imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/816;
Artikolu 28
Riżultati tad-detezzjoni ta' identitajiet multipli
Meta jiġu rrapportati diversi konkordanzi, għandha tinħoloq link bejn id-data kollha li twassal għall-konkordanza. Meta d-data diġà tkun illinkjata, il-link eżistenti għandha tiġi estiża għad-data użata għat-tnedija tat-tfittxija.
Artikolu 29
Verifika manwali ta' identitajiet differenti u l-awtoritajiet responsabbli
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti għandha tkun:
l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru għal konkordanzi li jkunu seħħew matul il-ħolqien jew l-aġġornament ta' allert tas-SIS f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1862;
l-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għal konkordanzi li seħħew meta tiġi rreġistrata jew modifikta data fl-ECRIS-TCN f'konformità mal-Artikolu 5 jew 9 tar-Regolament (UE) 2019/816.
L-MID għandu jindika l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità.
L-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti fil-fajl ta' konferma tal-identità għandha tkun l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li ħoloq l-allert fejn tinħoloq link għad-data inkluża f'allert:
fir-rigward ta' persuni mfittxija għal arrest għall-finijiet ta' konsenja jew estradizzjoni msemmi fl-Artikolu 26 tar- Regolament (UE) 2018/1862;
dwar persuni neqsin jew vulnerabbli msemmi fl-Artikolu 32 tar- Regolament (UE) 2018/1862;
dwar persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1862;
dwar persuni għal verifiki diskreti, għal verifiki ta' inkjesta jew għal verifiki speċifiċi msemmi fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/1862.
Artikolu 30
Link safra
Fejn il-verifika manwali ta' identitajiet differenti għadha ma seħħitx, link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala safra f'kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:
id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda d-data tal-identità tkun simili jew differenti;
id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, u tal-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata;
id-data llinkjata taqsam l-istess data tal-identità iżda jkollha data bijometrika differenti;
id-data llinkjata jkollha data tal-identità simili jew differenti, u taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, iżda jkollha data bijometrika differenti.
Artikolu 31
Link ħadra
Link bejn data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala ħadra meta:
id-data llinkjata jkollha data bijometrika differenti iżda taqsam l-istess data tal-identità u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti;
id-data llinkjata jkollha data bijometrika differenti, ikollha data tal-identità simili jew differenti, taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti;
id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti.
Artikolu 32
Link ħamra
Link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għadha tiġi kklassifikata bħala ħamra fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili jew differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din id-data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod mhux iġġustifikat;
id-data llinkjata jkollha data tal-identità li tkun l-istess, simili jew differenti u l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar iżda data bijometrika differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li din id-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti, li mill-inqas wieħed minnhom, juża l-istess dokument tal-ivvjaġġar b'mod mhux iġġustifikat;
id-data llinkjata taqsam l-istess data tal-identità, iżda jkollha data bijometrika differenti u data tad-dokument tal-ivvjaġġar differenti jew ma tkunx teżisti, u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għal żewġ persuni differenti b'mod mhux iġġustifikat;
id-data llinkjata jkollha data tal-identità differenti, iżda taqsam l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, mill-inqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li d-data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod mhux iġġustifikat.
Jekk awtorità ta' Stat Membru jew aġenzija tal-Unjoni li jkollha aċċess għas-CIR jew għas-SIS tikseb evidenza li tissuġġerixxi li link ħamra ġiet irreġistrata ħażin fl-MID jew li ġiet proċessata data fl-MID, is-CIR jew is-SIS bi ksur ta' dan ir-Regolament, dik l-awtorità jew aġenzija għandha tivverifika d-data relevanti maħżuna fis-CIR u s-SIS u għandha:
meta l-link tirrelata ma' wieħed mill-allerti tas-SIS imsemmi fl-Artikolu 29(2), tinforma immedjatament lill-Uffiċċju SIRENE rilevanti tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert tas-SIS.
fil-każijiet l-oħra kollha, tikkoreġi jew tħassar il-link mill-MID immedjatament.
Jekk Uffiċċju SIRENE jiġi kkuntattjat skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għandu jivverifika l-evidenza pprovduta mill-awtorità tal-Istat Membru jew l-aġenzija tal-Unjoni u, fejn rilevanti, jirrettifika jew iħassar il-link mill-MID immedjatament.
L-awtorità tal-Istat Membru li tikseb l-evidenza għandha tinforma lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti mingħajr dewmien dwar kwalunkwe rettifika jew tħassir ta' link ħamra rilevanti.
Artikolu 33
Link bajda
Link bejn id-data minn żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar għandha tiġi kklassifikata bħala bajda fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika u l-istess data tal-identità jew data tal-identità simili;
id-data llinkjata jkollha l-istess data tal-identità jew data tal-identità simili, l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar, u tal-anqas waħda mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE ma jkollhiex data bijometrika dwar il-persuna kkonċernata;
id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika, l-istess data tad-dokument tal-ivvjaġġar u data tal-identità simili;
id-data llinkjata jkollha l-istess data bijometrika iżda jkollha data tal-identità simili jew differenti u l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali tal-identitajiet differenti tkun ikkonkludiet li data llinkjata tirreferi għall-istess persuna b'mod ġustifikat;
Artikolu 34
Fajl ta' konferma tal-identità
Il-fajl ta' konferma tal-identità għandu jkun fih id-data li ġejja:
il-links imsemmija fl-Artikoli 30 sa 33;
referenza għas-sistemi ta' informazzjoni tal-UE fejn id-data llinkjata hija maħżuna;
numru uniku ta' identifikazzjoni li jippermetti li tinstab id-data llinkjata mis-sistemi ta' informazzjoni tal-UE korrispondenti;
l-awtorità responsabbli għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti;
id-data ta' meta nħolqot jew ġiet aġġornata l-link.
Artikolu 35
Żamma ta' data fid-detettur ta' identitajiet multipli
Il-fajls ta' konferma tal-identità u d-data li fihom, inklużi l-links, għandhom jinħażnu fl-MID biss sakemm id-data llinkjata tkun maħżuna f'żewġ sistemi ta' informazzjoni tal-UE jew aktar. Dawn għandhom jitħassru mill-MID b'mod awtomatizzat.
Artikolu 36
Żamma ta' reġistrazzjonijiet
L-eu-LISA għandha żżomm reġistrazzjonijiet tal-operazzjoni kollha ta' proċessar tad-data fl-MID. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom jinkludu li ġej:
l-Istat Membru li jkun qed iniedi t-tfittxija;
l-iskop tal-aċċess tal-utent;
id-data u l-ħin tat-tfittxija;
it-tip ta' data użata għat-tnedija tat-tfittxija;
ir-referenza għad-data llinkjata;
l-istorja tal-fajl ta' konferma tal-identità.
KAPITOLU VI
Miżuri li jappoġġaw l-interoperabbiltà
Artikolu 37
Kwalità tad-data
Unikament id-data li tissodisfa l-istandards minimi ta' kwalità tista' tiddaħħal fis-SIS, fil-Eurodac, fl-ECRIS-TCN, fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID.
Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali stabbilita permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 ( 10 ).
Artikolu 38
Format universali ta' messaġġ
Artikolu 39
Repożitorju ċentrali għar-rapportar u għall-istatistika
Id-data li tinsab fis-CRRS ma għandhiex tippermetti l-identifikazzjoni ta' individwi.
Is-CRRS għandu jkun magħmul minn:
l-għodod neċessarji għall-anonimizzazzjoni tad-data;
infrastruttura ċentrali, li tikkonsisti f'repożitorju tad-data ta' data anonima;
infrastruttura ta' komunikazzjoni sikura biex is-CRRS jiġi kkollegat mas-SIS, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN, kif ukoll l-infrastrutturi ċentrali tal-BMS kondiviż, is-CIR u l-MID.
KAPITOLU VII
Protezzjoni tad-data
Artikolu 40
Il-kontrollur tad-data
B'rabta mal-ipproċessar ta' data fl-MID:
l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tkun kontrollur skont it-tifsira tal-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725 b'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fl-Unità Ċentrali tal-ETIAS;
l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jżidu jew jimmodifikaw id-data fil-fajl ta' konferma tal-identità għandhom ikunu kontrolluri f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew mal-punt (8) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u għandu jkollhom ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta' data personali fl-MID.
Artikolu 41
Il-proċessur tad-data
B'rabta mal-ipproċessar ta' data personali fil-BMS kondiviż, fis-CIR u fl-MID, l-eu-LISA għandha tkun il-proċessur tad-data skont it-tifsira tal-punt (12)(a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1725.
Artikolu 42
Sigurtà tal-ipproċessar
B'mod partikolari, l-eu-LISA għandha tadotta l-miżuri neċessarji, inklużi pjan għas-sigurtà, pjan tal-kontinwità tan-negozju u pjan ta' rkupru minn diżastru, biex:
tipproteġi fiżikament id-data, inkluż billi toħloq pjanijiet ta' kontinġenza għall-protezzjoni ta' infrastruttura kritika;
iċċaħħad lill-persuni mhux awtorizzati mill-aċċess għat-tagħmir u l-installazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data;
timpedixxi l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija tal-mezzi tad-data minn persuni mhux awtorizzati;
timpedixxi l-input mhux awtorizzat ta' data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali rreġistrata;
timpedixxi l-ipproċessar mhux awtorizzat ta' data u kull ikkupjar, modifika jew tħassir mhux awtorizzati ta' data;
tipprevjeni l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;
tiżgura li persuni awtorizzati biex jaċċedu għall-komponenti tal-interoperabbiltà jkollhom aċċess biss għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta' identitajiet tal-utenti individwali u permezz ta' modalitajiet ta' aċċess kunfidenzjali biss;
tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tista' tintbagħat data personali bl-użu ta' tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;
tiżgura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema data tkun ġiet ipproċessata fil-komponenti tal-interoperabbiltà, meta, minn min u għal liema skop;
timpedixxi l-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta' data personali matul it-trażmissjoni ta' data personali lejn jew mill-komponenti tal-interoperabbiltà jew matul it-trasport tal-mezzi tad-data, b'mod partikolari permezz ta' tekniki xierqa ta' kriptaġġ;
tiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għall-operat normali;
tiggarantixxi l-affidabbiltà billi tiżgura li kwalunkwe difett fil-funzjonament tal-komponenti tal-interoperabbiltà jiġi rappurtat kif xieraq;
timmonitorja l-effikaċja tal-miżuri tas-sigurtà msemmija f'dan il-paragrafu u tieħu l-miżuri organizzazzjonali meħtieġa marbuta mal-monitoraġġ intern biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament u biex tivvaluta dawk il-miżuri ta' sigurtà fid-dawl ta' żviluppi teknoloġiċi ġodda.
Artikolu 43
Inċidenti marbuta mas-sigurtà
Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 34 u 35 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2016/794, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar kwalunkwe inċidenti marbutin mas-sigurtà mingħajr dewmien.
Fil-każ ta' inċident marbut mas-sigurtà fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali tal-komponenti tal-interoperabbiltà, l-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien.
Artikolu 44
Awtomonitoraġġ
L-Istati Membri u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess tal-komponenti tal-interoperabbiltà tieħu l-miżuri meħtieġa biex timmonitorja l-konformità tagħha ma' dan ir-Regolament u tikkoopera, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji.
Il-kontrolluri tad-data msemmija fl-Artikolu 40 għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data skont dan ir-Regolament, inkluża permezz ta' verifika frekwenti tar-reġistrazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36, u jikkooperaw, fejn meħtieġ, mal-awtoritajiet superviżorji u mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 45
Penali
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin tad-data, ipproċessar ta' data jew skambju ta' data li jmur kontra dan ir-Regolament ikun punibbli f'konformità mad-dritt nazzjonali. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 46
Responsabbiltà
Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabbiltà tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1725:
kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta' operat ta' pproċessar illegali ta' data personali jew kwalunkwe att ieħor mhux kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens minn dak l-Istat Membru;
kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew danni materjali jew mhux materjali bħala riżultat ta' kwalunkwe att mill-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-aġenzija inkwistjoni.
L-Istat Membru kkonċernat, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għandhom jiġu eżentati mir-responsabbiltà tagħhom taħt l-ewwel subparagrafu, bis-sħiħ jew parzjalment, jekk jagħtu prova li ma jkunux responsabbli għall-azzjoni li wasslet għad-dannu.
Artikolu 47
Id-dritt għall-informazzjoni
Artikolu 48
Dritt ta' aċċess għal data personali maħżuna fl-MID, ir-rettifika u t-tħassir tagħha u r-restrizzjoni għall-ipproċessar tagħha
Artikolu 49
Portal web
Artikolu 50
Komunikazzjoni ta' data personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u partijiet privati
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, għall-Artikoli 25 u 26 tar-Regolament (UE) 2016/794, għall-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2017/2226, għall-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1240 u għal meta jsiru tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-ESP f'konformità mal-Artikolu 9(5) ta' dan ir-Regolament li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2018/1725 u tal-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, id-data personali maħżuna fil-komponenti tal-interoperabbiltà, jew li dawn il-komponenti jipproċessaw jew li jaċċedu għaliha, m'għandhiex tiġi ttrasferita u m'għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-ebda pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew parti privata.
Artikolu 51
Superviżjoni mill-awtoritajiet superviżorji
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali, l-azzjoni meħuda sussegwentement u l-għadd ta' rettifiki, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula bi tweġiba għal talbiet mill-persuni kkonċernati.
Artikolu 52
Awditjar mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jsir awditjar tal-operazzjonijiet ta' proċessar ta' data personali min-naħa tal-eu-LISA, tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS u tal-Europol għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar rilevanti mill-inqas kull erba' snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-aġenzija kkonċernata tal-Unjoni. L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jingħataw opportunità li jikkummentaw qabel jiġu adottati r-rapporti.
L-eu-LISA, l-Unità Ċentrali tal-ETIAS u l-Europol għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, jagħtuh aċċess għad-dokumenti kollha li jitlob u għar-reġistrazzjonijiet tagħhom imsemmija fl-Artikoli 10, 16, 24 u 36 u jippermettu lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data aċċess għall-bini kollu tagħhom f'kwalunkwe ħin.
Artikolu 53
Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
KAPITOLU VIII
Responsabbiltajiet
Artikolu 54
Responsabilitajiet tal-eu-Lisa matul il-fażijiet tat-tfassil u tal-iżvilupp
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 62, l-eu-LISA ma għandu jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR jew tal-MID.
L-eu-LISA għandha tiddefinixxi d-disinn tal-arkitettura fiżika tal-komponenti tal-interoperabbiltà inklużi l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u l-evoluzzjoni tagħhom fir-rigward tal-infrastruttura ċentrali u tal-infrastruttura ta' komunikazzjoni sikura, li għandu jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, soġġett għal opinjoni favorevoli tal-Kummissjoni. L-eu-LISA għandha timplimenta wkoll kwalunkwe adattament neċessarju għas-SIS, il-Eurodac jew l-ECRIS-TCN li jirriżulta mill-istabbiliment tal-interoperabbiltà u li huwa previst minn dan ir-Regolament.
L-eu-LISA għandha tiżviluppa u timplimenta l-komponenti tal-interoperabbiltà mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-miżuri previsti fl-Artikoli 8(2), 9(7), 28(5) u (7), 37(4), 38(3), 39(5), 43(5) u 74(10).
L-iżvilupp għandu jikkonsisti fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fl-ittestjar u fil-ġestjoni u fil-koordinazzjoni ġenerali tal-proġett.
Kull xahar, il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandu jissottometti rapporti bil-miktub dwar il-progress tal-proġett lill-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA. Il-Bord tat-Tmexxija tal-Programm ma għandu jkollu l-ebda setgħa, li jieħu deċiżjonijiet u lanqas mandat biex jirrappreżenta lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA.
Il-Bord tat-Tmexxija tal-eu-LISA għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm li b'mod partikolari għandhom jinkludu regoli dwar:
il-presidenza;
il-postijiet tal-laqgħat;
it-tħejjija tal-laqgħat;
l-ammissjoni ta' esperti għal-laqgħat;
il-pjanijiet ta' komunikazzjoni biex jiġi żgurat li l-Membri mhux parteċipanti tal-Bord tat-Tmexxija jingħataw l-informazzjoni kollha.
Il-presidenza għandha tkun f'idejn Stat Membru li jkun marbut b'mod sħiħ bid-dritt tal-Unjoni permezz tal-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu tas-sistemi kollha ta' informazzjoni tal-UE u li se jipparteċipaw fil-komponenti tal-interoperabilità.
L-ispejjeż kollha tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mġarrba mill-membri tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm għandhom jitħallsu mill-eu-LISA, u l-Artikolu 10 tar-Regoli ta' Proċedura tal-eu-LISA għandu japplika mutatis mutandis. L-eu-LISA għandha tipprovdi segretarjat lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm.
Il-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà msemmi fl-Artikolu 71 għandu jiltaqa' b'mod regolari sakemm jibda l-operat tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Wara kull laqgħa huwa għandu jirrapporta lill-Bord tat-Tmexxija tal-Programm. Dan għandu jipprovdi l-għarfien espert tekniku b'appoġġ għall-kompiti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Programm u għandu jsegwi l-istat ta' tħejjija tal-Istati Membri.
Artikolu 55
Responsabilitajiet tal-eu-Lisa wara l-bidu tal-operat
Il-ġestjoni teknika tal-komponenti tal-interoperabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti u fis-soluzzjonijiet tekniċi kollha neċessarji biex il-komponenti tal-interoperabbiltà jiffunzjonaw u jipprovdu, mingħajr interruzzjoni, servizzi lill-Istati Membri u lill-aġenziji tal-Unjoni 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament. Hija għandha tinkludi x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi neċessarji biex ikun żgurat li l-komponenti jiffunzjonaw f'livell sodisfaċenti ta' kwalità teknika, b'mod partikulari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għall-interrogazzjoni tal-infrastrutturi ċentrali f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.
Il-komponenti kollha tal-interoperabbiltà għandhom jiġu żviluppati u ġestiti b'tali mod li jkunu żgurati l-aċċess veloċi, mingħajr intoppi, effiċjenti u kkontrollat, id-disponibbiltà sħiħa u mingħajr interruzzjoni tal-komponenti u tad-data maħżuna fl-MID, fil-BMS kondiviż u fis-CIR, u żmien għar-reazzjoni konformi mal-ħtiġijiet operattivi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u tal-aġenziji tal-Unjoni.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 56, l-eu-LISA ma għandha jkollha aċċess għall-ebda data personali pproċessata permezz tal-ESP, tal-BMS kondiviż, tas-CIR u tal-MID.
Artikolu 56
Responsabbiltajiet tal-Istati Membri
Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għal:
il-konnessjoni mal-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-ESP u tas-CIR;
l-integrazzjoni tas-sistemi utal-infrastrutturi nazzjonali eżistenti mal-ESP, mas-CIR u mal-MID;
l-organizzazzjoni, il-ġestjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastruttura nazzjonali eżistenti u tal-konnessjoni tagħha mal-komponenti tal-interoperabbiltà;
il-ġestjoni tal-aċċess u l-arranġamenti għall-aċċess għall-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ESP, is-CIR u l-MID f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-ħolqien u l-aġġornament regolari ta' lista ta' dawk il-membri tal-persunal u l-profili tagħhom;
l-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi msemmija fl-Artikolu 20(5) u (6) biex jiġi aċċessat is-CIR għall-finijiet ta' identifikazzjoni;
il-verifika manwali ta' identitajiet differenti msemmija fl-Artikolu 29;
konformità mar-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-data stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni;
konformità mar-regoli ta' kull sistema ta' informazzjoni tal-UE rigward is-sigurtà u l-integrità tad-data personali;
ir-rimedjar ta' kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rapport ta' evalwazzjoni tal-Kummissjoni rigward il-kwalità tad-data msemmija fl-Artikolu 37(5).
Artikolu 57
Responsabbiltajiet tal-Europol
Artikolu 58
Responsabbiltajiet tal-Unità Ċentrali tal-ETIAS
L-Unità Ċentrali tal-ETIAS għandha tkun responsabbli:
għall-verifika manwali ta' identitajiet differenti f'konformità mal-Artikolu 29;
għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli bejn id-data maħżuna fl-EES, fil-VIS, fil-Eurodac u fis-SIS, kif imsemmi fl-Artikolu 65.
KAPITOLU IX
Emendi għal strumenti oħra tal-Unjoni
Artikolu 59
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1726
Ir-Regolament (UE) 2018/1726 huwa emendat kif ġej:
l-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 12
Il-kwalità tad-data
fl-Artikolu 19, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
jiddaħħal il-punt li ġej:
“(eea) jadotta r-rapporti dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(2) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/818;”;
il-punt (ff) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(ff) jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 ) u l-Artikolu 74(8) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 ), tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont l-Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *5 ) u tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) 2019/818;
il-punt (hh) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(hh) jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi tiegħu skont l-Artikolu 56(2)tar-Regolament (UE) 2018/1861, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-Artikolu 52 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u jiżgura segwitu xieraq ta' dawk l-awditi;”;
il-punt (mm) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(mm) jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jfittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) 2018/1862, flimkien mal-lista tal-Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali ta' SIS (N.SIS) u l-Uffiċċji SIRENE skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 rispettivament, kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-lista tal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-lista tal-awtoritajiet skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;”;
fl-Artikolu 22, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'li ġej:
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar is-SIS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624.
L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar il-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, jew jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-Eurodac, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.
L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-EES fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 jew meta jkun hemm kwistjoni lill-ETIAS fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar l-ETIAS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.
L-Eurojust, l-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolament (UE) 2019/816 fuq l-aġenda.
L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 fuq l-aġenda.
Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.”;
fl-Artikolu 24(3), il-punt (p) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(p) mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal Uffiċjali, li jistabbilixxi rekwiżiti ta' kunfidenzjalità bl-għan li jkun hemm konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 11(16) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-Artikolu 55(2) tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818;”
l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, jiddaħħal il-punt li ġej:
“(db) Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;”;
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-Europol tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Gruppi Konsultattivi tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES-ETIAS.
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS.
L-Eurojust, l-Europol, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jaħtru rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN.
L-Europol, l-Eurojust u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà.”.
Artikolu 60
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862
Ir-Regolament (UE) 2018/1862 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“ESP” tfisser portal Ewropew ta' tfittxija stabbilit mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *6 );
“BMS kondiviż” tfisser servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;
“CIR” tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;
“MID” tfisser id-detettur ta' identitajiet multipli stabbilit mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) huma sostitwiti b'dan li ġej:
sistema nazzjonali (N.SIS) f'kull Stat Membru, li tkun magħmula mis-sistemi ta' data nazzjonali li jikkomunikaw mas-SIS Ċentrali, li tinkludi tal-inqas backup wieħed nazzjonali jew kondiviż tal-N.SIS;
infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-CS-SIS, il-backup tas-CS-SIS u l-NI-SIS (“l-Infrastruttura ta' Komunikazzjoni”) li tipprovdi netwerk virtwali kriptat iddedikat għad-data tas-SIS u għall-iskambju ta' data bejn l-Uffiċċji SIRENE, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2); u
infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-CS-SIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP, il-BMS kondiviż u l-MID.”;
jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:
fl-Artikolu 7, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
fl-Artikolu 12(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:
“L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull aċċess għad-data personali permezz tal-ESP jkun rreġistrat bil-għan li jiġi vverifikat jekk it-tfittxija kinitx skont il-liġi, filwaqt li jiġu monitorjati l-legalità tal-ipproċessar tad-data, l-awtomonitoraġġ u l-integrità tad-data u s-sigurtà.”;
fl-Artikolu 44(1), jiżdied il-punt li ġej:
il-verifika ta' identitajiet differenti u l-ġlieda kontra l-frodi tal-identità skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2019/818.”.
fl-Artikolu 74, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:
L-eu-LISA għandha tippermetti lill-Kummissjoni u lill-korpi msemmija fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu biex jiksbu rapporti u statistika personalizzati. Fuq talba, l-eu-LISA għandha tagħti aċċess għar-repożitorju ċentrali għar-rapportar u l-istatistika msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2019/818 lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, lill-Europol u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta”.
Artikolu 61
Emendi għar-Regolament (UE) 2019/816
Ir-Regolament (UE) 2019/816 huwa emendat kif ġej:
fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt li ġej:
“(c) il-kundizzjonijiet li taħthom l-ECRIS-TCN tikkontribwixxi biex tiġi ffaċilitata u assistita l-identifikazzjoni korretta ta' persuni rreġistrati fl-ECRIS-TCN taħt il-kundizzjonijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *7 ), billi jinħażnu data tal-identità, data tad-dokumenti tal-ivvjaġġar u data bijometrika fis-CIR.
l-Artikolu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-ipproċessar ta' informazzjoni dwar l-identità ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġew suġġetti għal kundanni fi Stati Membri, bil-għan li jiġu identifikati l-Istati Membri fejn ngħataw dawn il-kundanni. Bl-eċċezzjoni tal-punt (b)(ii) tal-Artikolu 5(1), id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li japplikaw għal ċittadini ta' pajjiżi terzi japplikaw ukoll għal ċittadini tal-Unjoni li għandhom ukoll in-nazzjonalità ta' pajjiż terz u li kienu suġġetti għal kundanni fl-Istati Membri. Dan ir-Regolament ukoll jiffaċilita u jassisti fl-identifikazzjoni korretta ta' persuni f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2019/818.”;
l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
il-punt (8) huwa mħassar;
jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“CIR” tfisser repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;
“data tal-ECRIS-TCN” tfisser id-data kollha maħżuna fis-sistema ċentrali u fis-CIR f'konformità mal-Artikolu 5.;
“ESP” tfisser il-portal ta' tfittxija Ewropew stabbilit bl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;”;
l-Artikolu 4(1) huwa emendat kif ġej:
il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“(a) sistema ċentrali;”;
jiddaħħal il-punt li ġej:
“(aa) is-CIR;”;
jiżdied il-punt li ġej:
“(e) infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-sistema ċentrali u l-infrastrutturi ċentrali tal-ESP u s-CIR;”;
l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:
jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
fil-paragrafu 1, il-kelma “ECRIS-TCN” hija sostitwita bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;
fil-paragrafi (2), (3) u (4), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;
fl-Artikolu 10(1), il-punt (j) huwa mħassar;
fl-Artikolu 12(2), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;
fl-Artikolu 13(2), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;
fl-Artikolu 23(2), il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR”;
l-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:
il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
jiżdied il-paragrafu li ġej:
fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
fl-Artikolu 33(1) il-kliem “sistema ċentrali” huwa sostitwit bil-kliem “is-sistema ċentrali u s-CIR u” ;
fl-Artikolu 41, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:
Għall-kundanni li jkunu ngħataw qabel id-data tal-bidu tad-dħul tad-data f'konformità mal-Artikolu 35(1), l-awtoritajiet ċentrali għandhom joħolqu r-rekords tad-data individwali fis-sistema ċentrali u s-CIR kif ġej:
data alfanumerika li għandha tiddaħħal fis-sistema ċentrali u s-CIR sa tmiem il-perijodu msemmi fl-Artikolu 35(2);
data tal-marki tas-swaba' li għandha tiddaħħal fis-CIR fi żmien sentejn wara l-bidu tat-tħaddim f'konformità mal-Artikolu 35(4).”.
KAPITOLU X
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 62
Rapportar u statistika
Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mas-CIR, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika:
l-għadd ta' tfittxijiet għall-finijiet tal-Artikoli 20, 21 u 22;
in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid tal-persuna;
it-tip ta' dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti;
in-numru ta' tfittxijiet magħmula b'data bijometrika u mingħajrha.
Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data.
Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni u tal-eu-LISA għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data li ġejja relatata mal-MID, esklużivament għall-finijiet tar-rapportar u tal-istatistika:
l-għadd ta' tfittxijiet magħmula b'data bijometrika u mingħajrha;
in-numru ta' kull tip ta' link u s-sistemi ta' informazzjoni tal-UE li fihom id-data llinkjata;
il-perjodu ta' żmien li matulu link safra u ħamra tkun baqgħet fis-sistema.
Ma għandux ikun possibbli li jiġu identifikati individwi mid-data
Artikolu 63
Perjodu tranżizzjonali għall-użu tal-portal Ewropew tat-tfittxija
Artikolu 64
Perjodu tranżizzjonali applikabbli għad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għar-repożitorju komuni ta' informazzjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn
L-Artikolu 22 għandu japplika mid-data tal-bidu tat-tħaddim tas-CIR imsemmija fl-Artikolu 68(3).
Artikolu 65
Perjodu tranżizzjonali għad-detezzjoni ta' identitajiet multipli
Meta t-tfittxija tirrapporta konkordanza waħda jew diversi u d-data tal-identità lil-fajls illinkjati ma tkunx tista titqies bħala simili, għandha tinħoloq link safra f'konformità mal-Artikolu 30, u għandha tkun tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 29.
Meta jiġu rrapportati diversi konkordanzi, għandha tinħoloq link bejn kull data li tiskatta l-konkordanza.
Artikolu 66
Spejjeż
L-ispejjeż li ġejjin għandhom ikunu esklużi:
l-uffiċċju tal-Istati Membri għall-ġestjoni tal-proġetti (laqgħat, missjonijiet, uffiċċji);
il-'hosting' ta' sistemi tal- IT nazzjonali (spazju, implimentazzjoni, elettriku, tkessiħ);
it-tħaddim ta' sistemi tal-IT nazzjonali (operaturi u kuntratti ta' appoġġ);
id-disinn, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, it-tħaddim u l-manutenzjoni ta' netwerks nazzjonali ta' komunikazzjoni.
L-ispejjeż magħmula mill-Europol, inklużi dawk għall-konnessjoni mas-CIR, għandhom jiġġarrbu mill-Europol.
Artikolu 67
Notifiki
Lista konsolidata ta' dawn l-awtoritajiet għandha tkun ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kull komponent tal-interoperabbiltà jkun beda bl-operat tiegħu f'konformità mal-Artikolu 68. Jekk ikun hemm emendi għal-lista, l-eu-LISA għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata darba fis-sena.
Artikolu 68
Bidu tat-tħaddim
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-ESP għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 8(2), 9(7) u 43(5);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-ESP, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jużaw l-ESP;
l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 8(1) u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;
L-ESP għandu jfittex biss fil-bażijiet tad-data tal-Interpol ladarba l-arranġamenti tekniċi jippermettukonformità mal-Artikolu 9(5). Kwalunkwe impossibbiltà ta' konformità mal-Artikolu 9 (5) għandha twassal biex l-ESP ma jfittixx fil-bażijiet tad-data tal-Interpol, iżda ma għandhiex iddewwem il-bidu tat-tħaddim tal-ESP.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-BMS kondiviż għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 13(5) u 43(5);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-BMS kondiviż, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;
l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 13 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fil-paragrafu 5(b).
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-CIR għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 43(5) u 74(10);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-CIR, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;
l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 18 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-test imsemmi fil-paragrafu 5(b).
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta l-MID għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 28(5) u (7), 32(5), 33(6), 43(5) u 49(6);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-MID, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-Unità Ċentrali tal-ETIAS;
l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 34 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni;
l-Unità Ċentrali tal-ETIAS tkun innotifikat lill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 67(3);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess tat-testi msemmijin fil-paragrafi 1(b), 2(b), 3(b) u 5(b).
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta' atti ta' implimentazzjonid-data minn meta l-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data għandhom jintużaw, ladarba jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikolu 37(4);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, l-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u l-istandards minimi tal-kwalità tad-data, li hija tkun wettqet b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiddetermina d-data minn meta s-CRRS għandu jibda jitħaddem permezz ta' att ta' implimentazzjoni, ladarba jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
ikunu ġew adottati l-miżuri msemmija fl-Artikoli 39(5) u 43(5);
l-eu-LISA tkun iddikjarat it-tlestija b'suċċess ta' test komprensiv tas-CRRS, li hija tkun wettqetb'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istati Membri;
l-eu-LISA tkun ivvalidat l-arranġamenti tekniċi u legali biex tiġbor u tibgħat id-data msemmija fl-Artikolu 39 u tkun innotifikathom lill-Kummissjoni.
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu biex din tkun fi żmien 30 jum mill-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni.
Artikolu 69
Eżerċitar tad-delega
Artikolu 70
Proċedura ta' kumitat
Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni, u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
Artikolu 71
Grupp Konsultattiv
Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv ta' Interoperabilità mill-eu-LISA. Matul il-fażi tad-disinn u tal-iżvilupp tal-komponenti tal-interoperabbiltà, għandu jkun japplika l-Artikolu 54(4), (5) u (6).
Artikolu 72
Taħriġ
L-eu-LISA għandha twettaq il-kompiti relatati mal-provvista ta' taħriġ dwar l-użu tekniku tal-komponenti tal-interoperabbiltà f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1726.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jipprovdu lill-persunal tagħhom li jkun awtorizzat jipproċessa data bl-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà programmi ta' taħriġ xieraq li jikkonċerna s-sigurtà tad-data, il-kwalità tad-data, ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-proċeduri applikabbli għall-ipproċessar tad-data u l-obbligi ta' informazzjoni taħt l-Artikoli 32(4), 33(4) u 47.
Meta jkun il-każ, għandhom jiġu organizzati fil-livell tal-Unjoni korsijiet ta' taħriġ konġunti dwar dawn it-temi sabiex jitjiebu l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-persunal tal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni awtorizzati biex jipproċessaw data bl-użu tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-proċess ta' detezzjoni ta' identitajiet multipli, inklużi l-verifika manwali ta' identitajiet differenti u l-bżonn li jmur magħha biex jinżammu s-salvagwardji xierqa tad-drittijiet fundamentali.
Artikolu 73
Manwal prattiku
Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-eu-LISA u aġenziji relevanti oħra tal-Unjoni, għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni manwal prattiku għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà. Il-manwal prattiku għandu jipprovdi linji gwida tekniċi u operazzjonali, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal prattiku fil-forma ta' rakkomandazzjoni.
Artikolu 74
Monitoraġġ u evalwazzjoni
Barra minn hekk, sena wara kull rapport mill-eu-LISA, il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-komponenti ta' interoperabilità, inklużi:
valutazzjoni tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
eżami tar-riżultati miksuba meta mqabbla mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament u l-impatt tiegħu fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż, b'mod partikolari, valutazzjoni tal-impatt tal-komponenti tal-interoperabbiltà fuq id-dritt ta' nondiskriminazzjoni;
valutazzjoni tal-funzjonament tal-portal web, li tinkludi ċifri rigward l-użu tal-portal web u l-għadd ta' talbiet riżolti;
valutazzjoni tal-validità kontinwa tar-raġunament li fuqu huma msejsa l-komponenti tal-interoperabbiltà;
valutazzjoni tas-sigurtà tal-komponenti tal-interoperabbiltà;
valutazzjoni tal-użu tas-CIR għall-identifikazzjoni;
valutazzjoni tal-użu tas-CIR għall-prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra;
valutazzjoni ta' kull implikazzjoni, inkluż kull impatt sproporzjonat fuq il-fluss tat-traffiku f'punti ta' qsim tal-fruntieri u dawk l-implikazzjonijiet b'impatt baġitarju fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni.
valutazzjoni tat-tfittxija tal-bażijiet ta' data tal-Interpol permezz tal-ESP, inkluża informazzjoni dwar in-numru ta' konkordanzi fuq il-bażijiet ta' data tal-Interpol u informazzjoni dwar kwalunkwe problema li setgħet ġiet iffaċċjata.
L-evalwazzjonijiet ġenerali taħt l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinkludu kwalunkwe rakkomandazzjoni meħtieġa. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni sensittiva, u mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà u tal-ordni pubbliku, għall-prevenzjoni tal-kriminalità u għall-garanzija li l-ebda investigazzjoni nazzjonali ma tkun kompromessa, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data maħżuna fis-CIR għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra, li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:
l-iskopijiet preċiżi tal-konsultazzjoni inklużI t-tipi ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;
ir-raġunijiet raġonevoli mogħtija għal suspett sostanzjat li persuna suspettata, awtur jew vittma huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 603/2013;
l-għadd ta' talbiet għall-aċċess għas-CIR għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħrajn;
l-għadd u t-tipi ta' każijiet li rriżultaw f'identifikazzjonijiet pożittivi;
il-ħtieġa u l-użu magħmul mill-eċċezzjonijiet għall-każijiet ta' urġenza inklużi dawk il-każijiet li fihom dik l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post magħmula mill-punt ta' aċċess ċentrali.
Ir-rapporti annwali ppreparati mill-Istati Membri u tal-Europol għandhom jiġu trażmessi lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.
Artikolu 75
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-ESP għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(1).
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-BMS kondiviż għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(2).
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mas-CIR għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(3).
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-MID għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(4).
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mal-mekkaniżmi u l-proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data, mal-indikaturi komuni tal-kwalità tad-data, mal-istandards minimi tal-kwalità tad-data għandhom japplikaw rispettivament mid-dati stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 68(5).
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li huma relatati mas-CRRS għandhom japplikaw mid-data stabbilita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 68(6).
L-Artikoli 6, 12, 17, 25, 38, 42, 54, 56, 58, 66, 67, 69, 70, 71, 73 u 74(1) għandhom japplikaw mill-11 ta' Ġunju 2019.
Dan ir-Regolament għandu japplika, b'relazzjoni mal-Eurodac, mid-data meta ssir applikabbli r-riformulazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
( 1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (Ara l-paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 2 ) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
( 3 ) Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (Regolament tal-EES) (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).
( 4 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta' Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u ta' reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).
( 5 ) Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
( 6 ) Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
( 7 ) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).
( 8 ) Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).
( 9 ) Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal- “Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).
( 10 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1).
( *1 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
( *2 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”;
( *3 ) Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).
( *4 ) Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
( *5 ) Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).”;
( *6 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”.
( *7 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”;
( 11 ) Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1).