This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019D1698-20220816
Commission Implementing Decision (EU) 2019/1698 of 9 October 2019 on European standards for products drafted in support of Directive 2001/95/EC of the European Parliament and of the Council on general product safety (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1698 tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1698/2022-08-16
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 52a | 13/03/2026 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 46 | 13/03/2026 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 52d | 13/09/2024 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 36a | 13/09/2024 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 36b | 13/09/2024 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 2 | 13/03/2026 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 65a | 13/09/2024 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 46a | 13/09/2024 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 2a | 13/09/2024 |
32024D2406 | Emendata minn | anness I punt 52a | 13/09/2024 |
02019D1698 — MT — 16.08.2022 — 002.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1698 tad-9 ta’ Ottubru 2019 dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 259 10.10.2019, p. 65) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1808 tat-30 ta’ Novembru 2020 |
L 402 |
140 |
1.12.2020 |
|
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1401 tat-12 ta’ Awwissu 2022 |
L 213 |
59 |
16.8.2022 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1698
tad-9 ta’ Ottubru 2019
dwar standards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards Ewropej għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE u elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Ir-referenzi tal-istandards għall-prodotti abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2001/95/KE u elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan imħassra minn Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1493 ( 1 ), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE ( 2 ), id-Deċiżjoni 2006/514/KE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/18/KE ( 3 ), id-Deċiżjoni 2011/496/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/29/UE ( 4 ), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/390/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/357/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/358/UE ( 5 ), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/359/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/531/UE ( 6 ), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/875/UE, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/681, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1345 ( 7 ) u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1014 ( 8 ) huma mħassra.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
ANNESS I
Nru |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 581-1:2006 Għamara li titħalla fil-beraħ - Siġġijiet u mwejjed għall-użu ta’ kkampjar, domestiċi u f’kuntratti - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà |
1a. |
EN 716-1:2017+AC:2019 Għamara - Sodod tat-tfal u sodod tat-tfal li jingħalqu għall-użu domestiku - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà |
2. |
EN 913:2018 Tagħmir tal-ġinnastika - Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
3. |
EN 914:2020 Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri paralleli u kombinazzjoni ta’ żbarri asimetriċi/paralleli - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurtà |
4. |
EN 915:2008 Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri asimetriċi - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurtà |
5. |
EN 916:2003 Tagħmir tal-ġinnastika - Kaxxi għall-qbiż arkobatiku minn fuqhom - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar inkluża sigurtà |
6. |
EN 957-2:2003 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 2: Tagħmir għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
7. |
EN 957-6:2010+A1:2014 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 6: Treadmills, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-sigurta u metodi ta’ ttestjar |
8. |
EN 957-7:1998 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 7: Magni tal-qdif, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
9. |
EN 1129-1:1995 Għamara - Sodod li jingħalqu u jintrefgħu - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà |
10. |
EN 1129-2:1995 Għamara - Sodod li jingħalqu u jintrefgħu - Rekwiżiti ta’ sigurtà u ttestjar - Parti 2: Metodi ta’ ttestjar |
11. |
EN 1130:2019 Għamara tat-tfal - Bennieni - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar EN 1130:2019/AC:2020 |
12 a. |
EN 1272:2017 Oġġetti għall-kura tat-tfal - Siġġijiet li jeħlu mal-mejda - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
13. |
EN 1273:2005 Artikli li jintużaw mit-tfal u għall-kura tat-tfal - Frejms għall-mixi tat-trabi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
13 a. |
EN 1400:2013+A2:2018 Oġġetti għall-użu u l-kura tat-tfal - Gażażi għat-trabi u t-tfal iż-żgħar - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
14. |
EN 1466:2014 Artikli għall-kura tat-tfal - Kerrikots u stands - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar EN 1466:2014/AC:2015 |
15. |
EN 1651:1999 Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Arneżijiet – Rekwiżiti ta’ sigurtà u testijiet tas-saħħa |
16. |
EN 1930:2011 Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal - Ilqugħ ta ‘sigurtà - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
17. |
EN ISO 4210-1:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 1: Termini u definizzjonijiet (ISO 4210-1:2014) |
18. |
EN ISO 4210-2:2015 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 2: Rekwiżiti għal roti li jintużaw fl-ibliet u fl-ivvjaġġar fl-għoljiet, fuq muntanji, u għat-tlielaq (ISO 4210-2:2015) |
19. |
EN ISO 4210-3:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 3: Metodi ta’ ttestjar komuni (ISO 4210-3:2014) |
20. |
EN ISO 4210-4:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 4: Metodi ta’ ttestjar tal-brejkijiet (ISO 4210-4:2014) |
21. |
EN ISO 4210-5:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 5: Metodi ta’ ttestjar tal-istering (ISO 4210-5:2014, Corrected version 2015-02-01) |
22. |
EN ISO 4210-6:2015 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 6: Metodi tal-ittestjar tal-frejm u tal-furketta (ISO 4210-6:2015) |
23. |
EN ISO 4210-7:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 7: Metodi ta’ ttestjar għar-roti u r-rimmijiet (ISO 4210-7:2014) |
24. |
EN ISO 4210-8:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 8: Metodi ta’ ttestjar ta’ pedali u kranks (ISO 4210-8:2014) |
25. |
EN ISO 4210-9:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 9: Metodi ta’ ttestjar ta’ sarġijiet u mqagħad (ISO 4210-9:2014) |
26. |
EN ISO 8098:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għal roti ta’ tfal żgħar (ISO 8098:2014) |
27. |
EN OSI 9994:2019 Lighters - Specifikazzjoni ta’ sigurtà (ISO 9994:2018) |
28. |
EN ISO 11243:2016 Roti - ġarriera tal-bagalji għar-roti - Rekwiżiti u metodi tat-ttestjar (ISO 11243:2016) |
29. |
EN 12196:2003 Tagħmir tal-ġinnastika - Żwiemel għal prattiċi akrobatiċi - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar |
30. |
EN 12197:1997 Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri orizzontali - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
31. |
EN 12221-1:2008+A1:2013 Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal - Unitajiet għat-tibdil għall-użu domestiku - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà |
32. |
EN 12221-2:2008+A1:2013 Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal – Unitajiet għat-tibdil għall-użu domestiku – Parti 2: Metodi ta’ ttestjar |
33. |
EN 12346:1998 Tagħmir tal-ġinnastika - Żbarri mal-ħajt, slielem kannizzata u frejms tat-tixbit - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
34. |
EN 12432:1998 Tagħmir tal-ġinnastika - Travi tal-ibbilanċjar - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar |
35. |
EN 12491:2001 Tagħmir għal igglajdjar bil-paraxut - Paraxut ta’ emerġenza - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
36. |
EN 12655:1998 Tagħmir tal-ġinnastika - Ċrieki mdendlin - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar |
37. |
EN OSI 12863:2010 Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-propensità ta’ qbid tas-sigaretti (ISO 12863:2010) EN ISO 12863:2010/AC:2011 EN ISO 12863:2010/A1:2016 |
38. |
EN 13120:2009+A1:2014 Purtieri bil-listi jintrikbu fuq ġewwa - Rekwiżiti ta’ operat fosthom sigurtà |
39. |
EN 13209-1:2004 Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal - Pramms tat-trabi - Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar - Parti 1: Pramms bid-dahar iffrejmjat |
40. |
EN 13209-2:2015 Oġġetti għall-użu u kura tat-tfal – Pramms tat-trabi – Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar - Parti 2: Pramm ta’ materjal artab |
41. |
EN 13219:2008 Tagħmir tal-Ġinnastika - Trampolini - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar |
42. |
EN 13319:2000 Aċċessorji għall-għadis taħt l-ilma - Apparat biex ikejjel il-fond u apparati li jkejjlu l-fond u l-ħin flimkien - Rekwiżiti funzjonali u ta’ sigurtà, metodi ta’ ttestjar |
43. |
EN 13869:2016 Lajters - Rekwiżiti ta’ sigurtà għat-tfal - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
44. |
EN 13899:2003 Tagħmir għal sports fuq ir-roti - Skejz bir-roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
45. |
EN 14059:2002 Lampi taż-żejt dekorattivi - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
46. |
EN 14344:2004 Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom - Mqagħad għat-tfal għal roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
47. |
EN 14350-1:2004 Oġġetti li jintużaw mit-tfal u għall-kura tagħhom - Apparat tax-xorb - Parti 1: Rekwiżiti u testijiet ġenerali u mekkaniċi |
48. |
EN 14682:2014 Sigurtà tal-ilbies tat-tfal - Qfieli u qfieli tal-qadd fi lbies tat-tfal - Speċifikazzjonijiet |
48 a. |
EN 14988:2017+A1:2020 Siġġijiet għolja għat-tfal - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar |
48 b. |
EN 16120:2012+A2:2016 Oġġetti għall-użu u l-kura tat-tfal - sit immuntat mas-siġġu |
49. |
EN 16156:2010 Sigaretti - Valutazzjoni tat-tendenza li jaqbdu - Rekwiżit tas-sigurtà |
50. |
EN 16281:2013 Prodotti maħsubin għall-ħarsien tat-tfal - Apparati li jillokkjaw twieqi u bibien ta’ gallariji reżistenti għat-tbagħbis mit-tfal u mwaħħlin mill-konsumatur - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
51. |
EN 16433:2014 Purtieri bil-listi jintrikbu fuq ġewwa - Protezzjoni minn periklu ta’ tgħalliq - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal apparat ta’ sigurtà |
52. |
EN 16434:2014 Purtieri bil-listi jintrikbu fuq ġewwa - Protezzjoni minn periklu ta’ tgħalliq - Rekwiżiti u metodi ta’ ttestjar għal apparat ta’ sigurtà |
52a. |
EN 16890:2017 Għamara tat-tfal - Saqqijiet għall-cots u għall-bennieni - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
52b. |
EN 17022:2018 Oġġetti għall-kura tat-tfal - Għajnuniet għall-għawm - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
52c. |
EN 17072:2018 Oġġetti għall-kura tat-tfal - banjijiet, stands u tagħmir mhux awtonomu tal-għawm - Rekwiżiti ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
53. |
EN ISO 20957-1:2013 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 1: Rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-1:2013) |
54. |
EN ISO 20957-4:2016 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 4: Bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-4:2016) |
55. |
EN ISO 20957-5:2016 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 5: Roti għall-eżerċizzju fissi u tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-5:2016) |
56. |
EN ISO 20957-8:2017 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 8: Tagħmir għal tlugħ ta’ turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ - Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi għas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-8:2017) |
57. |
EN ISO 20957-9:2016 Tagħmir fiss ta’ taħriġ - Parti 9: Tagħmir ta’ taħriġ elittiku, rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-9:2016) EN ISO 20957-9:2016/A1:2019 |
58. |
EN ISO 20957-10:2017 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 10: Roti għall-eżerċizzju b’rota fissa jew bla rota libera - Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar (ISO 20957-10:2017) |
59. |
EN ISO 25649-1:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 1: Klassifikazzjoni, materjali, rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar (ISO 25649-1:2017) |
60. |
EN ISO 25649-2:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 2: Informazzjoni għall-konsumatur (ISO 25649-2:2017) |
61. |
EN ISO 25649-3:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 3: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għall-apparati tal-Klassi A (ISO 25649-3:2017) |
62. |
EN ISO 25649-4:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati tal-Klassi B (ISO 25649-4:2017) |
63. |
EN ISO 25649-5:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 5: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għall-apparati tal-Klassi A (ISO 25649-5:2017) |
64. |
EN ISO 25649-6:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 6: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati tal-Klassi D (ISO 25649-6:2017) |
65. |
EN ISO 25649-7:2017 Oġġetti ta’ rikreazzjoni li jżommu f’wiċċ l-ilma għall-użu fl-ilma jew fuqu - Parti 7: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għall-apparati tal-Klassi E (ISO 25649-7:2017) |
66. |
EN IEC 62368-1:2020 Tagħmir awdjo/video, teknoloġija tal-informatika u komunikazzjoni - Parti 1: Rekwiżiti ta’ sigurtà EN IEC 62368-1:2020/A11:2020 Avviż: din il-pubblikazzjoni tikkonċerna biss il-klawżoli 3.3.19 “Espożizzjoni akustika” u 10.6 “Salvagwardja kontra sorsi ta’ enerġija akustika” tal-EN IEC 62368–1: 2020/A11: 2020. |
ANNESS II
Nru |
Referenza tal-istandard |
1. |
EN 913:2008 Tagħmir tal-ġinnastika – Rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
2. |
EN 957-4:2006+A1:2010 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 4: Bankijiet għal taħriġ tas-saħħa, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
3. |
EN 957-5:2009 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 5: Roti għall-eżerċizzju fissi u tagħmir għal taħriġ li jaħdem bil-pedala tal-krank, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
4. |
EN 957-8:1998 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 8: Tagħmir għal tlugħ ta’ turġien, apparati li jitilgħu t-turġien u apparat tat-tlugħ - Rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
5. |
EN 957-9:2003 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 9: Tagħmir ta’ taħriġ elittiku, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
6. |
EN 957-10:2005 Tagħmir stazzjonarju ta’ taħriġ - Parti 10: Roti għall-eżerċizzju b’rota fissa jew bla rota libera, rekwiżiti addizzjonali speċifiċi ta’ sigurtà u metodi ta’ ttestjar |
7. |
EN ISO 4210-2:2014 Roti - Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti - Parti 2: Rekwiżiti għal roti li jintużaw fl-ibliet u fl-ivvjaġġar fl-għoljiet, fuq muntanji, u għat-tlielaq (ISO 4210-2:2014) |
8. |
EN ISO 4210-6:2014 Roti – Rekwiżiti ta’ sigurtà għar-roti – Parti 6: Metodi tal-ittestjar tal-frejm u tal-furketta (ISO 4210-6:2014) |
9. |
EN ISO 12863:2010 Metodu standard ta’ ttestjar għall-valutazzjoni ta’ kemm is-sigaretti jaqbdu malajr (ISO 12863:2010) |
10. |
EN 14872:2006 Roti - Aċċessorji għal roti - Kontenitur fejn jinġarru l-bagalji |
11. |
EN 15649-1:2009+A2:2013 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma - Parti 1: Klassifikazzjoni, materjali, rekwiżiti ġenerali u metodi ta’ ttestjar |
12. |
EN 15649-2:2009+A2:2013 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 2: Informazzjoni għall-konsumatur |
13. |
EN 15649-3:2009+A1:2012 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 3: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi A |
14. |
EN 15649-4:2010+A1:2012 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma - Parti 4: Rekwiżiti ta’ sigurtà speċifiċi addizzjonali u metodi ta’ ttestjar għal apparati tal-Klassi B |
15. |
EN 15649-5:2009 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma - Parti 5: Rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà speċifiċi u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi C |
16. |
EN 15649-6:2009+A1:2013 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 6: Rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà speċifiċi u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi D |
17. |
EN 15649-7:2009 Oġġetti għas-serħan li jżommu f’wiċċ l-ilma biex jintużaw fuq u fl-ilma – Parti 7: Rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà speċifiċi u metodi ta’ ttestjar għal apparati ta’ Klassi E |
( 1 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004)1493 tat-23 ta’ April 2004 dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali.
( 2 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/718/KE tat-13 ta’ Ottubru 2005 dwar il-konformità ta’ ċerti standards mal-kriterju ġenerali ta’ sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi tagħhom fil-Ġurnali Uffiċjali (ĠU L 271, 15.10.2005, p. 51).
( 3 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni2009/18/KE tat-22 ta’ Diċembru 2008 dwar il-konformità tal-istandard EN 1273:2005 fir-rigward ta’ oqfsa tal-mixi għat-trabi mar-rekwiżit tas-sigurtà tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard fil-Ġurnal Uffiċjali (ĠU L 8, 13.1.2009, p. 29).
( 4 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/29/UE tal-13 ta’ Jannar 2012 fuq il-konformità tal-istandard EN 60065:2002/A12:2011 “Awdjo, vidjow, u apparati elettroniċi simili – Rekwiżiti ta’ sigurtà” u tal-istandard EN 60950-1:2006/A12:2011 “Tagħmir tat-teknoloġija tal-informatika – Sigurtà – Parti 1: Rekwiżiti ġenerali” mar-rekwiżit ġenerali ta’ sikurezza tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fuq il-pubblikazzjoni ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 13, 17.1.2012, p. 7).
( 5 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/358/UE tat-13 ta’ Ġunju 2014 dwar il-konformità tal-istandard Ewropew EN 16281:2013 għal apparat ta’ sokor installat mill-konsumatur għal twieqi u bibien tal-gallarija sikuri għat-tfal mar-rekwiżit ta’ sigurtà ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 175, 14.6.2014, p. 43)
( 6 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/531/UE tal-14 ta’ Awwissu 2014 dwar il-konformità tal-istandards Ewropej EN 16433:2014 u EN 16434:2014 u ta’ ċerti klawsoli tal-istandard Ewropew EN 13120:2009+A1:2014 għal tendini interni mar-rekwiżit ta’ sikurezza ġenerali tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ dawk l-istandards f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 243, 15.8.2014, p. 54).
( 7 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1345 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi ta’ standards dwar lazzijiet u qfieli fl-ilbies tat-tfal, dwar kerrikots u stands, dwar barrieri ta’ sikurezza u dwar unitajiet għat-tibdil għal użu domestiku f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 207, 4.8.2015, p. 73).
( 8 ) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1014 tal-15 ta’ Ġunju 2017 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenzi tal-istandards Ewropej EN 13869:2016 dwar ir-rekwiżiti ta’ sikurezza fil-lajters fil-konfront tat-tfal, u EN 13209-2:2015 dwar it-tagħmir għall-ġarr tat-trabi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 153, 16.6.2017, p. 36).