This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R0461-20190322
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/461 of 30 January 2019 amending Delegated Regulation (EU) 2016/522 as regards the exemption of the Bank of England and Her Majesty's Treasury from the scope of Regulation (EU) No 596/2014 of the European Parliament and of the Council (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019R0461 — MT — 22.03.2019 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
►C1 REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/461 tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ◄ (ĠU L 080 22.3.2019, p. 10) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/461
tat-30 ta' Jannar 2019
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward tal-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u t-Teżor tal-Maestà Tagħha mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2016/522 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-jum ta' wara dak li fih ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fih.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
“ANNESS I
1. L-Awstralja:
— Il-Bank tar-Riżerva tal-Awstralja;
— L-Uffiċċju Awstraljan tal-Ġestjoni Finanzjarja;
2. Il-Brażil:
— Il-Bank Ċentrali tal-Brażil;
— It-Teżor Nazzjonali tal-Brażil;
3. Il-Kanada:
— Il-Bank tal-Kanada;
— Id-Dipartiment tal-Finanzi tal-Kanada;
4. Iċ-Ċina:
— Il-Bank tal-Poplu taċ-Ċina;
5. Ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta' Hong Kong;
— L-Awtorità Monetarja ta' Hong Kong;
— Is-Servizzi Finanzjarji u l-Uffiċċju tat-Teżor ta' Hong Kong;
6. L-Indja:
— Il-Bank tar-Riżerva tal-Indja;
7. Il-Ġappun:
— Il-Bank tal-Ġappun;
— Il-Ministeru tal-Finanzi tal-Ġappun;
8. Il-Messiku:
— Il-Bank tal-Messiku;
— Il-Ministeru tal-Finanzi u tal-Kreditu Pubbliku tal-Messiku;
9. Singapore:
— L-Awtorità Monetarja ta' Singapore;
10. Il-Korea t'Isfel:
— Il-Bank tal-Korea;
— Il-Ministeru tal-Istrateġija u tal-Finanzi tal-Korea;
11. L-Iżvizzera:
— Il-Bank Nazzjonali Żvizzeru;
— L-Amministrazzjoni Federali tal-Finanzi tal-Iżvizzera;
12. It-Turkija:
— Il-Bank Ċentrali tar-Repubblika tat-Turkija;
— Is-Sottosegretarjat tat-Teżor tar-Repubblika tat-Turkija;
13. Ir-Renju Unit:
— il-Bank tal-Ingilterra;
— it-Teżor tal-Maestà Tagħha;
14. L-Istati Uniti:
— Is-Sistema ta' Riżerva Federali;
— Id-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti”